31999R2605



Official Journal L 316 , 10/12/1999 P. 0032 - 0035


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/1999

tad-9 ta' Diċembru 1999

li temenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta' prodotti agrikoli għar-rifużjoni ta' l-esportazzjonijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru. 1253/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 13 ta' dan u d-disposizzjonijiet korrispondenti tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni tas-swieq fil-prodotti ta' l-agrikultura,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3846/87 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 1230/1999 [4], jistabbilixxi, fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda, nomenklatura ta' prodott agrikolu għal rifondi ta' l-esportazzjoni;

(2) Biex tkun iffaċilitata t-trasmissjoni elettronika ta' l-informazzjoni u b'hekk ikunu mnaqqsa l-ispejjeż, ir-regolamenti li jistabbilixxu rifondi ta' l-esportazzjoni għal kull settur għandhom ikunu ppreżentati f'manjiera aktar uniformi. Għal dan l-iskop, id-destinazzjonijiet jew gruppi stabbli ta' pajjiżi komuni għal diversi organizzazzjonijiet tas-suq għandhom ikunu kkodifikati u li l-kodifikazzjoni għandha tkun imdaħħla fir-Regolament (KEE) Nru 3846/87;

(3) Flimkien mal-kodiċi għad-destinazzjonijiet jew gruppi stabbli ta' pajjiżi, kodiċi għal pajjiżi terzi huma elenkati fin-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-Komunità għall-kummerċ esteru u għal kummerċ bejn l-Istati Membri. Regolamenti settorali jistgħu wkoll ikun fihom kodiċi għal gruppi ta' pajjiżi;

(4) Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoniji tal-Kumitati Amministrattivi konċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 hu emendat kif ġej:

1. Fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 1, l-kelma "Anness" hi mibdula f'"Anness I".

2. Is-segwenti Artikolu 3a hu miżjud:

"Artikolu 3a

Id-destinazzjonijiet jew gruppi stabbli ta' pajjiżi komuni għal ħafna organizzazzjonijiet tas-suq huma kkodifikati u elenkati fl-Anness II"

3. L-Anness eżistenti "Nomenklatura ta' Prodott Agrikolu" isir l-Anness I.

4. L-Anness għal dan ir-Regolament hu mdaħħal bħala l-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2000.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, pġ. 21.

[2] ĠU L 160, ta’ l-24.6.1999, pġ. 18.

[3] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, pġ. 1.

[4] ĠU L 149, tas-16.6.1999, pġ. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

ANNESS II

Il-Kodiċi ta' destinazzjoni għal rimbors ta' l-esportazzjoni

A00 | Id-Destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħra, provviżjonijiet u destinazzjonijiet tratati bħala esportazzjoni mill-Komunità). |

A01 | Destinazzjonijiet oħra. |

A02 | Id-Destinazzjonijiet kollha apparti mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. |

A03 | Id-Destinazzjonijiet kollha apparti mill-Isvizzera. |

A04 | Il-pajjiżi terzi kollha |

A05 | Il-pajjiżi terzi l-oħra |

A10 | Il-Pajjiżi EFTA (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles) |

| L-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein, l-Isvizzera. |

A11 | L-Istati ACP (Stati ta' l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku li huma parti mill-Konvenzjoni Lome) |

| L-Angola, l-Antigua u l-Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Cameroon, il-Cape Verde, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana, il-Comoros (apparti mill-Mayotte), il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kosta ta' l-Ivorju, id-Djibouti, id-Dominica, l-Etjopja, il-Gżejjer Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, il-Gana, il-Grenada, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Guinea Ekwatorjali, il-Gujana, il-Haiti, il-Ġamajka, il-Kenja, il-Kiribati, il-Lesotho, il-Liberja, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Mali, il-Mawrizjus, il-Mawritanja, il-Mozambik, in-Namibia, in-Niġer, in-Niġerja, l-Uganda, il-Papua New Guinea, ir-Repubblika Dominikana, ir-Ruwanda, is-Saint Kitts u Nevis, is-Saint Vincent u l-Grenadines, is-Saint Lucia, l-Gżejjer Solomon, is-Samoa, is-São Tomé u Príncipe, is-Senegal, is-Sejxell, is-Sjerra Leone, is-Somalja, is-Sudan, is-Suriname, is-Sważilandja, it-Tanżania, iċ-Ċad, it-Togo, it-Tonga, it-Trinidad u t-Tobago, it-Tuvalu, il-Vanuatu, iż-Żambja, iż-Żimbabwe.A 12 Il-Pajjiżi jew it-territorji tal-Baċir tal-Mediterran |

A12 | Pajjiżi jew it-territorji tal-Baċir tal-Mediterran |

| Ceuta u Melilla, Gibilta, Malta, it-Turkija, l-Albanija, is-Slovenja, il-Kroatzja, il-Bożnja u Herżegovina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Morokk, l-Alġerija, it-Tuniżja, il-Libja, l-Eġittu, Ċipru, il-Libanu, is-Sirja, l-Iżrael, il-Bank tal-Punent u l-Istrippa ta' Gaża, il-Ġordan |

