31999R2316



Official Journal L 280 , 30/10/1999 P. 0043 - 0065


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2316/1999

tat-22 ta’ Ottubru 1999

li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' uħud mill-prodotti tal-bagħli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitàjiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta' apoġġ għall-produtturi ta' [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 ħa l-post tas-sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' uħud mill-prodotti tal-bagħli pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1765/92 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1624/98 [3]. Wara l-bidliet involuti fis-sistema l-ġdida u fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, ir-regoli dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-ħlas skond l-erja għandhom jiġu armonizzati u, fejn xieraq, issimplifikati. Fl-interess taċ-ċarezza, huwa xieraq illi jiġu abbozzati mill-ġdid f'att wieħed id-disposizzjonijiet tar-regolamenti speċifiċi li jirregolaw l-aspetti varji ta' din is-sistema, jiġifieri r-regolamenti tal-Kummissjoni li ġejjin:

Ir-Regolament (KEE) Nru 2467/92 [4] kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3738/92 [5], ir-Regolament (KEE) Nru 2836/93 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1503/97 [7], ir-Regolament (KE) Nru 762/94 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1981/98 [9], ir-Regolament (KE) Nru 1098/94 [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1945/1999 [11], ir-Regolament (KE) Nru 1237/95 [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2017/97 [13], ir-Regolament (KE) Nru 658/96 [14], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 610/1999 [15] u r-Regolament (KE) No 1577/98 [16].

(2) Il-ħlasijiet skond l-erja pprovduti f’dan ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandhom ikunu ristretti għal ċerti erji li jridu jiġu speċifikati. Għandha tiġi permessa applikazzjoni waħda biss għal kull ħlas skond l-erja rigward kull qatgħa erja kkultivata f’sena partikolari tas-suq. Kull qatgħa erja koperta b’applikazzjoni għall-għajnuna għal "erja" skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’kull prodott ieħor rigward l-istess sena tal-marketing ma tistax tikkwalifika taħt l-iskema tal-ħlas skond l-erja. Il-ħlasijiet skond l-erja jistgħu jiġu konċessi għall-uċuh issussidjati skond skema li taqa’ taħt il-politika strutturali jew ambjentali tal-Komunità.

(3) L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jiddefinixxi l-erja li hija eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja. Dan l-Artikolu jawtorizza ċerti eċċezzjonijiet taħt il-kontroll ta’ l-Istati Membri li ma jistgħux idgħajfu l-effettività ta’ l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa sabiex l-erja totali ta’ l-erja eliġibbli tinżamm fil-livell korrenti u sabiex ma titħalla l-ebda żieda apprezzabbli fiha. Għal dan l-għan, ċerti wċuh tar-raba’ multiannwi għandhom jiġu kkunsidrati bħala inklużi fost l-uċuh tan-newba. L-erji koperti bi programmi ristrutturali jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bhala eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja. Huwa meħtieġ illi jiġi ddefinit xi jfissru r-ristrutturarizzazzjoni, iż-żidiet apprezzabbli fl-erja agrikola u l-obbligu li tiġi skambjata erja eliġibbli ma’ erja mhix eliġibbli.

(4) Għandu jiġi pprevenut iż-żrigħ tar-raba’ għall-għan waħdieni li jikkwalifika għall-ħlasijiet skond l-erja. Ċerti kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu maż-żrigħ u mal-koltivazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ għandhom jiġu speċifikati, b’mod partikolari rigward iż-żerriegħa taż-żjut, il-pjanti tal-proteini, il-kittien u l-qamħ duru. Iridu jiġu rrispettati l-istandards lokali sabiex jirriflettu d-diversità tal-prattika agrikola ġewwa l-Komunità.

(5) Sabiex tiġi inkoraġġita l-politika Komunitarja tat-titjib fil-kwalità, l-applikanti biss li jkunu żergħu ż-żerriegħa ta’ varjetajiet u kwalitajiet speċifikati għandhom ikunu eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja rigward iż-żerriegħa tal-kolza u tal-lift. Sabiex jiġu stabbiliti l-varjetajiet eliġibbli, għandha ssir referenza fl-interess tal-konsistenza, tas-simplifikazzjoni u ta’ l-immaniġġjar tajjeb, għall-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċji tal-Pjanti Agrikoli stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE [17], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/96/KE [18], filwaqt li għas-sena tas-suq 2000/01, għandha ssir referenza għall-varjetajiet eliġibbli taħt l-iskema ta’ qabel fl-interess taċ-ċarezza u sabiex tibqa’ tinżamm il-kontinwità. Il-livelli Komunitarji għal-livelli ta’ l-aċidu glukosinolat u l-aċidu eruċiku fiż-żerriegħa tal-kolza u tal-lift għandhom jiġu ċċarati u għandhom jiġu stabbiliti testijiet sabiex jitkejjel il-kontenut ta’ l-aċidu glukosinolat u ta’ l-aċidu eruċiku fil-kampjuni taż-żerriegħa. Huwa meħtieġ illi tiġi ċċarata l-posizzjoni li tirrigwarda assoċjazzjonijiet ta’ varjetajiet taż-żerriegħa tal-kolza u tal-lift u ta’ ċerti kategoriji oħra ta’ żerriegħa. Għandhom jiġu speċfikati l-varjetajiet taż-żerriegħa tal-ward tax-xemx li jikkostitwixxu ż-żerriegħa tal-ward tax-xemx għad-dolċeriji.

(6) L -Istati Membri li fihom ma jitkabbarx il-qamħ ir-rum tradizzjonalment jistgħu jistabbilixxu erja bażi għall-ħaxix tal-ħażna għall-għalf. Huwa meħtieġ illi jiġi ddefinit xi tfisser l-espressjoni "tal-ħażna għall-għalf".

(7) Għandhom jiġu stabbiliti l-istandards għal-lupina ħelwa u testijiet għalbiex jiġi stabbilit jekk kampjun ta’ lupini ikun jew ma jkunx ħelu.

(8) L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jipprovdi għall-għoti ta’ suppliment mal-ħlas skond l-erja lill-produtturi tal-qamħ duru f’reġjuni fejn dan jitkabbar tradizzjonalment fuq erja massima ggarantita f’kull Stat Membru interessat. Din l-erja massima ggarantita tista’ titqassam fost ir-reġjuni tal-produzzjoni. Għandha tiddaħħal regola de minimis dwar id-daqs ta’ dawn ir-reġjuni ta’ produzzjoni sabiex tipprevieni l-frammentazzjoni tagħhom u sabiex jitħares il-prinċipju tal-proporzjonalità fl-applikazjoni ta’ kull penali miġrura minħabba l-qbiż tal-limitu tat-tkabbir. L-erji eliġibbli għall-għajnuna speċjali għall-qamħ duru f’erji fejn dan mhux ikkoltivat tradizzjonalment ġew allokati lil ċerti Stati Membri. Ir-reġjuni ta’ l-Istati Membri li ġew allokati lilhom dawn l-erji għandhom jiġu ddefiniti. Ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jipprovdi illi trid tiġi użata żerriegħa ċċertifikata tal-qamħ duru. Għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiġi żgurat illi tiġi użata din iż-żerriegħa. Trid tiġi stabbilita kwantità minima u perjodu transitorju taż-żmien li matulu trid tintlaħaq il-kwantità ta’ din iż-żerriegħa sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet fil-provvista jew id-disturbi fis-suq taż-żerriegħa ċċertifikata. Bil-ħsieb tad-diversità tal-prattika agrikola ġewwa l-Istati Membri u ġewwa r-reġjuni tagħhom, kif tiġi stabbilita l-kwantità minima u l-adozzjoni ta’ kull miżura ta' transizzjoni meħtieġa għandhom jitħallew f’idejn l-Istati Membri interessati.

(9) Ir-Regolament (KE) Nu 1251/1999 jipprovdi fost ħwejjeġ oħra għalbiex tapplika l-iskema tal-ħlas skond l-erja bla ħsara għal sistema ta’ erji bażi reġjonali. Bil-ħsieb minn banda waħda tat-trasparenza meħtieġa u mill-banda l-oħra ta’ l-immaniġġjar sodisfaċenti ta’ dawn l-erji, jeħtieġ illi jiġi stabbilit in-numru ta’ ettari eliġibbli taħt l-iskema ta’ ħlas skond l-erja u l-mod li bih dawn jiġu mqassma għal kull Stat Membru.

(10) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jippermetti pjani ta’ reġjonalizzazzjoni sabiex issir distinzjoni bejn l-erji tas-saqwi u dawk li mhumiex. Għandu jiġi ddefinut xi jfisser "saqwi". Tista’ tiġi stabbilita erja bażi separata għall-qamħ ir-rum. F’uħud mill-Istati Membri, din l-erja tista’ fil-biċċa l-kbira tirrigwarda l-qamħ ir-rum tal-ħażna għall-għalf. Min-natura tal-qamħ ir-rum tal-ħażna għall-għalf, il-ħsada tista’ ma tiġix imfissra f’tunellati metriċi għal kull ettaru. F’dan il-każ il-ħsada applikabbli għandha għalkekk tiġi ddefinita. L-Istati Membri għandhom jingħataw l-opportunità li jistabbilixxu l-ħsada li tapplika għall-qamħ ir-rum tal-ħażna għall-għalf f’relazzjoni mal-ħsada ta’ l-uċuħ tar-raba’ paragunabbli fir-reġjun interessat.

