32000R1073



Official Journal L 119 , 20/05/2000 P. 0027 - 0031


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1073/2000

tad-19 ta' Mejju 2000

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 331/2000 [2], u b'mod partikolari it-tieni indent ta' l-Artikolu 13,

Billi:

(1) Hemm il-ħtieġa li jiġi mtawwal f'L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 l-użu possibbli ta' mikro-organiżmi għall-attivazzjoni tad-demel li jkun ikopri wkoll l-użu ta' dawk l-organiżmi biex tittejjeb kollox ma' kollox il-kondizzjoni tal-ħamrija u d-disponibbilità ta' nutrijenti fil-ħamrija jew uċuh tar-rabà. Huwa meħtieġ ukoll li jitħallew barra mikro-organiżmi ġenetikament modifikati għal dawk l-użi, u li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar l-użu tad-demel tal-bhejjem mad-dispoizzjonijiet li jirrelataw miegħu fit-Taqsima B, sezzjoni 7 ta' dan l-Anness.

(2) Skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ċerti Stati Membri kienu taw tagħrif minħabba l-inklużjoni ta' ċerti prodotti f'L-Anness II jew minħabba l-emendi ta' ċerti dispożizzjonijiet f'dan l-Anness.

(3) L-emendi ta' l-Anness II jikkonċernaw prodotti li kienu f'użu komuni qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 skond in-norma tal-prattika dwar il-biedja organika segwita fil-Komunità u, għalhekk, huma skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1a) ta' dak ir-Regolament. L-emendi għal uħud minn dawk il-prodotti huma urġenti fid-dawl ta' l-istaġun agrikolu li ġej.

(4) Jidher illi l-"glycerol", is-"silicon dioxide" u l-"isopropanol" huma essenzjali għat-tħejjija ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel. Dawn il-prodotti jistgħu għalhekk jiġu mdaħħla f'L-Anness VI fil-waqt li jittieħed kont tal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 345/97 [4], li jiddefinixxi l-kontenut ta' l-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(5) Huwa meħtieġ li jiġu kjarifikati l-"Prinċipji ġenerali" ta' l-Anness VI illi l-prattika tal-proċess bid-duħħan hija aċċettata fit-tħejjija tal-oġġetti ta'l-ikel minn produzzjoni organika.

(6) Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet f'L-Anness VI jiġu aġġornati, fir-rigward ta' organiżmi ġenetikament modifikati u prodotti mnissla minn dawk l-organiżmi skond il-projbiżżjoni sħiħa aċċettata fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsll (KE) No 1804/1999 [5].

(7) Huwa xieraq għal ċerti prodotti li jiġu introdotti emendi żgħar tekniċi jew editorjali. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu introdotti ċerti emendi editorjali biex ikunu jagħtu kont ta' l-emendi fir Regolament (KE) Nru 1804/1999.

(8) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li għalih jirreferi l-Artikolu 14 tar-Regolament (EEC) Nru 2092/91,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I, II u VI tar-Regolament (EEC) Nru 2092/91 għandhom jiġu emendati skond l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika minnufih. Iżda, d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, intestatura "A. Pjanti u Prodotti tal-Pjanti", punti 2.1 u 2.2, li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, għandhom ikunu japplikaw mill-24 ta' Awissu 2000.

Il-prodott "faħam ta' l-annimali" elenkat f'L-Anness II, taqsima A, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jista’ jibqa’ jiġi wżat taħt il-kondizzjonijiet applikabbli qabel sakemm il-ħażniet li jeżistu jintemmu iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2000.

Il-prodott "kalċjum karbonati" elenkat f'L-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, taħt kondizzjonijiet aktar stretti minn dawk qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu wżati taħt il-kondizzjonijiet applikabbli qabel sakemm il-ħażniet esiżtenti jintemmu iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2000.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati membri kollha.

Magħmul fi Brussels, fid-19 ta' Mejju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 48, tad-19.2.2000, p. 1.

[3] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5.

[4] ĠU L 58, tas-27.2.1997, p. 8.

[5] ĠU L 222, ta' l-24.8.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. F'L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, punt 2 tat-taqsima ntestata

"A. PJANTI U PRODOTTI TAL-PJANTI"

qiegħed jiġi mibdul bit-test li ġej:

"2.1. Il-fertilità u l-attività bijoloġika tal-tramrija trid tkun miżmuma u miżjuda kifġej:

(a) l-kultivazzjoni tal-legumi, demel aħdar u pjanti b'għeruq fondi bi programm xieraq ta' rotazzjoni multi-annwali;

(b) l-inkorporazzjoni ta' demel tal-bhejjem minn produzzjoni organika tal-bhejjem skond id-dispożizzjonijiet u fi ħdan ir-restrizzjonijiet tat-taqsima B, punt 7.1, ta' dan l-Anness;

(ċ) l-inkorporazzjoni ta' materjal organiku ieħor, mdemmel jew mhux, minn artijiet li jipproduċu skond ir-regoli ta' dan ir-Regolament.

