31999R0308

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 308/1999 tat-8 ta' Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' l-organiżmi frieħ tal-baħar

Official Journal L 038 , 12/02/1999 P. 0006 - 0009
CS.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
ET.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
HU.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
LT.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
LV.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
MT.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
PL.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
SK.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104
SL.ES Chapter 04 Volume 04 P. 101 - 104


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 308/1999

tat-8 ta' Frar 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' l-organiżmi frieħ tal-baħar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b' mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-Regolament (KE) Nru 850/98 [4] juri numru ta' ċerti ommissjonijiet, żbalji fit-test u inadekwatezzi editorjali;

Billi wara definizzjoni mill-ġdid mir-Renju Unit dwar il-limiti tas-sajd tiegħu l-ebda parti mis-sub-żona XII ta' l-ICES fit-tramuntana tal-latitudni 56oT ma taqa' taħt is-sovranità jew il-ġurisdizjoni ta' l-Istati Membri; billi għalhekk din iż-żona ma għandhiex tiġi msemmija iktar;

Billi l-metodu li bih għandu jiġi stabbilit id-daqs tal-granċ bix-xewk huwa kkunsidrat bħala imprattikabbli u għandu għalhekk jiġi rivedut;

Billi r-Regolament (KE) Nru 850/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 29(4)(b)(iii), it-tielet inċiż, il-kelmiet "kwantitajiet tal-barbun tat-tbajja' ("plaice") u tal-lingwata ("sole")" għandhom jiġu mibdula bi "kwantitajiet ta' barbun tat-tbajja' u/jew lingwata".

2. Fl-Artikolu 30(2), is-subparagrafu (b) għandu jiġi mibdul bi:

"(b) it-Taqsima Vb ta' l-ICES u s-sub-żona VI ta' l-ICES fit-tramuntana tal-latitudni 56oT".

3. Fl-Anness I:

(a) in-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna għandha tiġi mibdula bi:

"(1) Fil-Baħar tat-Tramuntana mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Ottubru, u matul is-sena kollha fil-bqija tar-Reġjuni 1 u 2, għajr fl-Iskagerrak u l-Kattegat";

(b) in-nota 6 fil-qiegħ tal-paġna għandha tiġi mibdula bi:

"(6) Matul l-ewwel sena wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament perċentwal minimu ta' 50 % ta' l-ispeċji tal-ħut fil-mira għandu jkun ta' qabdiet ta' ħut miġbura mir-Reġjun 2 bl-eċċezzjoni tal-Baħar tat-Tramuntana, Taqsima Vb ta' l-ICES u s-subżona VI fit-tramuntana tal-latitudni 56oT".

4. L-Anness IV għandu jiġi mibdul bl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

5. Fl-Anness IX, il-linja "70-79 + ≥ 70" għandha tiġi mibdula bi "60-69 + ≥ 70".

6. Fl-Anness XII, kull riferenza għal "Kavalli (Scomber scombrus)" għandha tiġi mibdula bi "Kavalli (Scomber spp.)" u kull referenza għal "Sawrell ("Horse mackerel") (Trachurus trachurus)" għandha tiġi mibdula bi "Sawrell (Trachurus spp.)".

7. Fl-Anness XIII, il-Paragrafu 5 għandu jiġi mibdul bi:

"5. (a) Id-daqs tal-granċ tax-xewka għandu jiġi mkejjel, kif muri fl-Istampa 4A, bħala t-tul tal-qoxra, matul il-linja tan-nofs, mit-tarf tal-qoxra bejn il-munqar u t-tarf ta' wara tal-qoxra.

(b) Id-daqs tal-granċ ta' l-ikel għandu jiġi mkejjel, kif muri fl-Istampa 4B, bħala l-wisa' massima tal-qoxra mkejla perpendikolarment mal-linja tan-nofs antero-posterjori tal-qoxra."

8. L-Istampa 4A għandha tiġi mibdula bl-istampa fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Frar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

O. Lafontaine

[1] ĠU C 337, tal-5.11.1998, p. 8.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Jannar 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fit-2 ta' Diċembru 1998.

[4] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS IV

IRKAPTI RMUNKATI: - L-Iskagerrak u l-Kattegat

Il-medda tal-qisien tal-malji, l-ispeċji mmirati, u l-perċentwali tal-qbid rikjesti applikabbli għall-użu ta' medda ta' malja b' qies wieħed

Speċji | Qies tal-malji fil-medda (millimetri) |

< 16 | 16-31 | 32-69 | 70-89 | ≥ 90 |

Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati | Perċentwali minimi ta' speċji mirati |

50 % | 50 % | 20 % | 50 % | 20 % | 50 % | 30 % | xejn |

Sallur tar-ramel (Ammodytidae) [3] | x | x | x | x | x | x | x | x |

Sallur tar-ramel (Ammodytidae) [4] | | x | | x | x | x | x | x |

Norway pout (Trisopterus esmarkii) | | x | | x | x | x | x | x |

Merluzz (Micromesistius poutassou) | | x | | x | x | x | x | x |

Sawt Kbir (Trachinus draco) [1] | | x | | x | x | x | x | x |

Molluski (minbarra Sepia) [1] | | x | | x | x | x | x | x |

Imsell (Belone belone) [1] | | x | | x | x | x | x | x |

Bies griż (Eutrigla gurnardus) [1] | | x | | x | x | x | x | x |

Kurunetta (Argentina spp.) | | x | | x | x | x | x | x |

Sprat (Sprattus sprattus) | | x | | x | x | x | x | x |

Sallur (Anguilla anguilla) | | | x | x | x | x | x | x |

Gamblu komuni/Gamblu tal-Baltiku (Crangon spp ., Palaemon adspersus) [2] | | | x | x | x | x | x | x |

Kavall (Scomber spp.) | | | | x | | x | x | x |

Sawrell (Trachurus spp.) | | | | x | | x | x | x |

Aringa (Clupea harengus) | | | | x | | x | x | x |

Gamblu tat-tramuntana (Pandalus borealis) | | | | | x | x | x | x |

Gamblu komuni (Crangon spp., Palaemon adspersus) [1] | | | | | x | x | x | x |

Makku (Merlangius merlangus) | | | | | | | x | x |

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) | | | | | | | x | x |

L-organiżmi l-oħra kollha tal-baħar | | | | | | | | x |

"

[1] Biss sa erba' mili mil-linji tal-bażi.

[2] Erba' mili'l barra mil-linji tal-bażi.

[3] Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Ottubru fl-Iskagerrak u mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Lulju fil-Kattegat.

[4] Mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ġurnata ta' Frar fl-Iskagerrak u mill-1 ta' Awissu sa l-aħħar ġurnata ta' Frar fil-Kattegat'

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------