32000D0245



Official Journal L 077 , 28/03/2000 P. 0013 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta' Frar 2000

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għal kostruzzjoni taħt l-Artikolu 20(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' ħġieġ ċatt, ħġieġ profilat u prodotti tal-blokok tal-ħġieġ

(notifikati taħt id-dokument nru Ċ (1999) 5016)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/245/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ta' l-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 89/93/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) ta' din,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri taħt l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodott, 'il-proċedura li hija l-inqas oneruża konsistenti mas-sigurtà; dan ifisser li huwa meħtieġ li wieħed jiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew grupp ta' prodotti, l-esistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manufattur hijiex kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mall-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hijiex meħtieġa l-intervenzjoni ta' organu ta' ċertifikazzjoni approvat.

(2) L-Artikolu 13(4) jirrikjedi li l-proċdura stabbilità b'dan il-mod għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; għalhekk ikun tajjeb jekk jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew ta' grupp ta' prodotti kif użat fil-mandati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(3) Iż-żewġ proċeduri provduti fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; m'huwiex meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iridu jiġu implimentati ż-żewġ proċeduri, b'referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, billi l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

(4) Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(a) taqbel mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tas-sezzjoni 2 (ii) ta' l-Anness III, u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(b) taqbel mas-sistemi stipulati fis-sezzjoni 2 (i) ta' l-Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tas-sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III.

(5) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Permanenti dwar il-Bini.

(6) Id-deċiżjoni ġiet sottomessa lill-Kunsill, li ma kienx kapaċi jaġixxi fi żmien il-perjodu ta' tlett xhur previst fid-Direttiva 89/106/KEE. Il-miżura proposta hija għalhekk adottata mill-Kummissjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u gruppi ta' prodotti li jinsabu fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta' proċedura li permezz tagħha l-manufattur għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika li tagħmel ċert li l-prodott huwa konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti stipulati fl-Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta' proċedura li, flimkien ma' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika mħaddma mill-manufattur, tinkludi l-involviment ta' organu ta' ċertifikazzjoni approvat għall-evalwazzjoni u għas-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness III għandha tiġi indikata fil-mandati għal standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, ta' l-14.2.1997, p. 1.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Folji tal-ħġieġ ċatti u bil-kurva (inkluż ħġieġ basiku, ħġieġ proċessat, ħġieġ speċjali jew tas-sigurtà, miksi, miksi b'film, miksi bl-enamel, b'wiċċ trattat jew ħġieġ mirja);

Għal kull tip ta' użu apparti minn:

- użu f'għaqda igglejżjata intenzjonata speċifikament biex tipprovdi resistenza għal ħruq,

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

Ħġieġ f'forma ta' kanal (iwwajerjat jew mhux iwwajerjat):

Għal kull tip ta' użu apparti minn:

- użu f'għaqda igglejżjata intenzjonata speċifikament biex tipprovdi resistenza għal ħruq,

Ħġieġ ta' insulazzjoni:

Għal kull tip ta' użu apparti minn:

- użu f'għaqda igglejżjata intenzjonata speċifikament biex tipprovdi resistenza għal ħruq,

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

Blokok tal-ħġieġ:

Għal użu f'applikazzjonijiet fejn ma jkunx jiflah għat-toqol apparti minn:

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ:

Għal użu f'applikazzjonijiet fejn ma jkunx jiflah għat-toqol apparti minn:

- għal użu f'kompartimentazzjoni f'każ ta' ħruq,

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Folji tal-ħġieġ ċatti u bil-kurvatura (inkluż ħġieġ basiku, ħġieġ proċessat, ħġieġ speċjali jew tas-sigurtà, miksi, miksi b'film, miksi bl-enemel, b'wiċċ trattat jew ħġieġ mirja);

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

- użu f'għaqda igglejżjata intenzjonata speċifikament biex tipprovdi resistenza għal ħruq,

Ħġieġ f'forma ta' kanal (iwwajerjat jew mhux iwwajerjat):

- użu f'għaqda igglejżjata intenzjonata speċifikament biex tipprovdi resistenza għal ħruq,

Ħġieġ ta' insulazzjoni:

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

- użu f'għaqda igglejżjata intenzjonata speċifikament biex tipprovdi resistenza għan-nar,

Blokok tal-ħġieġ:

użu kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ:

- għal użu f'kompartimentazzjoni f'każ ta' ħruq,

- użu bħala twieqi kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Nota:

għal prodotti li jkollhom iktar minn użu intenzjonat wieħed speċifikat fil-gruppi li ġejjin, il-biċċiet tax-xogħol għall-organu approvat, derivati mis-sistemi rilevanti ta' attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