(11) Għandhom jiġu speċifikati l-erji li jridu jitqiesu bil-ħsieb li ssir stima ta’ kull qbiż tal-limitu tat-tkabbir fl-erja bażi u r-regoli li jistabbilixxu safejn u sakemm isir dan il-qbiż tal-limitu tat-tkabbir. Fejn tiġi stabbilita erja bażi separata għall-qamħ ir-rum, erji tas-saqwi jew tal-ħaxix tal-ħażna għall-għalf, iridu jiġu stabbiliti regoli speċjali rigward l-erji li jridu jitqiesu bil-ħsieb li jiġi kkalkolat kull qbiż tal-limitu tat-tkabbir fl-erja bażi fil-kwistjoni. Ir-regoli sabiex jiġi stabbilit kull qbiż tal-limitu tat-tkabbir fl-erja bażi għandhom jiżguraw illi l-erja bażi tiġi mħarsa fil-każijiet kollha. Il-mod li bih il-qbiż tal-limitu tat-tkabbir għandu jiġi kkalkolat rigward l-erji massimi ggarantiti għall-qamħ duru għandu jiġi speċifikat ukoll.

(12) Sabiex ma jitħallewx li jsiru pjani kkomplikati ta’ reġjonalizzazzjoni li jirriżultaw fi ħsada attwali li taqbeż b’mod apprezzabbli l-ħsada tar-referenza, ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jipprovdi għall-ħlasijiet skond l-erja li għandhom jiġu aġġustati fis-sena tal-marketing ta’ wara skond il-proporzjon tal-qbiż tal-limitu tat-tkabbir tal-ħsada medja li tirriżulta mill-pjani tar-reġjonalizzazzjoni. L-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ta’ kull qbiż tal-limitu tat-tkabbir tal-ħsada tar-referenza trid tkun disponibbli fi żmien xieraq. Il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex jiġu stabbiliti dawn it-tkabbiriet żejda għandha tiġi speċifikata u għandhom jiġu stabbiliti l-ħsadiet tar-referenza li jirriżultaw mill-pjani tar-reġjonalizzazzjoni kif stabbiliti skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

(13) Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-eliġibilità għall-ħlasijiet skond l-erja hija bil-kondizzjoni ta’ l-obbligu fuq il-produtturi interessati li jħallu fil-ġenb parti mill-erja ta’ l-impriżi tagħhom. Sabiex jiġi żgurat illi dan is-serħ jikkontribwixxi għal bilanċ aħjar fis-suq, għandhom jiġu stabbiliti regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni kapaċi li jiżguraw illi l-iskema għandha l-effettività meħtieġa u illi hija konsistenti mas-sistema ġenerali mdaħħla bir-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Għal dan l-iskop, filwaqt li erji oħra li mhumiex dawk riferiti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu definittivament esklużi mill-iskema, għandha ssir disposizzjoni għall-erji li jgħoddu bħala mserrħa li jkunu paragunabbli ma’ dawk li jgħoddu għall-iskopijiet tal-kalkolu ta’ l-erja bażi reġjonali. L-effettività ta’ l-iskema tista’ tiġi mtejba jekk issir ukoll disposizzjoni sabiex is-serħ japplika għall-erji mhux maħduma ta’ daqs minimu. Għandhom isiru wkoll disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-manutenzjoni u l-utilizzazzjoni ta’ l-erji mserrħa. Ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jeżenta mill-obbligi tas-serħ lill-produtturi li l-applikazzjoni tagħhom ma taqbiżx il-produzzjoni ekwivalenti għal 92 tunellata metrika ta’ ċereali. Il-metodu għall-kalkolu tal-limitu tal-produzzjoni ta’ 92 tunellata metrika għandu jiġi speċifikat. Għar-raġuni taċ-ċarezza, għandhom isiru disposizzjonijiet għall-każijiet fejn ma jintlaħaqx l-obbligu ta’ dan is-serħ.

(14) Il-perjodu minimu taż-żmien li għalih l-erja trid tiġi mserrħa għandu jestendi mill-anqas fuq iċ-ċiklu tat-tkabbir ta’ l-uċuħ tar-raba’ koperti bir-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Madankollu, sabiex jittieħdu f’konsiderazzjoni ċerti ċirkostanzi speċifiċi, għandu jkun possibbli illi erja mserrħa tiġi użata qabel ma jiskadi l-perjodu minimu taż-żmien tas-serħ.

(15) Għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġi żgurat illi l-bdiewa li jindaħlu għalbiex jisserrħu ċerti erji għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx il-ħames snin tal-marketing jirċievu ħlas minimu. Għandhom jiġu stabbiliti l-aġġustamenti u l-penali li japplikaw skond l-iskema.

(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3653/90 tal-11 ta’ Diċembru 1990 li jintroduċi miżuri transitorji li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali u tar-ross fil-Portugall [19], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1664/95 [20], jipprovdi għajnuna diretta fuq kull ettaru għal ċerti ċereali mkabbra fil-Portugall waqt perjodu transitorju taż-żmien. Skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, din l-għajnuna tista’ titqies għall-għanijiet tal-kalkolu tal-kumpens għas-serħ obbligatorju biss.

(17) L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jeħtieġ lill-produtturi taċ-ċereali, taż-żrieragħ taż-żjut u tal-pjanti tal-proteini jlestu ż-żrigħ mhux iktar tard mill-l ta’ Mejju. F’ċerti każijiet, iż-żrigħ jista’ jiġi pospost sa wara l-31 ta’ Mejju minħabba l-klima. It-temma taż-żmien għaż-żrigħ u għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għandha tiġi estiża għal ċerti wċuħ tar-raba’ f’ċerti reġjuni. Madankollu, dawn l-estensjonijiet m’għandhomx jaffettwaw b’mod żvantaġġuż l-effettività tas-sistema ta’ l-għajnuna jew idgħajfu s-sistema tal-kontroll imdaħħla bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [21], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1036/1999 [22].

(18) Sabiex jiġi żgurat illi l-industrija tal-proċessar tirċievi provvisti regolari ta’ qamħ ir-rum ġelu matul is-sena kollha tas-suq, il-produtturi għandhom ikunu jistgħu jestendu ż-żrigħ tagħhom fuq perjodu itwal taż-żmien. Id-data finali għaż-żrigħ tal-qamħ ir-rum ħelu għandha għalhekk tiġi ddifferita għall-15 ta’ Ġunju.

(19) L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jipprovdi illi l-Istati Membri fejn ikun hemm riskju illi l-erja tar-referenza tista’ tiġi maqbuża b’mod sostanzjali jistgħu jillimitaw l-erja li rigward tagħha l-produtturi individwali jistgħu japplikaw għall-ħlasijiet skond l-erja speċifiċi għall-wiċċ dwar iż-żrieragħ taż-żjut. Dan il-limitu irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mfissra bhala perċentwal ta’ l-erja agrikola eliġibbli tal-produttur. Dan il-limitu jista’ jvarja minn bażi reġjonali għal oħra. Il-produtturi jridu jiġu nnotifikati b’dan il-limitu sa data mogħtija qabel ma jibda ż-żrigħ taż-żerriegħa taż-żjut. Fejn l-applikazzjonijiet ta’ kull produttur għall-ħlasijiet skond l-erja speċifiċi għall-wiċċ dwar iż-żerriegħa taż-żjut ikopru erja li taqbeż il-limitu, l-erja li taqbeż il-limitu għandha tiġi eskluża mill-applikazzjoni. L-erja li fuqha jsiru ħlasijiet skond l-erja għall-erja mserrħa tista’ teħtieġ li titnaqqas kif xieraq.

(20) Sabiex jiġi żgurat li s-sistema ta’ ħlas skond l-erja tiffunzjona kif xieraq rigward kull sena tas-suq mogħtija, trid titwettaq sorveljanza statistika dwar l-applikazzjoni tas-sistema għal din is-sena. Għall-għanijiet tat-tbassir ta’ l-estimi fil-livell Komunitarju, iridu jkunu disponibbli ċ-ċifri proviżorji sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Trid tiġi ffissata d-data li sa fiha trid tiġi nnotifikata r-rata definittiva ta’ kull qbiż tal-limitu tat-tkabbir. Id-data li sservi bħala bażi għall-kalkolu ta’ kull qbiż tal-limitu tat-tkabbir fl-erji bażi u l-erji ta’ garanzija massima għall-qamħ duru u kull qsim fid-dettal ta’ dawn ta’ l-aħħar f’sub-erji bażi jew f’reġjuni bażi għandu jkun disponibbli fi żmien xieraq.

(21) L-iskema pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandha tapplika mis-sena tas-suq 2000/01. Sabiex il-produtturi interessati jkunu jistgħu jiżirgħu kif ukoll iwettqu s-serħ possibbli u jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-ħlas tagħhom skond l-erja għas-sena tas-suq imsemmija fl-għarfien u t-tħaris tar-regoli sabiex tiġi applikata l-iskema l-ġdida, id-disposizzjonijiet tar-Regolament preżenti għandhom jidħlu fis-seħħ malli dan ir-Regolament jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej.

