32000R0645



Official Journal L 078 , 29/03/2000 P. 0007 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 645/2000

tat-28 ta’ Marzu 2000

li jniżżel regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati neċessarji għall-funzjonament ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE u ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE li jikkonċernaw l-arranġamenti għas-sorveljanza tal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix rispettivament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/71/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 ta’ l-istess Direttiva,

Billi:

(1) L-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/642/KEE rispettivament stabbilixxew dispożizzjonijiet basiċi li jikkonċernaw is-sorveljanza tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u frott uħaxix rispettivament.

(2) L-esperjenza fl-istabbilizazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ rakommandazzjonijiet tal-Kummissjoni wriet li ppjanar multiannwali, bil-possibiltà ta’ aġġustament annwali, jista’ jkun l-iżjed metodu effettiv għall-istabbilizazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza koordinati mill-Komunità Ewropea.

(3) L-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/642/KEE jipprovdu għar-reviżjoni u l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżuri neċessarji, bħall-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewopea ta’ rapporti li jkollhom informazzjoni kollatata u kkumpilata ta’ l-Istati Membri u l-adozzjoni ta’ l-azzjoni li trid tittieħed fil-livell Komunitarju fil-każ ta’ xi ksur tal-livelli massimi rrapurtati. L-esperjenza kkonfermat li sabiex ir-riżultati rrapurtati tagħhom ikunu jistgħu jintużaw b’kunfidenza, laboratorji li jagħmlu analiżi ta’ residwi tal-pestiċidi għandhom joperaw b’livelli għolja ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità. Il-parteċipazzjoni ta’ laboratorji f’testijiet regolari ta’ profiċjenza u l-implimentazzjoni tagħhom ta’ proċeduri komuni għall-kontroll tal-kwalità, jistgħu iservu biex jaderixxu mal-ħtiġijiet ta’ akkreditazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tat-29 ta’ Ottubru 1993 dwar is-suġġett ta’ miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ l-ikel [4].

(4) Minħabba li l-Kummissjoni, fil-kollazzjoni u kumpilazzjoni ta’ l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri għall-presentazzjoni bħala rapporti tal-Komunità Ewropea, jrid ikollha l-kunfidenza fil-kwalità, korrettezza u paragunabilità ta’ dik l-informazzjoni hi xierqa, li l-Kummissjoni għandha tikkontribbwixxi finanzjarjament għal azzjonijiet li jappoġġjaw ir-rabta ta’ l-għola livelli li jistgħu jiġu akkwistati tal-programmi ta’ sorveljanza. B’mod partikolari t-testijiet regolari ta’ profiċjenza ta’ laboratorji u r-reviżjoni u l-iżvilupp tar-regoli ta’ proċedura tal-kontroll ta’ kwalità f’laqgħat regolari ta’ speċjalizzati għandhom ikunu appoġġati.

(5) Hu xieraq li l-Kummissjoni għandha tikkontribbwixxi finanzjarjament għal azzjonijiet li jappoġġaw aspetti oħra tal-koordinazzjoni tas-sorveljanza ta’ residwi tal-pestiċidji f’livell Komunitarju. B’mod partikolari x-xogħol għandu jkun appoġġat sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tirrispondi għall-ħtieġa li għandha taħdem progressivament lejn sistema li tkun tippermetti l-istima ta’ l-esposizzjoni dietetika attwali mill-informazzjoni ta’ sorveljanza.

(6) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur u ta’ l-ikel (COM(97) 183) tiddeskrivi l-operazzjoni ta’ l-ikel; kontrolli veterinajri u fitosanitarji u spezzjonijiet tas-servizzi. Is-sorveljanza ta’ residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u frott u ħaxix hi attività li għandha tkun koperta bis-servizz ta’ spezzjoni.

(7) L-eserċizzji ta‘ sorveljanza għal 1996 u 1997 urew ksur tal-livelli massimu kif stabbilit fid-Direttiva 90/642/KEE kif emendata.

