32000L0004



Official Journal L 087 , 08/04/2000 P. 0022 - 0031


Id-Direttiva 2000/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-28 ta' Frar 2000

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġieri minbarra l-mirja interni biex tara wara, t-tifsila tal-kontrolli, s-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq, fejn jistrieħ id-dahar u l-warrani tas-sedili)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Huwa mixtieq li jkunu introdotti fid-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE [4], ħtiġiet li jikkonċernaw twieqi imħaddma bl-elettriku bil-għan li jkun eliminat il-periklu għat-tfal, li jista' jseħħ meta jingħalqu dawn it-twieqi; ħtiġiet oħra simili għandhom ukoll japplikaw għas-sistemi tal-panew tas-saqaf imħaddem bl-elettriku; għal dan il-għan it-Titolu u l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 74/60/KEE għandhom ikunu emendati kif xieraq.

(2) Id-Direttiva 74/60/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta'Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5]; konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-vetturi, sistemi tal-vettura, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għad-Direttiva 70/60/KEE;

(3) Partikolarment, l-Artikoli 3(4) u 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha mehmuża magħha dokument ta' tagħrif li jinkorpora l-punti relevanti ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE kif ukoll ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI tad-Direttiva 70/156/KEE sabiex dik l-approvazzjoni tat-tip tkun tista' tiġi kompjuterizzata.

(4) Huwa importanti li vetturi fil-kategorija apparti minn M1, partikolarment dawk fil-kategoriji M2 u M1, ikunu jistgħu ma' l-ewwel opportunita joffru lis-sewwieq u lill-passiġġieri, l-aktar partikolarment lit-tfal, il-livell ta' sigurtà previst mid-Direttiva 74/60/KEE; għal dak il-għan għandha tkun magħmula possibbli li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 74/60/KEE jkun estiż biex ikopri vetturi bħal dawn skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

(5) L-emendi għad-Direttiva 74/60/KEE għandhom x'jaqsmu biss mad-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħha u għal twieqi mħaddma bl-elettriku, il-panew tas-saqaf u/jew sistemi ta' diviżjoni; għaldaqstant mhux meħtieġ li jiġu nvalidati l-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija permezz tad-Direttiva 74/60/KEE u lanqas li tipprevjeni r-reġistrazzjoni, l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda, li ma jkollhomx twieqi mħaddma bl-elettriku, il-panewijiet tas-saqaf u/sistemi diviżivi u li huma koperti b'approvazzjonijiet bħal dawn.

(6) Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fit-tielet paragrafu ta'l-Artikolu 5 tat-Trattat, il-miżuri misjuba f'din id-Direttiva ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 74/60/KEE hija emendata kif ġej:

1. It-Titolu għandu jiġi sostitwit kif ġej:

"Id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE tas-17 ta' Diċembru 1973 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur."

2. L-Artikoli 1, 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti kif ġej:

"L-Artikolu 1

Għall-għan ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE.

L-Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi t'hawn taħt.

L-Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' xi vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi jekk dawn jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi."

3. L-Artikoli 4 u 5 għandhom jitħassru.

4. L-Annessi għandhom ikunu emendati skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B'effett mit-8 ta' April 2001, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur,

- jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi,

jekk il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

2. B'effett mit-8 ta' April 2002, l-Istati Membri m'għandhomx jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' vettura ġdida għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur jekk ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

3. B'effett mit-8 ta' April 2003, l-Istati Membri:

- għandhom jikkonsidraw iċ-ċertifikati tal-konformità li jakkompanjaw vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE mhux aktar validi għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Drettiva, u

- jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat tal-konformità kemm-il darba l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE jkunx invokat,

li jirrigwardjaw il-muntaġġi interni ta' vetturi bil-mutur jekk il-vetturi jkollhom twieqi, il-panew tas-saqaf u/jew is-sistemi diviżorji li jaħdmu bl-elettriku u ma jkunx hemm konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

4. Din id-Direttiva ma tinvalidax xi approvazzjoni għal tipi ta' vetturi li ma jkollhomx twieqi, il-panewijiet tas-saqaf u/jew is-sistemi diviżorji li jaħdmu bl-elettriku mogħtija preċedentament permezz tad-Direttiva 74/60/KEE u lanqas tipprevjeni l-estensjonijiet ta' approvazzjonijiet bħal dawn skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva li taħtha kienu oriġinarjament mogħtija.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel it-8 ta' April 2001 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

2. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif isiru dawn ir-referenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

J. Pina Moura

[1] ĠU C 149, tas-7.8.1997, p. 10.