(22) Il-Kumitat Maniġerjali taċ-Ċereali ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limiti taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

L-eliġibilità għall-ħlasijiet skond l-erja

TAQSIMA I

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1. Il-ħlasijiet skond l-erja kif ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandhom jiġu mogħtija skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2. F’sena mogħtija tas-suq, ma tistax issir iżjed minn applikazzjoni waħda għall-ħlas skond l-erja rigward kull qatgħa erja kkoltivata.

3. L-ebda ħlas skond l-erja ma jista’ jingħata għal kull qatgħa erja kkoltivata li tkun koperta rigward l-istess sena tas-suq b’applikazzjoni għall-għajnuna bbażata skond l-erja taħt skema ffinanzjata skond l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 [23] għal uċuħ tar-raba’ oħra għajr dawk koperti bir-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Artikolu 2

1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, id-definizzjonijiet għal "mergħa permanenti", "uċuħ tar-raba’ permanenti", "uċuħ tar-raba’ multi-annwi" u "programm ta’ ristrutturarizzazzjoni" għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I.

2. L-erja li fuqha tkun ġiet konċessa għajnuna skond it-Titolu I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2328/91 [24] jew skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3766/91 [25] jew, fil-każ tal-Finlandja u ta’ l-Isvezja, l-erja mserrħa skond l-iskema nazzjonali tas-serħ għandha titqies eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja.

3. L-erji li ma jkunux ilhom li ġew iddikjarati bħala eliġibbli mill-Istati Membri skond programm tar-ristrutturarizzazzjoni ma jridux jaqbżu b’iżjed minn 5 % l-erja ġdida ddikjarata bħala ineliġibbli skond dan il-programm. Madanklollu, dan li ġej ma għandux jitqies meta tiġi stabbilita ż-żieda msemmija hawn fuq:

(a) fil-Länder il-ġodda Ġermaniżi, 2500 ettari affettwati mir-ristrutturarizzazzjoni ta’ l-erja agrikola fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 1992 u mħawla b’uċuħ tar-raba’ għall-ħsada mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 1992 u mħawla b’uċuħ tar-raba’ għall-ħsada fl-1993;

(b) il-qbija ta’ l-erja koperta bi pjani għat-tnaqqija fl-erji tal-koltivazzjoni ta’ l-għeneb għall-inbid għas-sena ta’ l-inbid 1991/92 approvata qabel il-31 ta’ Diċembru 1991 skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1442/88 [26] u Nru 2239/86 [27] u mwettqa fil-limitu taż-żmien stabbilit fihom.

4. Skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri ma jistgħux iżidu l-erja agrikola totali eliġibbli tagħhom, temporanjament jew permanentament, b’iżjed minn 0,1 % mill-erja bażi totali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista kull sena ta’ l-awtorizzazzjonijiet maħruġa skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, li tispeċifika n-numru tal-bdiewa, l-erji interessati u r-raġunijiet.

F’każijiet speċjali ssostanzjati b’mod xieraq, il-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi rrevedut skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 [28].

5. Il-każijiet riferiti fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandhom ikunu dawk fejn il-produtturi jistgħu jagħtu raġunijiet rilevanti u oġġettivi għall-iskambju ta’ l-erja mhix eliġibbli ma’ erja eliġibbli fuq l-impriżi tagħhom, sakemm l-Istat Membru jkun iċċekkja illi ma jeżistu l-ebda raġunijiet sabiex jiġu rrifjutati dawn l-iskambji, b’mod partikolari mil-lat ta’ riskji ambjentali. Taħt l-ebda cirkostanzi ma jistgħu l-iskambji jirriżultaw f’żieda fl-erja totali tar-raba’ eliġbbli fuq din l-impriża. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sistema ta’ notifika u ta’ approvazzjoni minn qabel għal dawn l-iskambji.

Sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu pjani lill-Kummissjoni li jkun fihom lista tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ikunu ġew approvati l-iskambji u xiehda b’effett illi l-erja totali ta’ l-erja eliġibbli ma żdiditx bhala riżultat ta’ dawn l-iskambji.

Artikolu 3

1. Il-ħlasijiet skond l-erja għall-uċuħ tar-raba’ għandhom jitħallsu biss għall-erji:

(a) lokati fir-reġjuni ddikjarati mill-Istati Membri bħala xierqa skond il-klima u skond il-biedja għat-tkabbir ta’ l-uċuħ tar-raba’. L-Istati Membri għandu jkollhom il-poter li jiddeċiedu illi reġjun mhuwiex addattat għall-produzzjoni ta’ ċerti wċuħ tar-raba’;

(b) miżrugħa għal kollox skond l-istandards lokali. Fejn iċ-ċereali jinżergħu f’taħlita maż-żerriegħa taż-żjut jew mal-pjanti tal-proteina, jew fejn iż-żerriegħa taż-żjut tinżera’ f’taħlita mal-pjanti tal-proteina, għandha tapplika l-iktar rata baxxa ta’ ħlas skond l-erja;

(ċ) li fuqhom il-wiċċ jibqa’ miżmum sa mill-anqas il-bidu tal-fjoritura skond il-kondizzjonijiet ta’ l-iżvilupp normali. L-uċuħ taż-żerriegħa taż-żjut, tal-pjanti tal-proteina, taż-żerriegħa tal-kittien u tal-qamħ duru għandhom ukoll jiġu kkoltivati skond l-istandards lokali sa mill-anqas it-30 ta’ Ġunju ta’ qabel is-sena tas-suq fil-kwistjoni, għajr jekk ikunu ġew maħsuda fil-maturità sħiħa tagħhom qabel din id-data. Il-pjanti tal-proteina ma jistgħux jinħasdu qabel l-istadju tas-sajran lattiku;

(d) koperti b’applikazzjonijiet rigward mill-anqas 0,3 ta' ettaru, b’kull qatgħa erja kkoltivata tkun akbar mid-daqs minimu ffissat mill-Istat Membru għar-reġjun fil-kwistjoni.

2. Fejn l-erji eliġibbli ta’ kull produttur jinsabu f’iżjed minn reġjun wieħed ta’ produzzjoni, l-ammont li jrid jitħallas għandu jiġi stabbilit skond il-lokazzjoni ta’ kull erja koperta bl-applikazzjoni tiegħu.

3. L-Istati Membri li jittrattaw il-qamħ ir-rum separatament f’reġjuni fejn il-qamħ ir-rum jiġi kkoltivat primarjament għall-ħaxix li jinħażen għall-għalf għandhom jiġu awtorizzati li japplikaw il-ħsada tal-qmuħ għall-għalf f’dan ir-reġjun għall-erji kollha mħawla bil-qamħ ir-rum fir-reġjuni fil-kwistjoni.

TAQSIMA 2

Disposizzjonijiet speċjali li jkopru ċerti wċuħ tar-raba’

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom japplikaw politika ta’ kwalità rigward iż-żerriegħa tal-kolza u tal-lift billi jillimitaw l-erji eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja għal dawk miżrugħa biż-żerriegħa ċċertifikata tal-varjetajiet ta’ żero doppju (00) taż-żerriegħa tal-kolza u tal-lift innotifikati u rreġistrati fil-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċji tal-Pjanti Agrikoli stabbilit bid-Direttiva 70/457/KEE qabel kull ħlas. Il-varjetajiet taż-żero doppju għandhom ikunu dawk li jipproduċu żerriegħa b‘kontenut massimu tal-glukosalinat ta’ 25 μmol/g b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 9 %, kif stabbilit bil-metodu EN ISO 9167-1: 1995, u kontenut ta’ aċidu eruċiku ta’ mhux iżjed minn 2 % tal-kontenut totali ta’ aċidu grass, kif stabbilit bil-metodu EN ISO 5508: 1995.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jinkludu erji miżrugħa b’wieħed jew iktar mill-kategoriji li ġejjin ta’ żerriegħa tal-lift u tal-kolza fost dawk eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja:

(a) l-assoċjazzjonijiet taż-żerriegħa ċċertifikata tal-varjetà taż-żero doppju li l-komponenti tagħhom ikunu ġew innotifikati u rreġistrati fejn xieraq bħala taż-żero doppju fil-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċji tal-Pjanti Agrikoli;

(b) iż-żerriegħa maħsuda minn żerriegħa ċċertifikata mkabbra fuq l-istess impriża tal-varjetajiet taż-żero doppju murija b’analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv meħud minn aġent approvat ta’ l-awtorità nazzjonali kompetenti li għandha kontenut ta’ glukosalinat ta’ mhux iżjed minn 18,0 μmol/g b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 9 %;

(ċ) iż-żerriegħa minn ħażniet irreġistrati, qabel iż-żrigħ, għall-eżami u l-kontroll u maħsuba li tipproduċi wiċċ għall-użu bħala żerriegħa għal dawk li jrabbu l-bhejjem, żerriegħa pre-bażika, żerriegħa bażika jew żerriegħa ċċertifikata għall-iskopijiet taż-żrigħ, tar-riċerka jew tat-testjar għalbiex jiġi stabbilit jekk il-ħażniet jistgħux jiġu miżjuda mal-lista tal-varjetà nazzjonali ta’ Stat Membru u, sossegwentement, mal-Katalgu Komuni bhala varjetà taż-żero doppju;

(d) iż-żerriegħa ċċertifikata tal-varjetajiet "Bienvenu" u "Jet Neuf" koperti b’kuntratt tal-koltivazzjoni iffirmati qabel iż-żrigħ mill-poduttur u mix-xerrej approvat speċjalment għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, bl-għan li tinkiseb iż-żerriegħa għall-produzzjoni taż-żjut maħsuba għal użi speċifiċi fl-ikel jew fl-għalf;

(e) iż-żerriegħa minn ħażniet b’kontenut ta’ aċidu eruċiku ta’ iktar minn 40 % tat-total tal-kontenut ta' aċidu grass u koperta b’kuntratt tal-koltivazzjoni konkluż, qabel iż-żrigħ, ma’ l-ewwel xerrej approvat bl-għan li tinkiseb iż-żerriegħa maħsuba għal użu speċifiku mhux għall-ikel jew għall-użu bħala żerriegħa għaż-żrigħ biex jinkiseb dan il-wiċċ.