A13 | Stati OPEC (Organizzazzjoni tal-Pajjiżi li jesportaw il-Pitrolju) |

| L-Alġerija, il-Libja, in-Niġerja, il-Gabon, il-Venezwela, l-Iraq, is-Sawdi Arabja, il-Kuwajt, il-Qatar, l-Emirati Arab Magħquda, l-Indoneżja. |

A14 | Il-pajjiżi ASEAN (Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet Asjatiċi tal-Biċ |

| Il-Mjammar, it-Tajlandja, il-Laos, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Malażja, il-Brunei, is-Singapor, il-Filippini. |

A15 | Il-Pajjiżi ta' l-Amerika Latina |

| Il-Messiku, il-Gwatemala, il-Ħonduras, El Salvador, in-Nikaragwa, il-Kosta Rica, il-Haiti, ir-Repubblika Dominikana, il-Kolombja, il-Venzwela, l-Ekwador, il-Peru, il-Brażil, iċ-Ċilí, il-Bolivja, il-Paragwaj, l-Urugwaj, l-Arġentina. |

A16 | Il-Pajjiżi SAARC (Assoċjazzjoni ta' l-Ażja ta' Nofs Inhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali) |

| Il-Pakistan, l-Indja, il-Bangladexx, il-Maldivi, Sri Lanka, in-Nepal, il-Bhutan |

A17 | Il-Pajjiżi ta' l-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea) apparti mill-Unjoni Ewropea |

| L-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein. |

A18 | Il-Pajjiżi CEEC (Pajjiżi taċ-Ċentu u lvant ta' l-Ewropa) |

| L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, l-Ungarija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Albanija, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |

A19 | Il-Pajjiżi NAFTA (Ftehim ta' Kummerċ Ħieles tat-Tramuntana ta' l-Amerka) |

| L-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Kanada, il-Messiku. |

A20 | Il-Pajjizi Mercosur (Is-suq Komuni tal-Konu ta' Nofsinhar) |

| Il-Brażil, il-Paragwaj, l-Urugwaj, l-Arġentina. |

A21 | Pajjiżi Asjatiċi li huma reċentament industrijalizzati |

| Is-Singapor, il-Korea ta' Nofsinhar, it-Tajwan, Hong Kong. |

A22 | Il-Pajjiżi Asjatiċi ta' l-Ekonomiji Dinamiċi |

| It-Tajlandja, il-Malasja, is-Singapor, Korea ta' Nofsinhar, it-Tajwan, Hong Kong |

A23 | Il-Pajjiżi APEC (Koperazzjoni ekonomika ta' l-Asja tal-Paċifiku) |

| L-Istati Uniti ta' l-Amerka, il-Kanada, il-Messiku, iċ-Ċilí, it-Tajlandja, l-Indonesja, il- Malasja, il-Brunej, is-Singapor, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta' Nofsinhar, il-Ġappun, it-Tajwan, Ħong Kong, l-Awstralja, il-Pawpa New Guinea, in-Nova Żelanda. |

A 24 | L-Istati Indipendenti tal-Commonwealth |

| L-Ukraina, il-Belarussja, il-Moldovja, ir-Russja, Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgizstan. |

A 25 | Il-Pajjiżi tal-OCED li ma humiex fl-EU (Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp) |

| L-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera, it-Turkija, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Ungerija, L-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Kanada, il-Messiku, il-Korea ta' Nofsinhar, il-Ġappun, l-Awstralja, it-Territorji Awstraljani tal-Paċifiku, in-Nova Żelandja, it-Territorji tal-Paċifiku tan-Nova Żelanda. |

A 26 | Il-Pajjiżi Ewropej jew it-Territorji il-barra mill-Unjoni Ewropea |

| L-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein, l-Isvizzera, il-Gżejjer Faeroe, l-Andorra, Ġibilta, il-Belt tal-Vatikan, Malta, it-Turkija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Albanija, l-Ukraina, il-Belarussja, il-Moldovja, is-Slovenja Russa, il-Kroazja, il-Bosnija u Ħerżegovina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Ċipru. |

A 27 | L-Afrika (A 28) (A 29) |

| Il-Pajjiżi tat-Tramuntana ta' l-Afrika, pajjiżi oħra ta' l-Afrika. |

A 28 | Il-Pajjiżi jew it-territorji ta' l-Afrika tat-Tramuntana |

| Ceuta u Melilla, il-Morokk, l-Alġerija, it-Tuniżija, il-Libja, l-Eġittu. |

A 29 | Il-Pajjiżi oħra ta' l-Afrika |

| Is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, Il-Cape Verde, is-Senegal, il-Gambia, il-Guinea-Bissau, il-Guinea, is-Sierra Leone, il-Liberia, il-Kosta ta' l-Ivorju, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġeria, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Guinea Ekwatorjali, Sao Tome u Principe, il-Gabon, il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Ruwanda, il-Burundi, Saint Helena u d-Dipendenti, l-Angola, l-Ethiopja, l-Eritrea, id-Dġibouti, is-Somalja, il-Kenja, l-Uganda, it-Tanżanja, is-Sejxell u d-Dipendenti, it-Territorju Ingliż ta' l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Madagaskar, il-Mawrizjus, il-Comoros, Mayotte, iż-Żambja, iż-Żimbabwe, il-Malawi, L-Afrika ta' Nofsinhar, in-Namibja, il-Botswana, is-Sważilandja, il-Lesoto. |

