32000D0261



Official Journal L 081 , 01/04/2000 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Marzu 2000

dwar l-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni biex jikkumbatti dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar

(2000/261/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz żdiedu sa punt allarmanti.

(2) Sistema kkomputerizzata ta' arkivju u trasmissjoni ta' xbihat (FADO) twaqqfet bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 [3].

(3) L-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni dwar dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz għandu jagħmel possibbli li jkun limitat l-iffalsifikar ta' dokumenti u hekk jagħmel kontribuzzjoni effettiva għall-ġlieda kontra d-delitti u l-kuntrabandu f'esseri umani.

(4) L-użu ta' ġbir ta' informazzjoni standardizzata għandu jiffaċilita u jħaffef l-amministrazzjoni ta' proċedimenti kriminali.

(5) Din id-Deċiżjoni ma tolqotx il-kompetenza ta' l-Istati Membri li għandha x'taqsam ma' rikonoxximent ta' passaporti, dokumenti ta' l-ivvjaġġar, viżas, jew dokumenti oħra ta' identità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Biex jitjieb iktar l-iskambju bejn Stati Membri ta' informazzjoni dwar dokumenti foloz, sistema ta' rrapportar għall-iskoperta ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz għandha tkun użata. L-għan tagħha għandu jkun li:

(a) jagħmilha eħfef biex tiskopri dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz waqt l-ispezzjoni, u

(b) iżid l-effikaċita tat-tfittxija għal dokumenti ta' l-ivvjaġġar misruqa,

attenzjoni partikolari lin-numru tas-serje tad-dokument ta' l-ivvjaġġar.

2. L-iskambju ta' informazzjoni m'għandux jinkludi dettalji personali.

Artikolu 2

1. Il-formola standard miġjuba fl-Anness I għandha tintuża għall-għan ta' trasmissjoni ta' informazzjoni skond l-Artikolu 1.

2. L-unità ċentrali ta' kull Stat Membru għandha direttament u mingħajr dewmien tiskambja l-informazzjoni ma' l-unita ċentrali ta' kull Stat Membru ieħor. Hija wkoll għandha tinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 3

1. Għall-għanijiet tal-ġbir uniformi ta' informazzjoni li tista' tkun rekwiżita għal proċeduri kriminali sussegwenti konnessi ma' dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar, Stati Membri għandhom, sakemm hu possibbli, jużaw il-kwestjonarju miġjub fl-Anness II.

2. Id-data rekwiżiti għall-proċeduri kriminali li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkomunikati lill Stati Membri oħra skond il-liġi nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Gomes

[1] ĠU C 176, 22.06.1999, p. 1.

[2] Opinjoni mogħtijai fid-19 ta' Novembru 1999 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 333, 09.12.1998, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

KWESTJONARJU

għall-istħarriġ ta' utenti ta' dokument falz in konnessjoni ma' l-informazzjoni ad hoc ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea dwar dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar

1. Data dwar l-utent tad-dokument

(meħtieġa għal iktar inkjesti, ċitazzjoni, eċċ,):

Isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita, indirizz ta' kuntatt.

2. informazzjoni dwar l-itinerarju u r-raġuni għall-użu tad-dokument il-falz

3. informazzjoni dwar il-falsarju/fabbrikant/traffikant/organizzazzjoni

3.1. Meta, fejn [1] u minn għand min [2] id-dokument il-falz kien irċevut?

3.2. Meta, u fejn [3] sar l-ewwel kuntatt?

3.3. Liema kondizzjonijiet kellek tissodisfa, biex irċevejt id-dokument?

(Ritratti tal-passaport, firem, depost, eċċ.)

3.4. Meta, kif u fejn [4] id-dokument il-falz kien ikkusinnat?

Il-post tal-laqgħa kien ippjanat (miftiehem)?

3.5. Kemm qam id-dokument il-falz?

3.6. Meta, kif u fejn [5] il-flus kienu kkunsinnati?

3.7. Sa fejn persuni oħra ħadu sehem? Min?

Hemm persuni oħra li taf (magħrufa) li kienu involuti? Intermedjarji? [6]

3.8. Min hu [7] il-falsarju u fejn [8] kien iffabrikat id-dokument il-falz?

3.9. Stajt irċevejt dokumenti oħra (falsifikazzjonijiet)?

3.10. Min [9] barra minnek irċieva dokument falz?

3.11. Fejn [10] huma d-dokumenti l-ġenwini tiegħek?

(Jekk ikkunsennajthom lil persuni oħra, per eżempju l-kuntrabandist [11], data eżatti tal-passaport inkluż in-numru tal-passaport)

3.12. Tista' tagħti informazzjoni pertinenti oħra?

[1] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjon tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti.

[2] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali).

[3] Jekk inti tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti.

[4] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti.

[5] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti.

[6] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali).

[7] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali).

[8] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti.

[9] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali).

[10] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti.

[11] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali).

--------------------------------------------------