3. Fejn l-Istati Membri jikkunsidraw l-erji miżrugħa biż-żerriegħa riferita fil-paragrafu 2(b) bhala eliġibbli, għandhom qabel iż-żrigħ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għalbiex jistabbilixxu illi din iż-żerriegħa tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa. Il-kontenut tal-glukosalinat jista’ jiġi stabbilit permezz tal-metodu EN ISO 9167-1: 1995(x) jew tal-metodu EN ISO 9167-2: 1997. Il-metodu ta’ l-ewwel għandu jkun l-uniku metodu użat biex jiġu solvuti l-kontroversji dwar il-kontenut tal-glukosalinat.

4. Għas-sena tas-suq 2000/01, l-erji miżrugħa b’żerriegħa ċċertifikata tal-varjetajiet u l-assoċjazzjonijiet tal-varjetà mniżżla fil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 658/96 għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-ħlasijiet skond l-erja.

5. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 10(9) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-varjetajiet taż-żerriegħa tal-ward tax-xemx li jikkostitwixxu żerriegħa tal-ward tax-xemx għad-dolċeriji għandha tiġi mniżżla fil-lista fl-Anness II.

Artikolu 5

"Lupin ħelu" ifisser dawk il-varjetajiet tal-lupini li jipproduċu żerriegħa li ma jkunx fiha iżjed minn 5 % ta’ żerriegħa morra. Il-kontenut taż-żerriegħa morra għandu jiġi kkalkolat skond it-test iddikjarat fl-Anness III.

Artikolu 6

1. Għall-għanijiet ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu S tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-produtturi tal-qamħ duru fl-erji mniżżla fil-lista fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom jirċievu s-suppliment għall-ħlas skond l-erja massima ggarantita ddikjarata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Għall-għanijiet ta’ l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-Pannonja fl-Awstrija għandha tikkomprendi ż-żoni mniżżla fil-lista fl-Anness IV ma’ dan ir-Regolament.

2. Fejn l-erja massima ggarantita tiġi mqassma fost l-erji tal-produzzjoni u r-reġjuni tal-produzzjoni pprovduti fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk reġjun tal-produzzjoni ikun anqas minn 500 ettaru, l-Istati Membri fil-kwistjoni jistgħu jgħaqqdu r-reġjun fil-kwistjoni ma’ reġjun tal-produzzjoni li jmiss miegħu;

(b) Fl-Italja, jistgħu jitqiesu l-erji tradizzjonalment miżrugħa bil-qamħ duru u mserrħa skond l-iskema ta’ ħames snin mill-1993 sal-1997;

(ċ) sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena tas-suq li tiġi qabel dik li rigward tagħha tkun intgħamlet l-applikazzjoni għall-ħlas skond l-erja, l-Istati Membri fil-kwistjoni għandhom jinnotifikaw lill-produtturi u lill-Kummissjoni dwar it-tqassim ta’ l-erja massima ggarantita.

3. Għandha tiġi konċessa l-għajnuna speċjali riferita fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għaż-żoni ddikjarati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament san-numru massimu ta’ ettari ddikjarati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 rigward kull qatgħa mill-erja eliġibbli għall-ħlas skond l-erja bl-uċuħ tar-raba’ pprovduti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u miżrugħa bil-qamħ duru.

4. Bl-għan li tingħata l-għajnuna għall-qamħ duru kif riferit fil-paragrafi 1 u 3, l-applikazzjonijiet għall-ħlas skond "l-erja" kif riferit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 [29] irid ikun fihom it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġu identifikati l-qatgħat ta’ l-erja miżrugħa bil-qamħ duru u għandhom ikunu akkumpanjati bi provi li ġiet użata żerriegħa ċċertifikata.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward il-qamħ duru għandhom ikunu validi biss fejn:

(a) tiġi sottomessa applikazzjoni għall-ħlas skond l-erja rigward l-istess numru ta’ ettari bil-qamħ duru;

(b) tintuża żerriegħa ċċertifikata skond id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE [30].

5. L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċċertifikata li trid tintuża skond il-prattika agrikola fl-Istat Membru interessat.

Jista’ jiġi permess perjodu transitorju taż-żmien sa mhux iżjed minn tliet snin li jibda fl-1 ta’ Lulju 1998 għall-kwantità ta’ din iż-żerriegħa użata għalbiex jintlaħaq il-minimu, skond il-miżuri speċifiċi nnotifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Ġunju 1998.

6. Is-suppliment mal-ħlas skond l-erja u l-għajnuna speċjali għall-qamħ duru għandhom jiġu mħallsa fl-istess żmien tal-ħlas skond l-erja.

Artikolu 7

1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, "ħaxix li jinħażen għall-għalf" ifisser il-wiċċ tar-raba’ ikkoltivat f’erji fil-biċċa l-kbira miżrugħa bil-ħxejjex erbaċei u maħsuda waqt li jkunu ħodor mill-anqas darba fis-sena bl-għan li jiġu ppreservati f’ambjent magħluq bil-fermentazzjoni anerobika.

2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-kondizzjoni li għandha x’taqsam mal-fjoritura fl-Artikolu 3(1)(ċ), għandhom japplikaw għall-ħaxix li jinħażen għall-għalf.

3. Il-produtturi fl-Istati Membri li jagħmlu disposizzjoni għal erja speċifika ta’ ħaxix li jinħażen għall-għalf kif stabbilit fl-Anness VI għandhom ikunu eliġibbli għall-ħlas skond l-erja rigward il-ħaxix li jinħażen għall-għalf.

KAPITOLU II

L-erji bażi u l-ħsada ta’ referenza

TAQSIMA 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 8

L-erji bażi riferiti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandhom ikunu kif iddikjarati fl-Anness VI.

Artikolu 9

1. Fejn pjani tar-reġjonalizzazzjoni jipprovdu għal ħsada differenti fir-raba’ saqwi u r-raba’ bagħli skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli sabiex jiġi stabbilit jekk ir-raba’ tiġix imsoqqija jew le matul sena tas-suq. Għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu:

(a) lista ta’ l-uċuħ tar-raba’ li għalihom jistgħu jiġu konċessi l-ħlasijiet skond l-erja bir-rata tal-ħsada mis-saqwi;

(b) deskrizzjoni tat-tagħmir tat-tisqija li l-bidwi jrid ikollu għad-disposizzjoni tiegħu; dan it-tagħmir għandu jkun ipproporzjonat ma’ l-erja fil-kwistjoni u jrid jaħseb għall-provvista ta’ l-ilma meħtieġ għall-iżvilupp normali tal-pjanti matul iċ-ċiklu ta’ l-iżvilupp tagħhom;

(ċ) il-perjodu rilevanti tat-tisqija.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn it-tisqija tkun karatteristika storika marbuta mal-qatgħat ta’ l-erja u li tippermettilhom li jkunu magħrufa minn oħrajn u jitniżżlu fil-lista, bħar-reġjuni tal-produzzjoni "regadío" fi Spanja.

TAQSIMA 2

L-erja li taqbeż il-limiti

Artikolu 10

1. Bl-għan li jiġi stabbilit kull qbiż tal-limiti fl-erji bażi reġjonali skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tqis, min-naħa l-waħda, l-erja bażi reġjonali ffissata fl-Anness VI u, min-naħa l-oħra, it-total ta’ l-erji koperti bl-applikazzjonijiet għall-ħlas skond l-erja sottomessi rigward kull wiċċ tar-raba’, inkluż l-imserraħ b’obbligu korrispondenti. Kull serħ volontarju għandu jiġi inkluż ma’ l-erji l-oħra għajr dawk tas-saqwi, għajr dawk tal-qamħ ir-rum u/jew tal-ħaxix għall-ħażna ta’ l-għalf.