2.2. Fertilizzanti organiċi jew minerali oħra, msemmija f'L-Anness II, jistgħu, eċċezjonalment, jiġu applikati minflok sal-limitu illi:

- nutrizzjoni adegwata tal-wiċċ tar-raba li jkun qed jiġi rotat jew kondizzjonar tal-ħamrija m'humiex possibbli bil-metodi mniżżla taħt (a), (b) jew (ċ) tas-subparagrafu preċedenti,

- fir-rigward tal-prodotti f'L-Anness II li jirreferu għad-demel u/jew ħmieġ ta' l-annimali: dawn il-prodotti jistgħu jiġu wżati biss sal-limitu illi, mħallta mad-demel tal-bhejjem li għalih jirreferi l-punt 2(1)(b) ta' hawn fuq, ir-restrizzjonijiet li għalihom tirreferi t-taqsima B, sezzjoni 7.1, ta' dan l-Anness jiġu sodisfatti.

2.3. Għall-attivazzjoni tad-demel preparazzjonijiet xierqa bażati fuq il-pjanti jew preparazzjonijiet ta' mikro-organiżmi, mhux ġenetikament modifikati skond it-tifisira tal-punt 12 ta' l-Artikolu 4 jistgħu jiġu wżati. L-hekk imsejjħa "preparazzjonijiet biodinamiċi" mill-qamħ mitħun, demel tal-irżiezet jew pjanti jista' wkoll jiġu wżati għall-għanijiet koperti b'dan il-paragrafu jew bil-paragrafu 2.1.

2.4. Preparazzjonijiet xierqa ta' mikro-organiżmi, mhux ġenetikament modifikati skond it-tifsira tal-punt 12 ta' l-Artikolu 4 u permess fl-agrikoltura ġenerali ta' l-Istati Membri konċernati, jistgħu jiġu wżati biex itejbu l-kondizzjoni ġenerali tal-ħamrija jew id-disponibilita tan-nutrijenti fil-ħamrija jew fl-uċuh tar-raba, meta l-ħtieġa ta' dak l-użu tkun ġiet identifikata mill-korp ta' spezzjoni jew mill-awtorita' tal-ispezzjoni."

II. L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1.

It-taqsima ntestata

"A. FERTILIZZANTI U KONDIZZJONATURI TAL-ĦAMRIJA"

qiegħda tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-paragrafu introduttorju bejn l-intestatura u t-tabella qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

- uża biss skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I,

- uża biss skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti konċernati applikabbli fl-agrikoltura ġenerali fl-Istat membru fejn jiġi wżat il-prodott."

(b)

Fit-tabella, għall-prodott

"prodotti jew bi-prodotti li joriġinaw mill-annimali skond hawn taħt"

il-prodott

"faħam ta' l-annimali"

qiegħed jiġi mħassar.

(ċ)

fit-tabella, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni tas-

"Sulfat tal-putassa li jkun fih melħ tal-magniżju"

qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġiet tal-kompożizzjoni;Kondizzjonijiet tal-użu |

Sulfat tal-Potassa, li possibbilment għandu fih ukoll il-melħ tal-magniżju | Prodott tal-melħ tal-potassa mhux raffinat bi proċess ta' estrazzjoni fiżika u li possibbilment għandu fih ukoll il-melħ tal-magniżju Il-ħtieġa rikonoxxuta minn korp ta'spezzjoni jew awtorità ta' spezzjoni" |

2.(a)(b)(ċ) Fit-taqsima ntestata

"B. PESTIĊIDI"

it-tabelli taħt

"1. Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti"

qegħdin jiġu emendati kif ġej:

Fit-tabella ntestata

"I. Sustanzi ta' oriġini ta' wċuh jew annimali"

id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni ta' l-

"azadirachtin estratt mill-Azadirachta indica (Neem tree)"

qegħdin jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġiet tal-kompożizzjoni;Kondizzjonijiet tal-użu |

Azadirachtin estratt minn Azadirachta indica (Is-siġra tan-Neem) | Insettiċida Il-ħtieġa rikonoxxuta minn korp ta'spezzjoni jew awtorità ta' spezzjoni" |

Fit-tabella ntestata

"III. Sustanzi li għandhom jiġu wżati biss f'serpentini jew dispensers"

id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni tal-

"pheromones"

qiegħdin jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġiet tal-kompożizzjoni;Kondizzjonijiet tal-użu |

