32000D0354



Official Journal L 127 , 27/05/2000 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Meju 2000

li tistabbilixxi Kumitat għall-amministrazzjoni ta' kriżijiet b'aspett ċivili

(2000/354/CFSP)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta'l-Unjoni Ewropea partikolarment l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej partikolarment l-Artikolu 207 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-qafas biex tissaħħaħ il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, partikolarment Sigurtà Komuni Ewropea u Difiża Politika previst fl-Artikolu 17 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Helsinki fl-10 u fil-11 ta'Diċembru 1999 saqsa l-Presidenza, flimkien mas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli biex ikomplu bix-xogħol fil-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali dwar l-aspetti kollha tar-rapport tal-Presidenza, u dwar l-amministrazzjon ta' kriżijiet b'aspett ċivili.

(2) Il-Kunsill Ewropew li ltaqa' fil-Lisbona fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2000 stieden il-Kunsill biex jistabbilixxi kunsill għall-amministrazzjoni ta'kriżijiet b'aspett ċivili sa jew waqt il-laqgħa f'Feira.

(3) Deċiżjonijiet dwar l-għodda għall-amministrazzjoni ta' kriżijiet b'aspett ċivili skond it-Trattat ta'l-UE għandhom jittieħdu skond il-proċeduri previsti f'dak it-Trattat.

(4) Il-Kunsill Ewropew waqt il-laqgħa f'Helsinki ġibed l-attenzjoni għall-bżonn li tissaħħaħ s-sensibilità u l-effiċjenza tar-riżorsi u ta'l-għodda tal-Komunità, kif ukoll is-sinerġija tagħhom.

(5) L-iskambju ta' informazjoni u l-kordinazzjoni t'għodda għall-amministrazzjon ta' kriżijiet b'aspett ċivili jiffaċilitaw, inter alia, ix-xogħol tal-Mekkaniżmu Kordinattiv tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u l-Kunsill Ewropew, f'Helsinki, approva li dan il-kunsill jiġi stabbilit,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Kumitat għall-amministrazzjoni ta' kriżijiet b'aspett ċivili li huwa kompost minn rappreżentanti ta'l-Istati Membri huwa hawnhekk stabbilit.

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jaħdem bħala grupp ta' ħidma tal-Kunsill u għandu jirrapporta lill-Kumitat Permanenti tar-Rappreżentanti. Għandu jipprovdi informazzjoni, jifformula rakkomandazzjonijiet u jagħti pariri fuq l-amministrazzjon ta' kriżijiet b'aspett ċivili lill-Kumitat temporanju tal-Politika u tas-Sigurtà u lill-korpi oħra tal-Kunsill kif xieraq skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussell, fit-22 ta' Mejju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

--------------------------------------------------