GRUPP TAL-PRODOTTI

ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U PRODOTTI TAL-BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ (1/6)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu (i) intenzjonat (i) elenkati hawn isfel, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema (i) li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-livell(i) rilevanti armonizzat (i):

Sistema 1: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, mingħajr verifikazzjoni permezz ta' testjar tal-kampjuni.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell (i) jew klassi (jiet) (reazzjoni għan-nar) | Attestazzjoni ta'sistema (i) ta' konformità |

Pjanċi tal-ħġieġ ċatti jew bil-kurvatura Ħġieġ f'forma ta' kanal Ħġieġ ta' insulazzjoni | Għal użu soġġett għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar | Kollha | 1 |

Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ | Għal użu sabiex jillimitaw it-tixrid tan-nar | Kollha | 1 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għalix ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifikazzjoni ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U PRODOTTI TAL-BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ (2/6)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu(i) intenzjoat(i) elenkati hawn isfel, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-livell(i) rilevanti armonizzat (i):

Sistema 3: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE,

Sistema 4: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, it-tielet possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell (i) jew klassi (jiet) (reazzjoni għan-nar) | Attestazzjoni ta' sistema (i) ta' konformità |

Pjanċi tal-ħġieġ ċatti jew bil-kurvatura Ħġieġ f'forma ta' kanal Ħġieġ ta' insulazzjoni Blokok tal-ħġieġ Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ | Għal użu soġġett għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar | A, B, Ċ, | 3 |

A, D, E, F | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi mplimentata anki meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U PRODOTTI TAL-BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ (3/6)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu(i) intenzjoat(i) elenkati hawn isfel, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-livell(i) rilevanti armonizzat(i):

Sistema 3: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, it-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, it-tielet possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell (i) jew klassi (jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta' konformità |

Pjanċi tal-ħġieġ ċatti jew bil-kurvatura Ħġieġ f'forma ta' kanal Ħġieġ ta' insulazzjoni: | Għal użu soġġett għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar | Prodotti li jirrikjedu test | 3 |

Prodotti "meqjusa li jkun tajba" mingħajr test | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi mplimentata anki meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi).F' dawk il-każijiet il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U PRODOTTI TAL-BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ (4/6)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu(i) intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-livell(i) rilevanti armonizzat(i):

Sistema 1: Ara s-Sezzjoni 2 (i) ta' l-Anness III sa 89/106 KEE, mingħajr ma jkun hemm eżami awditjat tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, it-tieni possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell (i) jew klassi (jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta' konformità |

Pjanċi tal-ħġieġ ċatti jew bil-kurvatura Ħġieġ ta' insulazzjoni: Blokok tal-ħġieġ Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ | Għal użu bħala ħġieġ kontra l-balal jew kontra l-isplużjonijiet. | – | 1 |

Għal tipi ta' użu oħrajn li aktarx jistgħu jippreżentaw riskji ta' "sigurtà waqt l-użu" u soġġetti għal regolamenti ta' din ix-xorta | – | 3 |

Ħġieġ f'forma ta' kanal | Għal tipi ta' użu oħrajn li aktarx jistgħu jippreżentaw riskji ta' "sigurtà waqt l-użu" u soġġetti għal regolamenti ta' din ix-xorta | – | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta l-prestazzjoni tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U PRODOTTI TAL-BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ (5/6)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu(i) intenzjoat(i) elenkati hawn isfel, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-livell(i) rilevanti armonizzat(i):

Sistema 3: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, it-Tieni possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Live-ll (i) jew klassi (jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta' konformità |

Pjanċi tal-ħġieġ ċatti jew bil-kurvatura (trattati b'mod speċjali) Ħġieġ f'forma ta' kanal Ħġieġ ta' insulazzjoni Blokok tal-ħġieġ: Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ | Għal użu relatat mal-konservazzjoni ta' l-enerġija u/jew it-tnaqqis tal-ħsejjes | – | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi mplimentata anki meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U PRODOTTI TAL-BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ (6/6)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu(i) intenzjoat(i) elenkati hawn isfel, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-livell(i) rilevanti armonizzat(i):

Sistema 4: Ara s-Sezzjoni 2(ii) ta' l-Anness III sa 89/106/KEE, it-tielet possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell (i) jew klassi (jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta' konformità |

Pjanċi tal-ħġieġ ċatti jew bil-kurvatura Ħġieġ f'forma ta' kanal Ħġieġ ta' insulazzjoni Blokok tal-ħġieġ: Pjanċi tal-ħajt tal-blokok tal-ħġieġ | Għal tipi ta' użu apparti minn dawk speċifikati fil-gruppi 1/6 sa 5/6 | – | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.

--------------------------------------------------