Pheromones | Attrattant; Sfrattatur tal-imġieba sesswali Fis-serpentini u d-dispensers biss" |

Fit-tabella ntestata

"IV. Sustanzi oħra fl-użu tradizzjonali fil-biedja organika"

id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni ta'

"sulfat tal-ġir (calcium polysulphide)"

qiegħdin jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġiet tal-kompożizzjoni;Kondizzjonijiet tal-użu |

Sulfat tal-Ġir (calcium polysulphide) | Fungiċida, insettiċida, akariċida Il-ħtieġa rikonoxxuta minn korp ta'spezzjoni jew awtorità ta' spezzjoni" |

III. L-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1.Fl-ewwel sentenza tat-tielet paragrafu tat-taqsima intitolata "Prinċipji ġenerali" qiegħda tiġi mibdula bit-test li ġej:"Minkejja r-referenza għal xi ngredjent fis-sezzjonijiet A u Ċ jew xi għajnuna ta' proċessar fis-sezzjoni B, kull prattika ta' proċessar, bħal bid-duħħan, għandha tkun imwettqa jew xi ingredjent jew dik l-għajnuna ta' proċessar għandha tintuża unikament skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunita u/jew leġislazzjoni nazzjonali kompatibbli mat-Trattat u, fin-nuqqas ta' hekk, skond il-prinċipji ta' prattiċi ta' manifattura tajbin għall-oġġetti ta' l-ikel."

2.(a)(b)(ċ)(d)(e)(f) Is-sezzjoni A għandha tiġi emendata kif ġej:

L-intestatura qiegħeda tiġi mibdula b'dan li ġej:

"SEZZJONI A – Iingredjenti ta' oriġini mhux agrikola (li għaliha jirreferi L-artikolu 5(3)(ċ) u L-artikolu 5(5a)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91)"

Fit-tabella id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni tal-

"E 170 Calcium carbonates"

qiegħdin jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi |

E 170 Karbonat tal-kalċju | Il-funzjonijiet awtorizzati kollha minbarra li tlewwen" |

Fit-tabella l-prodott li ġej u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għalih qiegħdin jiddaħħlu wara

"E 416 Karaga gum"

:

"Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi |

E 422 Gliċerol | Estratti tal-Ħxejjex" |

Fit-tabella d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni ta'

"E 516 Calcium sulphate"

qiegħdin jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi |

E 516 Sulfat tal-Kalċju | Ġarrier'" |

Fit-tabella l-prodott li ġej u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw dwaru qegħdin jiġu mdaħħla wara

"E 524 Sodium hydroxide"

:

"Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi |

E 551 Diossida tas-silikon | Aġent għal mal-ħwawar u l-ħxejjex aromatiċi" |

Fis-subsezzjoni A.4.

"Preparazzjonijiet tal-mikro-organiżmi"

l-punt (ii) qiegħed jiġi mħassar.

3.(a)(b)(ċ) Is-sezzjoni B qiegħeda tiġi emendata kif ġej:

L-intestatura qiegħda tiġi mibdula b'dan li ġej:

"SEZZJONI B – Għajnuna ta’ proċessar u prodotti oħra li jistgħu jiġu wżati għall-ipproċessar ta' ingredjenti ta' oriġini agrikola minn produzzjoni organika, li għaliha jirreferi L-artikolu 5(3)(d) u L-artikolu 5(5a)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91"

Fit-tabella l-prodott li ġej u l-kondizzjonijiet li jirrelataw dwarhu qiegħed jiġu mdaħħla wara l-aċidu sulfuriku:

"Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi |

Isopropanol (propan-2-ol) | Fil-proċess ta' kristalliżżazzjoni fil-preparazzjoni taz-zokkor B'rispett għad-d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 88/344/KEE, kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 97/60/EEC Għall-periodu ġ…ħ li jagħlaq fil- 31.12.2006" |

It-test fi tmien is-sezzjoni ntitolata

"Preparazzjoni ta' mikro-organiżmi u enzimi"

qiegħed jiġi mibdul b'dan it-test li ġej:

"Preparazzjonijiet ta' mikro-organiżmi u enzimi:

Kull preparazzjoni ta' mirko-organiżmi u enzimi normalment użata bħala għajnuna għall-ipproċessar fl-ipproċessar ta' l-ikel, bl-eċċezzjoni ta' mikro-organiżmi ġenetikament modifikati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/220/KEE, u bl-eċċezzjoni ta' enzimi mnissla minn organiżmi ġenetikament modifikati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/220/KEE."

4. Is-sezzjoni Ċ, subsezzjoni Ċ.2.2 , l-inklużjoni"zokkor tal-pitravi" qiegħda tiġi midbula bi:"Zokkor tal-pitravi sa ta' l- 1.4.2003 biss".

--------------------------------------------------