A 30 | L-Amerika (A31) (A 32) (A 33) |

| L-Amerika tat-Tramuntana, l-Amerika Ċentrali u l-Antilli, l-Amerika ta' Nofsinhar. |

A 31 | L-Amerika tat-Tramuntana |

| L-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Kanada, il-Groenlandja, Saint Pierre u Miquelon. |

A 32 | L-Amerika ¬entrali u l-Antilli |

| Il-Messiku, il-Bermuda, il-Gwatemala, il-Beliże, il-Ħonduras, El Salvador, in-Nikaragwa, il-Costa Rica, il-Panama, l-Anguilla, il-Kuba, Saint Kitts u Nevis, Haiti, il-Baħamas, it-Turki u l-Gżejjer Caicos, ir-Repubblika Dominikana, il-Gżejjer Verġini tal-US, l-Antigua u Barbuda, id-Dominika, il-Gżejjer Cayman, il-Ġamajka, Saint Lucia, Saint Vincent, il-Gżejjer Verġni Ingliżi, il-Barbados, Montserrat, it-Trinidad u Tobago, il-Grenada, l-Aruba, l-Antilli Olandisi. |

A 33 | L-Amerika ta' Nofs-in-nhar |

| Il-Kolombja, il-Venezwela, il-Gujana, is-Surinam, l-Ekwador, il-Peru, il-Brażil, iċ-Ċilí, il-Bolivja, il-Paragwaj, l-Urugwaj, l-Arġentina, il-Gżejjer Falkland. |

A 34 | L-Asja (A35) (a36) |

| Il-Lvant Qarib u Nofsani u l-pajjiżi oħra ta' l-Asja. |

A 35 | Il-Lvant Qarib u Nofsani |

| Il-Ġorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Libanu, is-Sirja, l-Iran, l-Iraq, l-Iżrael, il-Bank tal-Punent u l-Istrippa ta' Gaża, il-Ġordan, is-Sawdi Arabja, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, L-Emirati Arab Magħquda, l-Oman, il-Jemen. |

A 36 | Il-Pajjiżi l-oħra ta' l-Asja |

| Il-Każakistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirġiżistan, l-Afganistan, il-Pakistan, l-Indja, il-Bangladexx, il-Maldivi, Sri Lanka, in-Nepal, Bhutan, il-Mjanmar, it-Tajlandja, il-Laos, il-Vjetnam, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Brunej, is-Singapor, il-Filippini, il-Mongolja, iċ-Ċina, il-Korea tat-Tramuntana, il-Korea ta' Nofsinhar, il-Ġappun, Ħong Kong, il-Makaw. |

A 37 | L-Oċeanja u r-reġjuni Polari (A38) (A 39) |

| L-Awstralja u n-Nova Żelandja, il-pajjiżi oħra ta' l-Oċeanja u r-reġjuni polari. |

A 38 | L-Awstralja u n-Nova Żelandja |

| L-Awstralja, it-Territorji Awstraljani tal-paċifiku, in-Nova Żelanda, it-Territorji tal-paċifiku tan-Nova Żelanda. |

A 39 | Il-Pajjiżi l-oħra ta' l-Oċeanja u r-reġjuni polari |

| Il-Pawpa New Guinea, in-Nauru, il-Gżejjer Solomon, it-Tuvalu, il-Kaledonja l-Ġdida u Dipendenti, it-Territorji Amerikani tal-Paċifiku, Wallis u Futuna, il-Kiribati, il-Pitcaim, il-Fiġi, il-Vanuatu, it-Tonga, is-Samoa, il-Marjanas tat-Tramuntana, il-Polineżja Franċiża, l-Istati Federati tal-Mikroneżja (Yap, Kosrae, Chunk, Pohnpei), il-Gżejjer Marshall, Palau, ir-Reġjuni Polari. |

A 40 | It-Territorji ta' pajjiżi barranin (OCTs) |

| Il-Polineżja Franċiża, il-Kaledonja l-Ġdida u d-Dipendenti, Wallis u Futuna, l-Artijiet tan-Nofs-in-Nhar Franċiżi u Antartiċi, Saint Pierre u Minquelon, il-Mayotte, l-Antilli Olandisi, Aruba, il-Groenlandja, l-Angwilla, il-Gżejjer Cayman, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Sandwich ta' Nofsinhar u d-Dipendenti, it-Turki u l-Gżejjer Caicos, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, il-Montserrat, Pitcairn, Saint Helena u Dipendenti, it-Territorji Antartiċi Ingliżi, it-Territorju Ingliż fl-Oċean Indjan. |

A 96 | Il-Kommuni ta' Livigno u Campione d' Italja, Heligoland |

A 97 | Il-Victuallina u destinazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjoni mill-Komunità |

| Id-Destinazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 36, 44 u 45 tar-Regolament (KE) Nru. 800/1999. |

"

--------------------------------------------------