32000D0367

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta' reżistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u xi partijiet minnhom (notifikati taħt id-dokument numru K(2000) 1001) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 133 , 06/06/2000 P. 0026 - 0032
CS.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
ET.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
HU.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
LT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
LV.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
MT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
PL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
SK.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154
SL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 148 - 154


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta' Mejju 2000

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta' reżistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u xi partijiet minnhom

(notifikati taħt id-dokument numru K(2000) 1001)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/367/KE)

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89//106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b' mod partikolari Artikoli 3 (6) u 20 tagħha,

Billi:

(1) Artikolu 3(2) u (3) ta' Direttiva 89/106/KEE jiddikjaraw li, sabiex jittieħed kont ta' livelli differenti ta' protezzjoni għal xogħlijiet ta' bini li jistgħu jipprevalu fuq il-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, kull ħtieġa essenzjali tista' wkoll tikkawża l-istabbiliment ta' klassijiet tad-dokumenti interprettativi. Dawk id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interprettativi tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE [3].

(2) Il-Paragrafu 4.2.1 tad-dokument interprettativ Nr 2 jiġġustifika il-bżonn ta' livelli differenti tal-ħtieġa essenzjali "Sigurtà f'każ ta' nar" bħala funzjoni tat-tip, l-użu u l-post tax-xogħol għall-bini, kif inhu mqassam u d-disponibilità tal-faċilitajiet ta' emerġenza.

(3) Il-Paragrafu 2.2 tad-dokument interpretattiv Nr 2 jelenka numru ta' miżuri interrelatati għas-sodisfazzjon tal-ħtieġa essenzjali "Sigurtà f'każ ta' nar" li flimkien jikkontribwixxu għad-definizzjoni ta' l-istrateġija ta' sigurtà f'każ ta' nar li tista' tiġi żviluppata f'modi differenti fi Stati Membri.

(4) Il-Paragrafu 4.3.1.3 tad-dokument interpretattiv Nr 2 jidentifika waħda minn dawn il-miżuri li jipprevalu fl-Istati Membri li jirrelataw mar-rendiment tar-resistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini u/jew xi partijiet ta' xogħlijiet ta' bini.

(5) Sabiex tiġi permessa resiztenza għall-operat tan-nar ta' prodotti għall-bini u xogħlijiet ta' bini jew partijiet tagħhom li għandhom jiġu vvalutati, is-soluzzjoni armonizzata tikkonsisti f'sistema ta' klassijiet li hija nkluża fid-dokument interpretattiv Nr 2.

(6) Din is-sistema ta' klassijiet ġiet addattata għall-progress tekniku f'mandat mill-Kummissjoni lil korpi standardizzati Ewropej, Cen u Cenelec.

(7) Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/106/KEE jiddikjara li l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-livelli ta' rendiment li għandhom jiġu osservati fit-territorju tagħhom fil-klassifiki adottati fuq livell Komunitarju u soġġett biss għall-użu tal-klassijiet kollha jew ftit minnhom jew għal klassi waħda.

(8) Il-miżuri previsti f'din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sistema ta' klassifika adottata fil-livell Komunitarju għar-rendiment tar-resistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u partijiet minnhom għandha tiġi stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-3 ta' Mejju 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU Ċ 62, 28.2.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

DEFINIZZJONIJIET, TESTIJIET U KRITERJI TA' OPERAZZJONI

Id-definizzjonijiet relevanti, it-testijiet u l-kriterji ta' operazzjoni huma kompletament deskritti fi, jew referenzjati mill-istandards Ewropej imsemmija f'dan l-Anness.

SIMBOLI

R | Il-Kapaċità ta' tagħbija |

E | L-Integrità |

I | L-Insulazzjoni |

W | Ir-Radjazzjoni |

M | L-azzjoni mekkanika |

C | Egħluq awtomatiku |

S | Ħruġ ta' duħħan |

P or PH | Il-Kontinwità tal-fornitura ta' elettriku u/jew sinjal |

G | Resistenza għan-nugrufun |

K | Abilità tal-protezzjoni kontra n-nar |

Noti:

1. Il-klassifiki li ġejjin huma espressi f'minuti sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

2. L-istandards Ewropej EN 13501-2, EN 13501-3 (klassifika) u EN 1992-1.2, EN 1993-1.2, EN 1994-1.2, EN 1995-1.2, EN 1996-1.2, EN 1999-1.2 (Ewrokodiċi) msemmija f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċeduri ta' salvagwardja kif deskritt f'Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/106/KEE.