[2] ĠU C 407, tas-7.8.1997, p. 2.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Frar 1999 (ĠU C 150, tat-28.5.1999, p. 26), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1999 (ĠU C 346, tat-2.12.1999, p. 17) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2000.

[4] ĠU L 38, tal-5.7.1971, p. 2. Id-Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/632/KEE (ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 26).

[5] ĠU L 42, tal-25.7.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

EMENDI GĦALL-ANNESSI TAD-DIRETTIVA 74/60/KEE

1. Il-Lista ta' l-Annessi li ġejja għandha tkun inserita bejn l-Artikoli u l-Anness I:

"

LISTA TA' L-ANNESSI

| |

| |

L-ANNESS I: | Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE, speċifikazzjonijiet, għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' vettura, modifiki tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet u l-konformità tal-produzzjoni. |

Appendiċi 1: | Dokument ta' l-informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifika ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

Appendiċi 3 | Pożizzjoni ta' virga ċilindrika tat-test fil-ftuħ tas-saqaf u l-fetħiet tat-twieqi |

Appendiċi 4 | Simbolu għas-swiċċ ikkontrollat mis-sewwieq |

L-ANNESS II: | Determinazzjoni taż-żona ta' l-impatt tar-ras |

L-ANNESS III: | Proċedura għall-ittestjar ta' materjali li jiddissipaw l-enerġija |

L-ANNESS IV: | Proċedura sabiex ikun determinat il-punt H u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u biex ikunu verifikati l-pożizzjonijiet relattivi tal-punti R u H u r-relazzjoni bejn id-disinn ta' l-angolu tad-dahar tas-sedil u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil |

Appendiċi: | Komponenti tal-manikin tridimensjonali u l-qisien u t-toqol tal-manikin |

L-ANNESS V: | Metodu tal-kalkolazzjoni tal-projezzjonijiet |

Appendiċi: | Apparat għall-qisien tal-projezzjonijiet |

L-ANNESS VI | Apparat u proċedura għall-implimentazzjoni tal-punt 5.2.1 ta' l-Anness I |

"

2. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) In-nota ta ' qiegħ il-paìna 1 hija mħassra.

(b) It-Titolugħandu jiġi sostitwit mibdul kif ġej:"".

(ċ) Il-Punt 1 huwa sostitwit kif ġej:

"1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għall-vetturi tal-kategorija M1 kif definita fl-Anness II, is-Sezzjoni A tal Direttiva 70/156/KEE"

.

(d) Il-Punti 2.1 u 2.2 huma sostitwiti kif ġej:

"2.1. "Muntaġġi interni" huma:

2.1.1. Partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mirja interni biex tara wara;

2.1.2. it-tqassim tal-kontrolli;

2.1.3. is-saqaf jew is-saqaf li jinfetaħ;

2.1.4. il-parti fejn jistrieħ id-dahar u l-parti warranija tas-sedili;

2.1.5. it-twieqi, il-panewijiet tas-soqfa u s-sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku.

2.2. "Tip ta' vettura" f'dak li għandu x'jaqsam mal-muntaġġi interni tal-kompartiment tal-passiġġier ifisser vetturi bil-mutur li ma jvarjawx f'dawn l-aspetti essenzjali bħal ma huma:"

(e) Il-punti li ġejjin huma inseriti:

"2.2.3. is-saqaf jew is-saqaf li jinfetaħ;

2.2.4. il-parti fejn jistrieħ id-dahar u l-parti warranija tas-sedili;

2.2.5. it-twieqi, il-panewijiet tas-soqfa u s-sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku"

.

(f) Il-punti li ġejjin huma inseriti:

"2.10. "Twieqi mħaddma bl-elettriku" jfissru twieqi li jingħalqu bl-elettriku fornut mill — vettura.

2.11. "Sistemi ta' panew tas-saqaf imħaddma bl-elettriku" ifissru panewijiet li jiċċaqalqu fis-saqaf tal-vettura li jingħalqu permezz ta' l-elettriku fornut mill-vettura billi jew jiżżerżqu jew jitmejlu, u li ma jinkludux sistemi tas-soqfa konvertibbli.