2. Is-somma ta’ l-erji koperti bl-applikazzjoni għall-għajnuna sottomessi ma għandhomx jinkludu erji, jew partijiet minnhom, koperti b’applikazzjonijiet li l-kontrolli amministrattvi juru biċ-ċar illi mhumiex iġġustifikati.

Fejn japplika, għandha titqies l-erja attwalment stabbilita waqt il-kontrolli fuq il-post skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92.

3. L-erji miżrugħa bl-uċuħ tar-raba’ skond ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u użati għalbiex jappoġġjaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 [31] għandhom jiġu miżjuda mat-total ta’ l-erji koperti bl-applikazzjonijiet sottomessi, aġġustati skond il-paragrafu 2.

4. Il-qbiż tal-limiti għandu jiġi kkalkolat skond it-tabella fl-Anness VII.

Artikolu 11

1. Bl-għan li jiġi stabbilit kull qbiż tal-limiti fl-erja massima ggarantita għall-qamħ duru eliġibbli għas-suppliment mal-ħlas skond l-erja, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iqisu, min-naħa l-waħda, l-erja massima ggarantita stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, fejn japplika mqassma fost ir-reġjuni, u, min-naħa l-oħra, it-total ta’ l-erji koperti bl-applikazzjonijiet għas-suppliment mal-ħlas skond l-erja rigward il-qamħ duru, aġġustati skond l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament u, fejn japplika, imnaqqsa skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika bl-għan li jistabbilixxi kull qbiż tal-limiti fl-erji massimi ggarantiti eliġibbli għall-għajnuna speċjali għall-qamħ duru stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Artikolu 12

1. Fejn l-erji riferiti fl-Artikoli 10 u 11 jinstabu li jkunu nqabżu, l-Istati Membri interessati għandhom, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq fil-kwistjoni, jistabbilixxu r-rata definittiva tal-qbiż tal-limiti maqtugħa sa żewġ punti deċimali.

2. Ir-rata definittiva tal-qbiż tal-limiti hekk stabbilita għandha tiġi użata sabiex jiġi kkalkolat it-tnaqqis proporzjonali fl-erja eliġibbli:

(a) għall-ħlas skond l-erja skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999;

(b) għas-suppliment tiegħu u għall-għajnuna speċjali għall-qamħ duru, ġaladarba jkun ġie applikat l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Artikolu 13

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri għandhom, sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena tas-suq li rigward tagħha tkun saret l-applikazzjoni għall-ħlas skond l-erja, jistabbilixxu dan li ġej u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bih:

(a) l-erja bażi nazzjonali li trid tiġi suddiviża;

(b) il-kriterji użati mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu dawn is-sub-erji bażi;

(ċ) is-sub-erji bażi (in-numru, l-isem u d-daqs);

(d) ir-regoli ddettaljati għalbiex jiġu kkonċentrati l-miżuri li jridu japplikaw fil-każ ta’ qbiż tal-limiti.

TAQSIMA 3

Il-qbiż tal-limiti fl-uċuħ tar-referenza

Artikolu 14

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-ħsada li tappartjeni għalihom għandhom ikunu dawk mgħoddija lill-Istati Membri skond l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament.

Għal dan l-għan, il-ħsada tar-referenza għandha tkun dik iddikjarata fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Bl-għan li tiġi kkalkolata l-ħsada medja li tirriżulta mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward sena tas-suq partikolari, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a) l-erji għandhom l-ewwelnett jiġu mnaqqsa proporzjonalment, fejn xieraq, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999;

(b) il-ħsada medja taċ-ċereali għar-reġjun għandha tiġi użata għall-erji miżrugħa biż-żerriegħa taż-żjut fejn il-ħlasijiet għas-snin ta’ suq 2000/01 u 2001/02 huma bbażati fuq il-ħsada reġjonali storika taż-żerriegħa taż-żjut;

(ċ) il-ħsada medja taċ-ċereali għar-raba’ bagħli fir-reġjun għandha tiġi użata għal żoni bl-uċuħ tar-raba’ li huma ddikjarati bħala żoni tal-ħaxix ta’ l-għalf għall-għanijiet tal-primjumijiet għal-laħam taċ-ċanga u tal-muntun.

Artikolu 16

Qabel il-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha twettaq eżami komparattiv tat-tagħrif riferit fl-Artikolu 14 u 15 u għandha tiffissa l-koeffiċjenti rilevanti ta’ korrezzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

Artikolu 17

Il-koeffiċjenti riferiti fl-Artikolu 16 għandhom japplikaw għall-ħlasijiet skond l-erja fl-Istat Membru jew fir-reġjun li fih tinsab l-erja bażi fil-kwistjoni, bl-eċċezzjoni tas-suppliment mal-ħlas skond l-erja u l-għajnuna speċjali għall-qamħ duru.

KAPITOLU III

Is-serħ

Artikolu 18

"Serħ" ifisser it-tħollija ta’ erja mhux maħduma li fis-sena ta’ qabel kienet:

(a) ikkoltivata bl-għan tal-ħsad, jew

(b) imserrħa skond ir-Regolament (KEE) Nru 1765/92 jew ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999, jew

(ċ) irtirata mill-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ jew imħawla bis-siġar skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 [32] u r-Regolament (KEE) Nru 2080/92 [33], rispettivament jew skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 [34].

Artikolu 19

1. L-erji mserrħa skond dan il-Kapitolu għandhom ikopru erja waħda ta’ mill-anqas 0,3 ettari mid-daqs u ta’ mill-anqas 20 m mill-wisa’.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw:

(a) erji iżgħar li jinvolvu qatgħat sħaħ mingħajr konfini permanenti bħalma huma l-ħitan, il-ħitan tal-ħaxix jew il-kanali ta’ l-ilma;

(b) qatgħat sħaħ li huma anqas minn 20 m wisa’ f’reġjuni fejn il-qatgħat ta’ dan id-daqs huma tradizzjonali;

(ċ) qatgħat ta’ mill-anqas 10m wisa’ matul kanali jew għadajjar permanenti u li huma bla ħsara għall-kontrolli speċjali li l-għan tagħhom hu b’mod partikolari li jiżguraw il-ħarsien ta’ l-għanijiet ambjentali.

2. L-erji mserrħa għandhom jibqgħu hekk għal perjodu taż-żmien li jibda mhux iżjed tard mill-15 ta’ Jannar u li ma jintemmx qabel il-31 ta’Awissu. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li fuqhom il-produtturi jistgħu jiġu awtorizzati li jiżirgħu ż-żerriegħa mill-15 ta’ Lulju għall-ħsad fis-sena ta’ wara u l-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu sabiex tiġi awtorizzata l-mergħa mill-15 ta’ Lulju fl-Istati Membri fejn tradizzjonalment tiġi pprattikata t-transumanza.

3. L-erji mserrħa ma jistgħux jiġu użati għall-produzzjoni agrikola ta’ kull xorta oħra għajr dik ipprovduta fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jew użati għal kull skop ta’ qligħ li mhuwiex kompatibbli mat-tkabbir ta’ l-uċuħ tar-raba’.

4. L-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri xierqa kompatibbli mas-sitwazzjoni speċifika ta’ l-erji mserrħa sabiex jiġi żgurat illi jibqgħu miżmuma u li l-ambjent ikun imħares. Dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu erji koperti bil-ħaxix; f’dan il-każ il-miżuri għandhom jiżguraw illi l-erja koperta bil-ħaxix ma tistax tiġi użata għall-produzzjoni taż-żerriegħa u li taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ tiġi użata għal skopijiet agrikoli, għalbiex jiġu prodotti uċuh għas-suq, qabel il-31 ta’Awissu jew, qabel il-15 ta’ Jannar wara din id-data.

5. Il-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għal erji mserrħa jew imħawla bis-siġar skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u li tingħadd għall-għanijiet ta’ serħ obbligatorju fejn ikun hemm il-provi illi din l-erja hija inkompatibbli mal-ħtiġiet ambjentali jew mat-tħawwil tas-siġar riferiti f’dawn l-Artikoli.

Artikolu 20

1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri jistgħu jagħtu ħlasijiet għall-erja mserrħa fuq il-bażi ta’ darbtejn fis-sena għal perjodu taż-żmien ta’ mhux iżjed minn ħames snin tas-suq.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u għal kull żieda sossegwenti fl-ammonti bażiċi ffissati fl-Artikolu 4(3) ta’ l-istess Regolament, il-produtturi li jindaħlu illi jserrħu l-istess qatgħat għall-perjodu riferit fil-paragrafu 1 għandhom jirċievu l-ħlas skond l-erja għal dan il-perjodu taż-żmien, ikkalkolat fuq il-bażi ta’ l-ammont bażiku u l-ħsada fil-pjan tar-reġjonalizzazzjoni fis-seħħ fiż-żmien li fih ikunu ndaħlu għalih.

3. Fejn il-produtturi deliberatament ma jirrispettawx dak li jkunu ndaħlu għalih fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna "skond l-erja" qabel jiskadi l-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 1, iridu jirrimburżaw 5 % tal-ħlas skond l-erja rigward is-sena tas-suq ta’ qabel fuq dawn l-erji rtirati mill-impenn tagħhom, immoltiplikati bin-numru tas-snin li fihom huma kienu naqsu milli jwettqu l-impenn tagħhom oriġinali.