KLASSIFIKI

1. Elementi li jifilħu t-tagħbija mingħajr funzjoni ta' separazzjoni tan-nar

Japplika għal | ħitan, pavimenti, soqfa, travi, kolonni, gallariji, turġien, passaġġi |

Standard(s) | EN 13501-2; EN 1365-1,2,3,4,5,6; EN 1992-1.2; EN 1993-1.2; EN 1994-1.2; EN 1995-1.2; EN 1996-1.2; EN 1999-1.2 |

Klassifika: |

R | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | 360 |

Noti | — |

2. Elementi li jifilħu t-tagħbija b'funzjoni ta' separazzjoni tan-nar

Japplika għal | Ħitan |

Standard(s) | EN 13501-2; EN 1365-1; EN 1992-1.2; EN 1993-1.2; EN 1994-1.2; EN 1995-1.2; EN 1996-1.2; EN 1999-1.2 |

Klassifika: |

RE | | 20 | 30 | | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

REI | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

REI-M | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

REW | | 20 | 30 | | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

Noti | — |

Japplika għal | Pavimenti u soqfa |

Standard(s) | EN 13501-2; EN 1365-2; EN 1992-1.2; EN 1993-1.2; EN 1994-1.2; EN 1995-1.2; EN 1999-1.2 |

Kalssifika: |

RE | | 20 | 30 | | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

REI | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

Noti | — |

3. Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta' elementi li jifilħu t-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet.

Japplika għal | Soqfa mingħar resistenza indipendenti għan-nar |

Standard(s) | EN 13501-2; ENV 13381-1 |

Klassifika: espressa bl-istess termini bħal għall-element li jiflaħ it-tagħbija li qiegħed jiġi protett |

Noti | Jekk jissodisfa wkoll il-ħtiġiet fir-rigward tan-nar "semi-naturali", is-simbolu "sn" jiżdied mal-klassifika. |

Japplika għal | Kisi, rivestimenti u grilji ta' protezzjoni kontra n-nar |

Standard(s) | EN 13501-2; ENV 13381-2 sa 7 |

Klassifika: espressa fl-istess termini bħal għall-element li jiflaħ it-tagħbija li qiegħed jiġi protett |

Noti | — |

4. Elementi li ma jifilħux it-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet u prodotti għalhekk

Japplika għal | partizzjonijiet (inklużi dawk li jinkorporaw porzjonijiet mhux insulati) |

Standard(s) | EN 13501-2; EN 1364-1; EN 1992-1.2; EN 1993-1.2; EN 1994-1.2; EN 1995-1.2; EN 1996-1.2; EN 1999-1.2 |

Klassifika: |

E | | 20 | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

EI | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

EI-M | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

EW | | 20 | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

Noti | — |

Japplika għal | Soqfa b'resistenza indipendenti għan-nar |

Standard(s) | EN 13501-2; EN 1364-2 |

Klassifika: |

EI | 15 | | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

Noti | Il-klassifika hija kkompletata b' "(a → b)", "(b → a)", or "(a ↔ b)" sabiex jiġi indikat jekk l-element ġiex ikkontrollat u jissodisfax il-ħtiġiet ta' fuq jew ta' taħt biss jew it-tnejn. |

Japplika għal | Faċċati (ħitan ta' purtieri) u ħitan estern (inklużi elementi bil-ħġieġ) |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1364-3,4,5,6; EN 1992-1,2; EN 1993-1.2; EN 1994-1.2; EN 1995-1.2; EN 1996-1.2; EN 1999-1.2 |

Klassifika: |

E | 15 | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

EI | 15 | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

EW | | 20 | 30 | | 60 | | | | | |

Noti | Il-klassifika hija kkompletata b' "(i → o)", "(o → i)", jew "(i ↔ o)" sabiex jindikaw jekk l-elelment ġiex ikkontrollat u jisodisfax il-ħtiġiet minn ġewwa jew minn barra biss jew tat-tnejn. Meta meħtieġ, l-istabbilità mekkanika tfisser li ma hemm ebda partijiet li jaqgħu x'li x' aktarx jikkawżaw dannu personali tul iż-żmien għall-klassifika E jew E1. |

Japplika għal | Pavimenti elevati |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1366-6 |

Klassifika: |

R | 15 | | 30 | | | | | | | |

RE | | | 30 | | | | | | | |

RE1 | | | 30 | | | | | | | |

Noti | Il-klassifika hija kkompletata biż-żieda tas-suffiss "f" sabiex jindika resistenza kompleta għan-nar jew "r" sabiex jindika espożizzjoni għat-temperatura mnaqqsa konsistenti ta' l-espożizzjoni biss. |

Japplika għal | Siġilli kontra l-penetrazzjoni u siġilli lineari kontra spazji |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1366-3,4 |

Klassifika: |

E | 15 | | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

E1 | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

Noti | — |

Japplika għal | Bibien u persjani tan-nar (inklużi dawk li jinkorporaw ħġieġ u oġġetti solidi) u l-apparat għall-egħluq tagħhom |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1634-1 |

Klassifika: |

E | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

E1 | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

EW | | 20 | 30 | | 60 | | | | | |

Noti | Il-klassifika I hija kkompletata biż-żieda tas-suffiss "1" jew "2" sabiex jindika liema definizzjoni ta' insulazzjoni hija wżata. Iż-żieda tas-simbolu "Ċ" jindika li l-prodott jissodisfa wkoll il-kriterju ta' "egħluq awtomatiku" (it-test jgħaddi/ma jgħaddix). [1] |