2.12. "Sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku" jfissru sistemi li jaqsmu l-kompartiment ta' karozza ta' passiġġieri f'ta' l-anqas żewġ taqsimiet u li jingħalqu permezz ta' l-elettriku fornut mil-vettura.

2.13. "Ftuħ" hija l-apertura massima li m'hijiex imfixkla bejn ix-xifer ta' fuq jew ix-xifer ta'quddiem, jiddependi fuq id-direżżjoni ta' l-għeluq, ta' tieqa mħaddma bl-elettriku jew diviżorju jew panew tas-saqaf u l-istruttura tal-vettura li tifforma x-xifer tat-tieqa, tad-diviżorju jew tal-panew tas-saqaf, meta tħares mill-intern tal-vettura jew, fil-każ ta' sistema diviżorja, mill-parti ta' wara tal-kompartiment tal-passiġġier.

Sabiex tkejjel fetħa, virga ċilindrika tat-test għandha (mingħajr ma teżerċita forza) tgħaddi minnha normalment perpendikulari għat-tieqa, il-panew tas-saqaf jew tad-diviżorju kif muri fil-figura 1, mill-intern tal-vettura jew, kif applikabbli, mill-parti warranija tal-kompartiment tal-passiġġier"

.

(g) Il-Punti 3 sa 3.3 huma sostitwiti kif ġej:

"3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' TIP TA' VETTURA

3.1. L-applikazzjonri għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-muntaġġi interni tagħha għandha tingħata mill-fabbrikant.;

3.2. Mudell tad-dokument ta'l-informazzjoni huwa mogħti f'Appendiċi 1.;

3.3. Dan li ġej għandu jingħata lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip."

(h) Il-puntili ġejjin huma inseriti:

"5.5.2. Sistemi tal-panew tas-saqaf imħaddma bl-elettriku

5.5.2.1. B'żieda ma dan, sistemi tal-panew tas-saqaf li jaħdmu bl-elettriku u l-kontrolli tagħhom għandhom jilħqu l-ħtiġiet tal-Punt 5.8 t'hawn taħt''."

(i) Il-Punti 5.8 u 5.8.1 huma numerati mill-ġdid bħal l-Punti 5.9 u 5.9.1.

(j) Il-punti li ġejjin huma inseriti:

"5.8. Twieqi, is-sistemi ta'panewijiet tas-soqfa u s-sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku.

5.8.1. Il-ħtiġiet t'hawn taħt japplikaw għal twieqi/sistemi ta' panewijiet tas-saqaf/sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku sabiex jimminimizzaw il-possibbiltà ta' ħsara kawżata minn tħaddim aċċidentali jew mhux kif suppost.

5.8.2. Ħtiġiet għal tħaddim normali

Minbarra kif hemm ipprovdut fil-punt 5.8.3, twieqi/sistemi ta' panewijiet tas-saqaf/sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku jistgħu jkunu magħluqa permezz ta' wieħed jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.8.2.1. meta ċ-ċavetta tal-ignition tiddaħħal fil-kontroll tal-ignition f'kull pożizzjoni ta' l-użu;

5.8.2.2. permezz ta' forza muskolari mingħajr assistenza ta' elettriku fornut mill-vettura;

5.8.2.3. bi tħaddim kontinwu permezz ta' sistema ta' tiskir minn naħa ta' barra tal-vettura;

5.8.2.4. matul l-intervall ta' ħin bejn il-mument li l-ignition jinbidel minn mixgħul għall-mitfi u/jew iċ-ċavetta tkun tneħħiet u l-mument li l-ebda mill-bibien ta' quddiem ma jkun infetħu suffiċjentement sabiex jippermetti ħruġ ta' l-okkupanti;

5.8.2.5. meta ċ-ċaqliq ta' l-għeluq ta' tieqa, panew tas-saqaf jew diviżorju mħaddma bl-elettriku jibda bi ftuħ li ma jeċċedix 4 mm;

5.8.2.6. meta tieqa mħaddma bl-elettriku ta' bieba ta' vettura mingħajr il-gwarniċ tal-bieba ta'fuq tagħlaq awtomatikament kull meta l-bieba pertinenti tkun magħluqa. F'dan il-każ il-ftuħ massimu, kif definit fil-Punt 2.13, qabel l-għeluq tat-tieqa, m'għandux jeċċedi 12 mm.