4. Il-produtturi li jagħżlu l-arranġament ipprovdut fil-paragrafu 2 jistgħu jirtiraw l-impenji tagħhom mingħajr ma jeħlu l-penali pprovdut fil-paragrafu 3:

(a) fejn jiddeċiedu li jserrħu l-erji fil-kwistjoni jew jafforestawhom skond skema pprovduta fl-Artikolu 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

(b) f’każijiet speċjali awtorizzati mill-Istati Membri u li jinvolvu bidla fl-istruttura tal-qasam li ma tkunx fil-kontroll tal-bidwi, bħal ma hu l-ħolqien mill-ġdid ta’ qatgħat ta’ l-erja.

5. Fejn, bħala riżultat ta’ bidla fl-istruttura tal-qasam matul il-perjodu taż-żmien kopert bl-impenn, l-erja mserrħa skond dan l-Artikolu taqbeż il-limitu tal-perċentwali stabbilit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 fiż-żmien ta’ dan l-impenn, l-erji koperti bl-impenn għandhom jiġu aġġustati skond dan il-limitu.

Artikolu 21

1. Fejn l-erja ddikjarata mserrħa tkun iżgħar mill-erja li tikkorrispondi mal-perċentwali tas-serħ obbligatorju stabbilit għas-sena tas-suq fil-kwistjoni, l-erja li fuqha l-produtturi ta’ l-uċuħ tar-raba’ bla ħsara għall-obbligu ta’ dan is-serħ huma eliġibbli għall-ħlas skond l-erja għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta’ l-erja mserrħa ddikjarata u fuq il-perċentwali ta’ l-uċuħ diversi, inkluż il-ħaxix li jinħażen għall-għalf; dan ma jistax madankollu jitnaqqas għal erja inqas minn dik meħtieġa għalbiex tipproduċi 92 tunnellati metrika ta’ ċereali kif riferit fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

2. Il-produzzjoni taċ-ċereali riferita fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-ħsada użata għall-ħlasijiet skond l-erja. Jekk l-Istat Membru ikun għażel li juża l-uċuħ reġjonali storiċi għaż-żerriegħa taż-żjut, dan il-bażi għandu jiġi mmoltiplikat b’1,95.

Artikolu 22

Fil-każ tal-Portugall, skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-ħlas skond l-erja għas-serħ obbligatorju għandu jiġi miżjud bl-ammonti murija fl-Anness IX. Dawn l-ammonti għandhom jiġu ffinanzjati skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3653/90.

Artikolu 23

1. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna "skond l-erja" kif riferit fir-Regolament (KEE) Nru 3887/92 għandhom jiġu maqsuma waħda waħda skond ir-reġjun skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

2. Għal kull applikazzjoni għall-ħlas skond l-erja f’reġjun mogħti tal-produzzjoni, għandu jkun hemm dikjarazzjoni korrispondenti tas-serħ rigward mill-anqas in-numru korrispondenti ta’ ettari fl-istess reġjun tal-produzzjoni.

3. Tista’tiġi pprovduta deroga mill-paragrafu 2 skond il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-Istati Membri.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 2, is-serħ obbligatorju li jikkorrespondi ma’ applikazzjoni sottomessa għall-ħlas skond l-erja jista’ jiġi effettwat fl-intier tiegħu jew f’parti minnu:

(a) fi Spanja, fir-reġjun tas-"secano" u fil-każ ta’ l-impriżi lokati fir-reġjuni tal-produzzjoni tas-"secano" u tar-"regadío";

(b) f’reġjun ieħor tal-produzzjoni, sakemm l-erji mserrħa jkunu lokati f’reġjuni tal-produzzjoni li jmissu ma’ dawk li fihom ikunu lokati l-erji kkoltivati.

5. Fejn jiġu applikati l-paragrafi 3 u 4, l-erja li trid tisserraħ trid tiġi aġġustata sabiex titqies id-differenza bejn il-ħsada użata għall-kalkolu tal-ħlas rigward is-serħ fir-reġjuni fil-kwistjoni. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex twassal li jisserrħu inqas ettari milli jeħtieġ l-obbligu.

KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet speċjali

Artikolu 24

Bħala deroga mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri jistgħu jiddifferixxu d-data finali taż-żrigħ għal mhux iżjed tard mill-15 ta’ Ġunju għall-uċuħ imniżżla fil-lista fl-Anness X u fl-erji, li jridu jiġu defeniti mill-Istati Membri fil-kwistjoni, u li jkunu lokati fir-reġjuni speċifikati f’dan l-Anness.

Fejn id-differiment tad-data finali taż-żrigħ tirrigwarda l-uċuħ kollha tar-raba’, l-Istati Membri jistgħu ukoll jipposponu d-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjonijiet ta’ l-applikazzjonijiet mill-produtturi fl-erji fil-kwistjoni sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Ġunju jew sad-data finali taż-żrigħ, liema minnhom tiġi qabel.

Artikolu 25

1. Il-limitu pprovdut fl-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandu jiġi ffissat billi titqies l-erja nazzjonali tar-referenza u l-erja totali ta’ l-art agrikola eliġibbli u bl-għan li jiġi evitat it-tħawwil fuq skala hekk illi jirriżulta fi tnaqqis eċċessiv fil-ħlas skond l-erja speċifika taż-żerriegħa taż-żjut.

2. Il-limitu u l-kriterji applikati sabiex tiġi stabbilita għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-iżjed data kmieni possibbli u sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena tas-suq ta’ qabel dik koperta bl-applikazzjoni għall-ħlas skond l-erja.

3. Bl-għan li tiġi stmata l-eliġibilità tal-produtturi għall-ħlasijiet skond l-erja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw jekk l-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna jidħlux fil-limitu stabbilit. Kull art koperta bl-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet skond l-erja speċifika għaż-żerriegħa taż-żjut li taqbeż il-limitu ma għandhiex tiġi permessa.

4. F’każijiet illi fejn ma jiġux permessi erji skond il-paragrafu 3 ifisser illi l-erja mserrħa minn produttur taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u li tapplika fl-Istati Membri fil-kwistjoni, għandha tiġi mnaqqsa l-erja mserrħa u koperta bl-applikazzjoni għall-ħlas skond l-erja sabiex ma taqbiżx dan il-limitu.

5. Kull art li ma tingħatax permess skond l-applikazzjonijiet tal-produtturi għall-għajnuna skond l-erja skond il-paragrafi 3 u 4 ma għandhiex titqies għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 2(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

KAPITOLU V

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 26

In-notifiki

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif li jrid jiġi pprovdut fit-tabelli deskritti fl-Anness XI fil-format standardizzat deskritt f’dan l-Anness, skond ir-reġjun tal-produzzjoni, l-erja bażi u l-pajjiż, skond it-tabella taż-żmien li ġejja:

(a) sal-15 ta’ Settembru tas-sena tas-suq korrenti: l-informazzjoni miksuba billi jitqiesu l-kontrolli u l-eżamijiet li jkunu diġà mwettqa;

(b) sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Ottubru li jkun imiss: l-informazzjoni definittiva li tikkorrespondi ma’ dik użata għalbiex tiġi kkalkolata r-rata definittiva tal-qbiż tal-limiti riferit fl-Artikolu 12; u

(ċ) sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Frar: l-informazzjoni finali li tikkorrespondi ma’ l-erji li għalihom tkun attwalment tħallset l-għajnuna, wara li jkun ġie mnaqqas it-tnaqqis fl-erja pprovdut fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92.

2. Fejn l-erji riferiti fl-Artikolu 10 u 11 jinsabu li jkunu nqabżu, l-Istati Membri fil-kwistjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih bir-rata definittiva tal-qbiż tal-limiti sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq fil-kwistjoni. L-informazzjoni użata sabiex tiġi kkalkolata r-rata li biha tinqabeż erja bażi għandha tiġi mingħuta billi tintuża l-formola fl-Anness VII.

3. Fejn ir-rata ta’ qbiż tal-limiti tiġi mqassma skond l-Artikolu 2 (6) u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri fil-kwistjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan it-tqassim sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Ottubru.

Artikolu 27

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom jew mill-emendi għalihom.

Artikolu 28

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2467/92, (KEE) Nru 2836/93, (KE) Nru 762/94, (KE) Nru 1098/94, (KE) Nru 1237/95, (KE) Nru 658/96 u (KE) Nru 1577/98 għandhom jiġu mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 2000.

Ir-riferimenti għar-regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferimenti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika sabiex jappoġġja lill-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ rigward is-sena 2000/01 u s-snin tas-suq sossegwenti.

Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Ottubru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 12.

[3] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 3.

[4] ĠU L 246, tas-27.8.1992, p. 11.

[5] ĠU L 380, ta’ l-24.12.1992, p. 24.

[6] ĠU L 260, tad-19.10.1993, p. 3.

[7] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 48.

[8] ĠU L 90, tas-7.4.1994, p. 8.

[9] ĠU L 256, tad-19.9.1998, p. 8.

[10] ĠU L 121, tat-12.5.1994, p. 12.