Japplika għal | Bibien għal kontroll tad-duħħan |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1634-3 |

Klassifika: S200 jew S1 jiddependi fuq il-kondizzjonijiet tat-test sodisfatti |

Noti | Iż-żieda tas-simbolu "C" tindika li l-prodott jissodisfa wkoll il-kriterju ta' "egħluq awtomatiku" (jgħaddi/ma jgħaddix it-test) [2] |

Japplika għal | Egħluq għal ċineg ta' transport u sistemi ta' transport marbutin b' passaġġ fiss |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1366-7 |

Klassifika: |

E | 15 | | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

E1 | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

EW | | 20 | 30 | | 60 | | | | | |

Noti | Il-klassifika I hija kkompletata biż-żieda tas-suffiss "1" jew "2" sabiex jindika liema definizzjoni ta' insulazzjoni hija wżata. Iż-żieda tas-simbolu "C" tindika li l-prodott jissodisfa wkoll il-kriterju ta' "egħluq awtomatiku" (it-test jagħaddi/ma jgħaddix) [3]. |

Japplika għal | Passaġġi għal sub servizzi u xaftijiet |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 1366-5 |

Klassifika: |

E | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

E1 | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

Noti | Il-klassifika I hija kkompletata b' "(i → o)", "(o → i)", jew "(i ↔ o)" sabiex jiġI indikat jekk l-elelment ġiex ikkontrollat u jissodisfax il-ħtiġiet minn ġewwa jew minn barra biss jew it-tnejn li huma. B' żieda, s-simboli "v", u/jew "h", jindikaw l-adattabilità għal użu vertikali u/jew orizzontali. |

Japplika għal | ċumniji |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 13216 |

Klassifika: Ġ + distanza f' mm (e.ż. G 50) |

Noti | Id-distanza mhijiex meħtieġa għal prodotti inkorporati |

Japplika għal | ħitan u kisi tal-ħitan |

Standard (s) | EN 13501-2; EN 13381-8 |

Klassifika: K |

Noti | Test jgħaddi/ma jgħaddix |

5. Prodotti għal użu f'sistemi ta' ventilazzjoni (eskluża l-ventilazzjoni tad-duħħan u ta l-ispurgar tas-sħana).

Japplika għal | ventilaturi |

Standard(s) | EN 13501-3; EN 1366-1 |

Klassifika: |

E1 | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

E | | | 30 | | 60 | | | | | |

Noti | Il-klassifika I hija kkompletata b' "(i → o)", "(o → i)", jew "(i ↔ o)" sabiex jiġi indikat jekk l-element ġiex ikkontrollat u jissodisfax il-ħtiġiet minn ġewwa jew minn barra biss jew it-tnejn li huma. B'żieda, s-simboli "v", u/jew "h", jindikaw l-adattabilità għal użu vertikali u/jew orizzontali.Iż-żieda tas-simbolu "S" tindika s-sodisfazzjon ta' restrizzjoni oħra fuq iċ-ċarċir. |

Japplika għal | Apparat għat-tifi tan-nar |

Standard(s) | EN 13501-3; EN 1366-2 |

Klassifika: |

E1 | 15 | 20 | 30 | 45 | 60 | 90 | 120 | 180 | 240 | |

E | | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

Noti | Il-klassifika I hija kkompletata b' "(i → o)", "(o → i)", jew "(i ↔ o)" sabiex jiġi indikat jekk l-element ġiex ikkontrollat u jissodisfax il-ħtiġiet minn ↔ jew minn barra biss jew it-tnejn li huma. B'żieda, s-simboli "v", u/jew "h", jindikaw l-adattabilità għal użu vertikali u/jew orizzontali. Iż-żieda tas-simbolu "S" tindika s-sodisfazzjon ta' restrizzjoni oħra kontra l-ħruġ. |

6. Prodotti li għandhom jintużaw fis-servizzi

Japplika għal | Cables elettriċi u fibre-optic u aċċessorji;Conduits u sistemi għall-protezzjoni tan-nar għal cables |

Standard(s) | EN 13501-3 |

Klassifika: |

P | 15 | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

Noti | — |

Japplika għal | Cables jew sistemi ta' l-elettriku jew ta' sinjal b' djametru żgħir (< 20 mm djametru u b' daqsijiet ta' kondutturi ≤ 2.5 mm2) |

Standard(s) | EN 13501-3; EN 50200 |

Klassifika: |

PH | 15 | | 30 | | 60 | 90 | 120 | | | |

Noti | — |

[1] Il-klassifika "Ċ" tista' tiġi kkompletata biċ-ċifri 0 sa 5 skond il-kategorija ta' l-użu. Id-dettalji għandhom jiġu nklużi fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-prodott rilevanti.

[2] Il-klassifika "C" tista' tiġI kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skond il-kategorija ta' użu. Id-dettalji għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-prodott rilevanti.

[3] Il-klassifika "C" tista' tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skond il-kategorija ta' użu. Id-Dettalji għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-prodott rilevanti.

--------------------------------------------------