5.8.2.7. Għeluq mill-bogħod għandu jkun permissibli permezz ta' l-attwazzjoni kontinwa ta' l-apparat għat-tħaddim mill-bogħod, kif hemm provvediment dwar dan, basta li waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

5.8.2.7.1. L-apparat għall-attwazzjoni mill-bogħod għandu jkun inkapaċi li jagħlaq it-tieqa/panew tas-saqaf/diviżorju li jaħdmu bl-elettriku minn distanza ta' aktar minn 11 il-metru mill-vettura;

5.8.2.7.2. L-apparat għall-attwazzjoni mill-bogħod għandu jkun inkapaċi li jagħlaq it-tieqa/il-pannell tas-saqaf/diviżorju li jaħdmu bl-elettriku:

- jekk l-apparat ta' l-attwazzjoni u l-vettura huma separati minn wiċċ ta' l-opak,

u

- jekk id-distanza bejn l-apparat li jitħaddem mill-bogħod u l-vettura hija aktar minn 6 metri.

5.8.2.8. Għeluq b'għafsa waħda għandu jkun permissibli biss għat-tieqa tal-bieba tas-sewwieq u tal-panew tas-saqaf li jaħdmu bl-elettriku, u matul il-ħin biss li ċ-ċavetta ta' l-ignition tkun fil-pożizzjoni meta l-magna tkun taħdem.

5.8.3. Ħtiġiet għall-"Awto-riversjar"

5.8.3.1. L-ebda mill-ħtiġiet fil-Punt 5.8.2 m'għandhom japplikaw jekk tieqa/sistema ta' pannell tas-saqaf/diviżorju li jaħdmu bl-elettriku jkunu mgħammra bl-apparat ta' l-awto-riversjar.

5.8.3.1.1. Dan l-apparat għandu jirriversja t-tieqa/il-panew tas-saqaf/diviżorju li jaħdmu bl-elettriku qabel teżerċita il-forza ta' qarsa ta' aktar minn 100 N waqt il-ftuħ ta' 200 mm sa 4 mm 'l fuq mix-xifer ta' fuqnett ta' tieqa/diviżorju mħaddma bl-elettriku jew quddiem ix-xifer ta' quddiem ta' panew tas-saqaf li jiżżerżaq u fix-xifer tas-sinjali ta' panew tas-saqaf li jitmejjel.

5.8.3.1.2. Wara l-awto-riversjar bħal dan, it-tieqa jew il-panew tas-saqaf jew id-divżorju għandhom jiftħu għal waħda mill-pożizzjonijiet li ġejjin:

5.8.3.1.2.1. pożizzjoni li tippermetti virga ċilindrika semi-riġida ta' dijametru ta' 200 mm sabiex tgħaddi mill-ftuħ fl-istess punt(i) ta' kuntatt użat sabiex jistabbilixxi l-mod ta' riversjar fil-punt 5.8.3.1.1;

5.8.3.1.2.2. pożizzjoni li tirrappreżenta ta' l-anqas il-pożizzjoni inizjali qabel l-għeluq ikun beda;

5.8.3.1.2.3. pożizzjoni ta' l-anqas 50 mm aktar miftuħa mill-pożizzjoni fil-ħin meta l-irriversjar kien beda;

5.8.3.1.2.4. fil-każ ta' ċaqliq immejjel ta' panew tas-saqaf, il-ftuħ angulari massimu.

5.8.3.1.3. Sabiex tivverifika twieqi/sistemi ta' panewijiet tas-saqaf/sistemi diviżorji li jinfethu bl-elettriku bl-apparat għar-riversjar, strument tal-kejl/virga tat-test għandhom jgħaddu mill-ftuħ mill-ġewwieni tal-vettura jew, fil-każ ta' sistema diviżorja, mill-parti warranija tal-kompartiment tal-passiġġier b'tali mod li l-wiċċ ċilindriku tal-virga jagħmel kuntatt ma kull parti tal-istruttura tal-vettura li tifforma d-dawra tat-tieqa/l-apertura tal-panew tas-saqaf/diviżorju. Il-proporzjon tad-diflezzjoni tal-forza tal-istrument tal-kejl m'għandux ikun aktar minn 10 N/mm. Il-pożizzjoni tal-vireg tat-test (normalment imqiegħda perpendikulari mat-tieqa/panew tas-saqaf/diviżorju) huma murija f'Appnediċi 3, figura 1.