[11] ĠU L 241, tal-11.9.1999, p. 14.

[12] ĠU L 121, ta’ l-1.6.1995, p. 29.

[13] ĠU L 284, tas-16.10.1997, p. 36.

[14] ĠU L 91, tat-12.4.1996, p. 46.

[15] ĠU L 75, ta’ l-20.3.1999, p. 24.

[16] ĠU L 206, tat-23.7.1998, p. 17.

[17] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1.

[18] ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27.

[19] ĠU L 362, tas-27.12.1990, p. 28.

[20] ĠU L 158, tat-8.7.1995, p. 13.

[21] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1.

[22] ĠU L 127, tal-21.5.1999, p. 4.

[23] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[24] ĠU L 218, tas-6.8.1991, p. 1.

[25] ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 17.

[26] ĠU L 132, tat-28.5.1988, p. 3.

[27] ĠU L 196, tat-18.7.1986, p. 1.

[28] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[29] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36.

[30] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66.

[31] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[32] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 85

[33] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 96.

[34] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

--------------------------------------------------

ANNESS I

(l-Artikolu 2(1))

DEFINIZZJONIJIET

1. Mergħa permanenti

Erja li mhix bin-newba li tintuża għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżruħ jew naturali) fuq bażi permanenti (ħames snin jew iżjed).

2. Uċuħ permanenti

Uċuħ mhux bin-newba li mhumiex mergħa permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iktar u li jipproduċu ħsad ripetut, għajr l-uċuħ li jikbru iżjed minn darba fis-sena.

3. Uċuħ multiannwi

Kodiċi tan-NM | |

07091000 | l-Artiċokk |

07092000 | l-Asparagu |

ex07099090 | Ir-Rabarbu |

081020 | Ir-Raspberries, it-Tut, Iċ-Ċawsli u l-Loganberries |

081030 | Il-Passolina Sewda, Bajda jew Ħamra u r-Ribes |

081040 | Il-Cranberries, il-Bilberries u frott ieħor tal-ġenu Vaccinium |

4. Il-programm tar-ristrutturarizzazzjoni

Il-bidla fl-istruttura u/jew fl-erja eliġibbli ta’ impriża li tiġi mposta mill-awtoritajiet pubbliċi.

--------------------------------------------------

ANNESS II

(Artikolu 4(5))

IL-VARJETAJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-WARD TAX-XEMX GĦAD-DOLĊERIJI

L-Agripro 3450

L-Agrosur

Id-Dahlgren D-131 (Toma)

Id-Dahlgren D-151

Id-Dahlgren D-171

Id-Dahlgren D-181

Id-Dahlgren 954

Id-Dahlgren D-1950

Id-Dahlgren D-1998

Id-Diset

Il-Hagen Seed SG 9011

Il-Hagen Seed SG 9054

Il-Hagen Seed SG 9211

L-Interstate (IS)8004

Il-Kelisur

Ir-Royal Hybrid 381

Ir-Royal Hybrid 2141

Ir-Royal Hybrid 3801

Ir-Royal Hybrid 3831

Ir-Royal Hybrid 4381

L-RRC 995

L-RRC 2211

L-RRC 2232

L-RRC 4211

Is-SIGCO 826

Is-SIGCO 828

Is-SIGCO 829

Is-SIGCO 830

Is-SIGCO 954

Is-SIGCO 964

Is-SIGCO 974

Is-SIGCO 995

It-Toma

It-Triumph 660C

It-Triumph 505C+

It-Triumph 520C

It-Triumph 515C

L-USDA Hybrid 924

--------------------------------------------------

ANNESS III

(l-Artikolu 5)

IT-TEST GĦAL-LUPIN MORR

Irid jiġi magħmul fuq kampjun ta’ 200 qamħa meħuda minn kejl ta’ 1 kg minn kull lott massimu ta’ 20 tunnellata metrika.

It-test huwa maħsub biss biex jipprovdi xiehda kwalitattiva tal-preżenza tal-qmuħ morri fil-kampjun. It-tolleranza ta’ l-omoġeneità hija ta’ qamħa waħda għal kull 100. Uża l-metodu Grain-Cut skond Von Sengbusch (1942), Ivanov u Smirnova (1932) u Eggebrecht (1949). Aqta’ l-qamħiet niexfa jew minfuħa b'mod għamla ta’ salib. Qiegħed in-nofs-qamħiet f’passatur u qegħedhom f’taħlita ta’ jodju għal għaxar sekondi, imbagħad laħlaħhom taħt l-ilma ġieri għal ħames sekondi. Il-wiċċ il-maqtugħ tal-qamħiet morri jsir kannella filwaqt li dawk li m’għandhomx ħafna alkalojdi jibqgħu sofor.

Sabiex titħejja s-soluzzjoni tal-jodju, ħoll 14 g ta’ jodat tal-putassju fl-anqas ilma possibbli, żid 10 g ta’ jodju u iddilwa sa 1000 cm3. Ħalli s-soluzzjoni toqgħod għal ġimgħa qabel ma tintuża. Aħżen fi fliexken kannella. Iddilwa s-soluzzjoni bażika sa tlieta jew ħames darbiet il-volum oriġinali tagħha qabel ma tintuża.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

(it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1))

IŻ-ŻONI ELIĠIBBLI GĦAS-SUPPLIMENT GĦALL-QAMĦ DURU FL-AWSTRIJA

Il-Pannonja:

1. Il-Gebiete der Bezirksbauernkammern

2046 Atzenbrugg

2054 Baden

2062 Bruck/Leitha

2089 Ebreichsdorf

2101 Gänserndorf

2241 Hollabrunn

2275 Kirchberg/Wagram

2305 Korneuburg

2321 Laa/Thaya

2330 Langenlois

2364 Marchfeld

2399 Mistelbach

2402 Mödling

2470 Poysdorf

2500 Ravelsbach

2518 Retz

2551 Schwechat

2585 Tulln

2623 Wr. Neustadt

2631 Wolkersdorf

2658 Zistersdorf

2. Il-Gebiete der Bezirksreferate

3018 Neusiedl/See

3026 Eisenstadt

3034 Mattersburg

3042 Oberpullendorf

3. Il-Gebiete der Landwirtschaftskammer

1007 Wien

--------------------------------------------------

ANNESS V

(l-Artikolu 6(3))

IŻ-ŻONI ELIĠIBBLI GĦALL-GĦAJNUNA SPEĊJALI GĦALL-QAMĦ DURU

IL-ĠERMANJA:

Il-Kreise und Kreisfreie Städte:

Il-Baden-Württemberg:

Stadt Stuttgart, Ludwigsburg, Rems-Murr-Kreis, Stadt Heilbronn, Heilbronn, Hohenlohekreis, Main-Tauber-Kreis, Stadt Karlsruhe, Karlsruhe, Stadt Baden-Baden, Rastatt, Stadt Heidelberg, Stadt Mannheim, Rhein-Neckar-Kreis, Stadt Pforzheim, Enzkreis, Ortenaukreis.

Il-Bayern:

Stadt Ingolstadt, Dachau, Eichstätt, Freising, Fürstenfeldbrück, Neuburg-Schrobenhausen, Pfaffenhofen a.d.Ilm, Kelheim, Stadt Ansbach, Ansbach, Neustadt-Bad Winsheim, Stadt Aschaffenburg, Aschaffenburg, Bad Kissingen, Rhön-Grabfeld, Haßberge, Kitzingen, Main-Spessart, Stadt Schweinfurt, Schweinfurt, Stadt Würzburg, Würzburg.

Ir-Rheinland-Pfalz:

Ahrweiler, Stadt Koblenz, Mayen-Koblenz, Bad Kreuznach, Rhein-Lahn-Kreis, Westerwald-Kreis, Bernkastel-Wittlich, Bitburg-Prüm, Daun, Trier-Saarburg, Stadt Trier, Stadt Frankenthal, Landau i.d.P., Ludwigshafen, Mainz, Neustadt/Weinstr., Speyer, Worms, Alzey-Worms, Bad Dürkheim, Donnersbergkreis, Germersheim, Südl. Weinstraße, Ludwigshafen, Mainz-Bingen.

Il-Hessen:

Stadt Frankfurt/Main, Wiesbaden, Bergstraße, Stadt Darmstadt, Darmstadt-Dieburg, Groß-Gerau, Hochtaunuskreis, Main-Kinzig-Kreis, Main-Taunus-Kreis, Stadt Offenbach, Offenbach, Rheingau-Taunus-Kreis, Wetteraukreis, Lahn-Dill-Kreis, Limburg-Weilburg.

Is-Saarland:

Stadt Saarbrücken, Merzig-Wadern, Neunkirchen, Saarlouis, Sankt Wendel.

Is-Sachsen:

Mittweida, Muldentalkreis.

Is-Sachsen-Anhalt:

Bernburg, Köthen, Burgenlandkreis, Mansfelder Land, Merseburg-Querfurt, Saalkreis, Sangerhausen, Aschersleben-Straßfurt, Halberstadt, Jerichower Land, Quedlinburg, Schönebeck.