(8) Direttiva 90/642/KEE, kif emendata, kif ukoll Direttiva 86/362/KEE jipprovdu għall-adozzjoni ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’livell Komunitarju fil-każ ta’ ksur irraportat u għal regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati neċessarji għall-funzjonament xieraq tas-sorvelljanza.

(9) Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistemi ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kollha hi neċessarja biex ittejjeb is-sorveljanza ta’ residwi tal-pestiċidi fil-Komunità u biex tassisti fil-funzjonament xieraq tagħha.

(10) Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati neċessarji għall-funzjonament xieraq tad-dispożizzjonijiet ta’ sorveljanza għandhom isiru. Dawn ir-regoli għandhom jistipulaw b’mod ċar l-azzjonijiet li, u l-proċeduri li, bihom l-Kummissjoni tista’ tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji, fi’ ħdan l-allokazzjonijiet disponibbli tal-budget.

(11) Il-miżuri li hemm provvdut għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ir-rakomandazzjonijiet tal-Kummissjoni magħmula skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(2)(b) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 90/642/KEE jistgħu ikopru perjodi ta’ bejn isena uħames snin.

2. Sabiex titħalla ssir it-tmexxijja effettiva minn sena għal sena ta’ programmi ta’ sorveljanza multi annwali, il-Kummissjoni tista’ tissottometti abbozzi ta’ rakomandazzjonijiet annwali li jikkonfermaw u jissuplimentaw; dawn għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti kif provvdut fl-Artikolu 7(2)(b) tad-Direttiva 86/362/KEE u ta l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 90/642/KEE.

Artikolu 2

Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonamennt tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/362/KEE u ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/642/KEE rispettivament, il-Kummissjoni ghandha:

1) 1.tikkoordina l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri sa fejn jikkonċernaw il-ħtiġijiet għall-ġenerazzjoni, reġistrazzjoni, tmexxijja u trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar is-sorveljanza u l-programmi ta’ sorveljanza, kif xieraq permezz ta’ noti ta’ gwida tal-kumitat għas-Saħħa tal-Pjanti, b’mod partikolari regoli li jikkonċernaw il-proċeduri għall-kontroll tal-kwalità għall-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi [5] u d-dokument ta’ xogħol ta’ gwida għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rikmandazzjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw programmi ta’ sorveljanza Komunitarji koordinati [6];

2. tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji, fi ħdan l-allokazzjonijiet xierqa disponibbli fil-budget tal-Komunità Ewropea:

(a) għall-organizzazzjoni regolari ta’ testijiet ta’ profiċjenza, bi prinċipju ta’ kull sentejn, tal-laboratorji kollha li jwettqu l-analiżi sabiex tiġi assigurata l-kwalità, l-korrettezza u l-komparabilità ta’ l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra annwalment u kollatati u kompilati għall-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u ta’ l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE;

(b) għall-organizzazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ proċeduri għall-kontroll tal-kwalità għall-analiżi tar-residwi fil-pestiċidi, fil-forma ta’ noti ta’ gwida tal-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti, u għall-organizzazzjoni tar-reviżjoni regolari, bi prinċipju f’intervalli ta’ sentejn f’laqgħat speċjalizzati, għall-applikazzjoni ta’ tali proċeduri fil-laboratorji għall-analiżi tar-residwi ta’ l-Istati Membri sabiex tiġi assigurata l-kwalità, il-korrettezza u l-komparabilità ta’ l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra annwalment u kollatati u kkumpilati għall-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE;

(ċ) għall-organizzazzjoni annwali ta’ studji, konsultazzjonijiet u preparazzjonijiet oħra neċessarji sabiex tippermetti lill-Kummissjoni biex taħdem progressivament lejn sistema li tkun tista tippermetti l-istima ta’ l-esposizzjoni attwali għad-dieta ta’ pestiċidi mill-informazzjoni ta’ sorveljanza, kif meħtieġ mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u ta’ l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE; u

(d) għall-organizzazzjoni ta’ azzjonijiet oħra f’livell Komunitarju neċessarji għall-implimentazzjoni xierqa tal-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/362/KEE u ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/642/KEE rispettivament li jistgħu jiġu identifikati mill-Kummissjoni u l-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tinnomina l-benefattur jew benefatturi tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li hemm provvduti għalihom fl-Artikolu 2(2) permezz ta’ deċiżjoni adottata skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 86/362/KEE u ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/642/KEE.

2. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li hemm provvduta fil-paragrafu 1, għandha b’mod partikolari tistabbilixxi:

- l-isem tal-benefattur jew benefatturi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità,

- l-ispiża totali ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, u il-kontribuzjonijiet tal-partijiet involuti fit-teħid ta’ l-azzjoni, inluż il-Komunità Ewropea,

- deskrizzjoni fil-qosor ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed,

- skeda għat-tlestija ta’ l-azzjoni.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati analitiċi mibgħuta lill-Kummissjoni u lill-Membri Stati l-oħra annwalment, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE ġew miksuba minn laboratorji li:

- huma konformi mal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/99/KEEC, u

- jagħmlu kull sforz sabiex jimplimentaw il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità għal analiżi tar-residwi tal-pestiċidji li hemm provvdut għalihom fl-Artikolu 2(2) (b) ta’ dan ir-Regolament.

Barra dan, Stati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni fil-programm koordinat tal-Komunità għandha tkun ristretta għal laboratorji li pparteċipaw f’sessjoni ta’ qabel, jew li ser jipparteċipaw s’sessjoni li jmiss tat-testijiet ta’ profiċjenza Komunitarji rilevanti li hemm provvdut għalihom fl-Artikolu 2(2)(a) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċjali speċjali, u kkwalifikati b’mod xieraq sabiex jissorveljaw fl-Istati Membri, flimikien ma l-awtoritajiet nazzjonali, t-twettiq ta’ programmi nazzjonali u Komunitarji għas-sorvelljanza ta’ residwi tal-pestiċidi ġewwa jew fuq oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-pjanti. Dan jinkludi t-teħid ta’ kampjuni w il-mod li biħ jaħdmu l-laboratorji rilevanti.

2. L-uffiċjali se iżuru lill-awtoritajiet nazzjonali f’kull wieħed mill-Istati Membri, li jridu jikkooperaw ma’ l-uffiċjali nominati mill-Kummissjoni u jagħtu l-assistenza kollha neċessarja sabiex ikunu jistgħu iwettqu x-xogħol tagħhom. Il-programmi taż-żjajjar għandhom jiġu organizzati u mwettqa b’kollaborazzjoni ma’ l-Istat Membru konċernati. Fi’ kwalunkwe każ, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibqgħu risponsabbli għat-twettiq ta’ l-operazzjonijiet ta’ kontroll.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għal dawn iż-żjajjar ma’ l-uffiċjali nazzjonali fi’ żmien addattat. Flimkien ma l-esperti mill-Istati Membri visitati, l-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jiġu akkumpnajati matul iż-żjajjar tagħhom minn espert wieħed jew aktar esperti minn wieħed jew aktar mill-Istati Membri. Matul iż-żjajjar, l-espert jew esperti ta’ Istati Membri maħtura mill-Kummissjoni għandom jikkonformaw mar-regoli amministrattivi tal-Kummissjoni.

4. Wara kull żjara, l-Kummissjoni għandha tipprepara rapport bil-miktub. L-Istat Membru visitat jrid jingħata l-opportunità li jikkumenta dwar dan ir-rapport.

5. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika regolarment b’rapport bil-miktub lill-Istati Membri kollha, fil-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti, dwar ir-riżultat taż-żjajjar lil kull Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel ir-rapporti disponibbli lill-pubbliku fuq bażi regolari.

6. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jerġgħu jiġu eżaminati sal-31 ta’ Ottubru 2001.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2000.

Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 36.

[3] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

[4] ĠU L 290, ta’ l-24.11.1993, p. 14.

[5] ĠU L 128, tal-21.5.1999, p. 30.

[6] ĠU L 128, tal-21.5.1999, p. 48.

--------------------------------------------------