5.8.4. Loki tas-swiċċ u l-operat tiegħu

5.8.4.1. L-iswiċċijiet tat-twieqi/panewijiet tas-saqaf/diviżorji li jaħdmu bl-elettriku għandhom jitqiegħdu jew jaħdmu b'tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta' għeluq aċċidentali. Is-swiċċijiet għandhom jinħtieġu funzjonalità kontinwa għall-għeluq bl-eċċezzjoni fil-każ tal-Punti 5.8.2.6, 5.8.2.8 jew 5.8.3.

5.8.4.2. It-twieqi ta' wara, il-panewijiet tas-saqaf u s-swiċċijiet tad-diviżorju kollha ntiżi sabiex jintużaw minn min jokkupa l-warrani tal-vettura għandhom ikunu jistgħu jintfwew minn swiċċ ikkontrollat mis-sewwieq li jkun lokalizzat fuq quddiem ta' l-impjant transvers vertikali li jgħaddi mill-punti R tas-sedili ta' quddiem. Is-swiċċ ikkontrollat mis-sewwieq mhux meħtieġ jekk tieqa ta' wara, panew tas-saqaf jew diviżorju jkunu mgħammra b'apparat ta' awto-riversjar. Jekk, b'dankollu, is-swiċċ kontrollat mis-sewwieq huwa preżenti, m'għandux ikun kapaċi jaqbeż l-apparat ta' l-awto-riversjar.

Is-swiċċ ikkontrollat mis-sewwieq għandu jitqiegħed b'tali mod li jnaqqas kull manipulazzjoni aċċidentali. Għandu jkun identifikat bis-simbolu muri f'Appendiċi 4.

5.8.5. Apparati tal-proġettazzjoni

L-apparat kollu tal-proġettazzjoni li jintuża sabiex jipprevjeni ħsara għas-sors ta' l-elettriku fil-każ ta' kurrent qawwi jew tifi għandu jkun kapaċi jissettja awtomatikament mill-ġdid filwaqt li s-swiċċ li jikkontrolla t-tieqa/panew tas-saqaf/diviżorju jkun imħaddem.

5.8.6. Il-manwal tal-istruzzjonijiet.

5.8.6.1. Il-manwal tas-sid tal-vettura għandu jkollu struzzjonijiet ċari li jirrigwardjaw it-tieqa/panew tas-saqaf/diviżorju mħaddma bl-elettriku, li jinkludi:

5.8.6.1.1. spjegazzjoni tal-konsegwenzi possibbli (tinqabad ġewwa)

5.8.6.1.2. l-użu tas-swiċċ ikkontrollat mis-sewwieq,

5.8.6.1.3. messaġġ ta' "twissija" li jindika periklu, partikularment għat-tfal fil-każ ta' l-użu ħażin/tħaddim tat-tieqa/sistemi ta' panewijiet tas-saqaf/sistemi diviżorji mħaddma bl-elettriku. Din l-informazzjoni għandha tindika r-responsabbiltajiet tas-sewwieq, inklużi struzzjonijiet għall-okkupanti l-oħrajn u r-rakkomandazzjoni sabiex iħallu l-vettura biss jekk iċ-ċavetta tkun imneħħija mis-sokra ta' l-ignition,

5.8.6.1.4. messaġġ ta' twissija li jindika li kura speċjali għandha tittieħed meta jintużaw sistemi ta' l-għeluq mill-bogħod (Ara l-Punt 5.8.2.7). ngħidu aħna sabiex tħaddimha biss jekk min iħaddimha għandu vista ċara tal-vettura sabiex jassigura li ħadd ma jinqabad minn twieqi/panew tas-saqaf/tagħmir diviżorju operati bl-elettriku"

.

(k) Il-Punti 6 u 7 huma sostitwiti kif ġej:

"6. L-GĦOTI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' TIP TA' VETTURA

6.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandha tingħata skond L-artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mogħti f'Appendiċi 2.

6.3. Numru ta' l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

7. MODIFIKAZZJONI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

7.1. Fil-każ ta' modifikazzjonijiet tat-tip approvat permezz ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1. Miżuri sabiex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE"

.

(l) l-Appendiċijiet li ġejjin huma miżjuda: "

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 3

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 4

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------