It-Turinġja:

Unstrut-Hainich-Kreis, Kyffhäuserkreis, Gotha, Sömmerda, Hildburghausen, Stadt Weimar, Weimarer Land, Altenburger Land, Stadt Erfurt.

SPANJA

Il-Comarcas agrícolas

Almazán (SO), Bajo Aragón (TE), Campiña (GU), Campo de Gómara (SO), Centro (AB), El Cerrato (P), Hoya de Huesca (HU), La Montaña (A), Las Vegas (M), Logrosán (CC), Monegros (HU), Noroeste (MU), talba-Utiel (V), Rioja Baja (LO), Segría (L), Sierra Rioja Baja (LO), Sur (VA), Suroeste y Valle de Guadalentín (MU), Trujillo (CC), Urgel (L), Valle de Ayora (V).

FRANZA

Id-Dipartimenti

Aisne, Aube, Charente, Charente-Maritime, Cher, Deux-Sèvres, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loiret, lott-et-Garonne, Maine-et-Loire, Marne, Nièvre, Orne, Sarthe, Seine-et-Marne, Vendée, Vienne, Yonne, Yvelines.

L-ITALJA

Il-Provinċja

Alessandria, Bologna, Brescia, Cremona, Ferrara, Forlì, Gorizia, Lodi, Mantova, Milano, Modena, Padova, Parma, Pavia, Piacenza, Pordenone, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini, Rovigo, Torino, Treviso, Udine, Venezia, Vercelli, Verona, Vicenza.

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

(l-Artikolu 8)

L-ERJI BAŻI

Ir-Reġjun | l-Uċuħ kollha | Li minnhom qamħ ir-rum | Li minnhom ħaxix għall-ħażna |

IL-BELĠJU

Total | 478,6 | | |

Iż-Żona I | | 97,0 | |

ID-DANIMARKA | 2018,0 | | |

IL-ĠERMANJA | 10155,6 | 540,3 | |

Schleswig-Holstein | 505,6 | | |

Hamburg | 5,1 | | |

Niedersachsen | 1424,4 | | |

Bremen | 1,8 | | |

Nordrhein-Westfalen | 948,3 | | |

Rheinland-Pfalz | 368,4 | | |

Hessen | 461,2 | | |

Baden-Württemberg | 735,4 | 122,1 | |

Bayern | 1775,9 | 418,2 | |

Saarland | 36,5 | | |

Berlin | 2,9 | | |

Brandenburg | 888,5 | | |

Mecklenburg-Vorpommern | 967,9 | | |

Sachsen | 598,8 | | |

Sachsen-Anhalt | 880,7 | | |

Thüringen | 554,2 | | |

IL-GREĊJA

Iż-Żona I | 1396,3 | 218,0 | |

Iż-Żona II | 95,4 | 4,1 | |

SPANJA

Ir-Regadío | 1371,1 | 403,4 | |

Is-Secano | 7848,6 | | |

FRANZA

Total | 13526,0 | | |

Żona Bażi għall-qamħ ir-rum | | 613,8 | |

Żona Bażi taħt is-saqwi | 1209,7 | | |

L-IRLANDA | 345,5 | 0,2 | |

L-ITALJA | 5801,2 | 1200,0 | |

IL-LUSSEMBURGU | 42,8 | | |

L-OLANDA | 436,5 | 208,3 | |

L-AWSTRIJA | 1203,0 | | |

IL-PORTUGALL

L-Açores | 9,7 | | |

Il-Madeira

—Ir-Regadío | 0,31 | 0,29 | |

—Oħra | 0,30 | | |

Kontinentali

—Ir-Regadío | 293,4 | 221,4 | |

—Oħra | 718,0 | | |

IL-FINLANDJA | 1591,0 | | 200,0 |

L-ISVEZJA | 1737,0 | | 130,0 |

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra | 3794,6 | 33,2 | |

l-Iskozja | 551,6 | | |

L-Irlanda ta' Fuq | 52,9 | 1,2 | |

Wales | 61,4 | | |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

(l-Artikolu 10(4))

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

(it-tienu subparagrafu ta’ l-Artikolu 14)

IL-ĦSADA TAR-REFERENZA KIF RIFERITA FL-ARTIKOLU 3(7) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1251/1999

Il-Belġju | 6,24 |

Id-Danimarka | 5,22 |

Il-Ġermanja | 5,66 |

—L-iSchleswig-Holstein | 6,81 |

—Hamburg | 6,01 |

—NiIn-edersachsen | 5,33 |

—Bremen | 5,34 |

—In-Nordrhein-Westfalen | 5,81 |

—Hessen | 5,50 |

—Ir-Rheinland-Pfalz | 4,78 |

—Il- Baden-Württemberg | 5,48 |

—Ir-Rhineland-Pfaltz | 5,94 |

—Is-Saarland | 4,38 |

—Berlin | 4,52 |

—Il-Brandenburg | 4,54 |

—Il-Mecklenburg-Vorpommern | 5,45 |

—Sachsen | 6,23 |

—Is-Sachsen-Anhalt | 6,14 |

—It-Turinġja | 6,13 |

Il-Greċja | 3,39 |

Spanja | 2,9 |

Franza | 6,02 |

L-Irlanda | 6,08 |

L-Italja | 3,9 |

Il-Lussemburgu | 4,26 |

L-Olanda | 6,66 |

Il-Portugall | 2,90 |

Ir-Renju Unit | 5,83 |

L-Awstrija | 5,27 |

L-Isvezja | 4,02 |

Il-Finlandja | 2,82 |

--------------------------------------------------

ANNESS IX

(l-Artikolu 22)

IS-SUPPLIMENT GĦAS-SERĦ FIL-PORTUGALL

(EUR) |

Is-sena tas-suq | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 |

Il-Ħlas supplimentari | 9,64 | 6,57 | 3,41 |

--------------------------------------------------

ANNESS X

(Artikolu 24, l-ewwel paragrafu)

L-iktar data mwaħħra għaż-żrigħ: il-15 ta’ Ġunju

Il-wiċċ | L-Istat membru | Ir-Reġjun |

L-uċuħ kollha | Il-Finlandja | It-Territorju Kollu |

L-Isvezja | It-Territorju Kollu |

Il-Qamħ ir-rum Ħelu | L-Istati membri Kollha | It-Territorju Kollu |

--------------------------------------------------

ANNESS XI

(l-Artikolu 26(1))

IT-TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI KKOMUNIKAT LILL-KUMMISSJONI

It-tagħrif irid jiġi ppreżentat fl-għamla ta’ serje ta’ tabelli mfassla skond il-mudell deskritt hawn taħt:

- l-ewwel sett ta’ tabelli li jagħtu tagħrif fil-livell tar-reġjun tal-produzzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu (KE) Nru 1251/1999,

- it-tieni sett ta’ tabelli li jagħtu tagħrif rigward kull reġjun ta’ l-erja bażi fit-tifsira ta’ l-Anness VI ma’ dan ir-Regolament,

- tabella waħda li tagħti fil-qosor it-tagħrif minn kull Stat Membru.

It-tabelli għandhom jintbagħtu b'kopja fuq il-karta u f’għamla kkompjuterizzata.

Il-formoli għall-erji: | 5 = 1 + 2 + 3 + 4 |

10 = 7 + 8 + 9 |

14 = 15 + 16 |

19 = 5 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 18 |

Noti:

Kull tabella trid tikkwota r-reġjun fil-kwistjoni.

Il-ħsada hija dik użata għall-kalkolu tal-ħlasijiet skond l-erja skond ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Id-distinzjoni bejn erja "tal-bagħli" u "tas-saqwi" għandha tiġi magħmula biss fil-każ tar-reġjunijiet li jkun fihom mit-tnejn. F'dan il-każ:

d = e + f

j = k + l

Il-linja 1 irid ikollha x’taqsam biss mal-qamħ duru eliġibbli għas-suppliment mal-ħlas skond l-erja pprovdut fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 2 għandha x’taqsam biss mal-qamħ duru eliġibbli għall-għajnuna speċjali riferita fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 17 għandha x’taqsam biss ma' l-erji mserrħa jew afforestati skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 u li jgħoddu bħala artijiet li jinħadmu mserrħa skond l-Artikolu 6(8) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 18 tikkorrespondi ma’ l-erji riferiti fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Għandu jingħata wkoll it-tagħrif rigward il-produtturi li ma japplikawx għall-għajnuna għal kull ettaru taħt is-sistema ta’ appoġġ għal ċerti wċuħ tar-raba’ (Regolament (KE) Nru 1251/1999). Dan it-tagħrif, li jrid jingħata taħt ‘Oħrajn’ fil-kolonni ‘m’ u ‘n’, għandu fil-biċċa l-kbira x’jaqsam ma’ l-uċuħ tar-raba’ ddikjarati bħala erja għall-għalf għall-primjumijiet fuq il-laħam taċ-ċanga u tal-muntun.

Il-linja numru 21 tirrigwarda l-art imserrħa għall-produzzjoni ta’ uċuħ li mhumiex għall-ikel u li ma jikkwalifikawx għall- ħlasijiet skond ir-regoli li jimplimentaw l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 (e.ż. pitravi, artiċokk u għeruq taċ-ċikwejra).

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------