Official Journal L 100 , 20/04/2000 P. 0020 - 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 820/2000 tad-19 ta’ April 2000 dwar il-ħruġ ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor b’kumulu ta’ oriġini KE/OCT IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal-25 ta’ Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hemm mill-baħar mal-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/803/KE [2], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 465/2000 tad-29 ta’ Frar 2000 li jdaħħal miżuri ta’ salvagward għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi u t-territorji lil hemm mill-baħar tal-prodotti mis-settur taz-zokkor b’kumulu ta’ oriġini KE/OCT [3], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu, b’għaqda mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2553/97 tas-17 ta’ Diċembru 1997 dwar ir-regoli għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal ċerti podotti koperti bil-kodiċijiet tan-NK 1701, 1702, 1703 u 1704 u li jikkwalifikaw bħala prodotti li joriġinaw fil-Pajjiżi ACP u l-OCT [4], u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 465/2000 iħalli kumulu ta’ orġini KE/OCT għal prodotti koperti bil-kodiċijiet tan-NK 1701, 18061030 u 18061090 għal sa 3340 tunnellati metriċi matul il-perijodu taż-żmien tal-validità ta’ dan ir-Regolament. F’Marzu 2000, kienu maħruġa liċenzi ta’ importazzjoni għal 3000 tunnellata metrika ta’ zokkor. (2) Kienu sottomessi tliet applikazzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali f’April tas-sena 2000 b’mod konformi mar-Regoament (KE) Nru 465/2000 għal liċenzi ta’ importazzjoni li jkopru kwantità totali li taqbeż il-bilanċ disponibbli ta’ 340 tunnellata metrika. (3) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 465/2000, f’għaqda ma’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2553/97, jipprovdu illi fejn l-applikazzjonijiet għal liċenza jkopru kwantitajiet annwi li jaqbżu t-3340 tunnellata metrika ta’ zokkor, il-Kummissjoni trid tadotta regolament li jiffissa koeffiċjent waħdieni ta’ tnaqqis li jrid jiġi applikat għall-applikazzjonijiet sottomessi u tissospendi s-sottomissjoni ta’ iktar applikazzjonijiet matul is-sena tal-validità ta’ dan ir-regolament (4) Il-Kummissjoni trid tiffissa kif jixraq koeffiċjent ta’ tnaqqis għall-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa u tissospendi iktar applikazzjonijiet għal-liċenzi skond ir-Regolament (KE) Nru 465/2000, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-liċenzi ta’ importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 465/2000 fis-7 ta’ April 2000 għal 2500 tunnellata metrika, 750 tunnellata metrika u 340 tunnellata metrika ta’ zokkor koperti bil-kodiċi tan-NK 17019910 għandhom jinħarġu għal 9,47075 % tal-kwantità applikata għaliha. Artikolu 2 Is-sottomissjoni ta’ iktar applikazzjonijiet matul il-perjodu taż-żmien tal-validità tar-Regolament (KE) Nru 465/2000 hija hawnhekk sospiża. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ April 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 263, tad-19.9.1991, p. 1. [2] ĠU L 329, tad-29.11.1997, p. 50. [3] ĠU L 56, ta’ l-1.3.2000, p. 39. [4] ĠU L 349, tad-19.12.1997, p. 26. --------------------------------------------------