31999L0077



Official Journal L 207 , 06/08/1999 P. 0018 - 0020


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KEE

tas-26 ta' Lulju 1999

li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (l-asbestos)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir- regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għal restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparati perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari, Artikolu 2a tagħha, introdott bid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3];

(1) Billi l-użu ta' l-asbestos u tal-prodotti li fihom l-asbestos jista’, bir-rilaxx tal-fibri, jikkawża asbestożi, mesothelioma u kanċer tal-pulmun; billi t-tqegħid fis-suq u l-użu għandhom għalhekk ikunu soġġetti għar-restrizzjonjonijiet l-iktar severi possibbli;

(2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 83/478/KEE [4] li temenda għall-ħames darba d-Direttiva 79/769/KEE speċifikat li t-tip kroċidolit ta' fibra ta' l-asbestos u l-prodotti li jikkontjenuh ma jistgħux aktar jitqiegħdu fis-suq u jintużaw, bi tliet eċċezzjonijiet possibbli; billi din l-istess Direttiva stabbiliet dispożizzjonijiet obbligatorji ta' ttikkettjar għall-prodotti kollha li fihom il-fibri ta' l-asbestos;

(3) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 85/610/KEE [5] li temenda għas-seba’ darba d-Direttiva 76/769/KEE speċifikat li l-fibri ta' l-asbestos ma jistgħux jitqiegħdu aktar fis-suq u jintużaw f'ġugarelli, materjali u preparati applikati bl-isprej, prodotti ta' l-imnut f'forma ta' trab, aċċessorji għat-tipjip, heaters katalittiċi, żebgħa u verniċ;

(4) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 91/659/KEE [6] li tadatta għall-progress tekniku Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE speċifikat li t-tip amfibolu kollu tal-fibri ta' l-asbestos u l-prodotti li jikkontjenuh ma jistgħux aktar jitqiegħdu fis-suq u jintużaw; billi din l-istess direttiva speċifikat li t-tip krisotilu tal-fibra ta' l-asbestos u l-prodotti li jikkontjenuha ma jistgħux aktar jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għal erbatax-il kategorija ta' prodotti;

(5) Billi li l-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent kien konsultat dwar l-effetti tas-saħħa ta' l-asbestos tal-krisotil u s-sostituti tiegħu;

(6) Billi huma issa disponibbli għal ħafna utilitajiet li jifdal mill-asbestos tal-krisotilu sostituti jew alternattivi li mhumiex klassifikati bħala karċinoġeni u li huma kunsidrati bħala inqas perikolużi;

(7) Billi ebda livell ta' espożizzjoni għadu ma ġie identifikat li taħtu l-asbestos tal-krisotil ma jimponix riskji karċinoġeniċi;

(8) Billi l-esposizzjoni ta' ħaddiema u utenti oħra ta' prodotti li fihom l-asbestos hija diffiċli ħafna biex tiġi kontrollata u tista’ taqbeż bil-kbir il-limiti kurrenti fuq bażi intermittenti u din il-kategorija ta' espożizzjoni qiegħda issa tqiegħed riskji kbar fuq l-iżvilupp ta' mard relatat ma l-asbestos;

(9) Billi mod effettiv għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa li jiġi projbit l-użu tal-fibri krisotili ta' l-asbestos u tal-prodotti li jikkontjenuhom;

(10) Billi t-tagħrif xjentifiku dwar l-asbestos u s-sostituti tiegħu qiegħed jiżviluppa kontinwament; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk issaqsi lill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent biex tagħmel reviżjoni ulterjuri ta' kwalunkwe data xjentifika ġdida dwar ir-riskji għas-saħħa ta' l-asbestos tal-krisotil u s-sostituti tiegħu qabel l-1 ta' Jannar 2003; billi din ir-reviżjoni tikkonsidra wkoll aspetti oħra ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari d-derogi, fid-dawl tal-progress tekniku; billi, jekk neċessarju, il-Kummissjoni tipproponi bidliet approprjati għal-leġislazzjoni;

(11) Billi huwa meħtieġ perjodu ta' aġġustament sabiex jitnaqqas progressivament it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' l-asbestos tal-krisotilu u l-prodotti li jikkontjenuh; billi dan il-perjodu għandu jkun itwal għal dijaframmi wżati għall-elettroliżi f'installazzjonijiet eżistenti minħabba li r-riskju ta' esposizzjoni hu estremament baxx u huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġu żviluppati alternattivi adattati f'din l-applikazzjoni ta' sigurtà kritika; billi l-Kummissjoni tirrevedi din id-deroga qabel l-1 ta' Jannar 2008 wara li tkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent;

(12) Billi din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE li tistabilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema [7], u d-Direttivi individwali tagħha fis-sens ta' Artikolu 16(1) ta' dik id-Direttiva, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni ta' karċinoġeni fuq ix-xogħol [8] kif emendata bid-Direttiva 97/42/KE [9];

(13) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 91/382/KEE [10] li temenda d-Direttiva 83/477/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol tipprovdi qafas ta' kontroll fejn l-attivitatjiet jistgħu jesponu ħaddiema għat-trab ta' l-asbestos;

(14) Billi din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE [11] li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-istrumenti tal-frenar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

(15) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' barrieri tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparati perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk addattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness ma’ hawnhekk.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura biex issir din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

3. Mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa l-1 ta' Jannar 2005, l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-introduzzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal asbestos tal-krisotilu fit-territorji tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Karel van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.09.1976, p. 24.

[2] ĠU L 166, 01.07.1999, p. 87.

[3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24.

[4] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24.

[5] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 1.

[6] ĠU L 363, tal-31.12.1991, p. 36.

[7] ĠU L 183, tad-29.06.1989, p. 1.

[8] ĠU L 196, tas-26.07.1990, p. 1.

[9] ĠU L 179, 08.07.1997, p. 4.

[10] ĠU L 206, tad-29.07.1991, p. 16.

[11] ĠU L 81, tat-18.03.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

F'Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE il-punt 6 għandu jiġi sostitwit bil-punt li ġej:

"6.1.Crocidolite, Nru CAS 12001-28-4Amosite, Nru CAS 12172-73-5Asbestos Anthophyllite, Nru CAS 77536-67-5Asbestos Actinolite, Nru CAS 77536-66-4Asbestos Tremoliet, Nru CAS 77536-68-6 | 6.1.It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn il-fibri u tal-prodotti li jikkontjenu dawn il-fibri miżjuda intenzjonalment għandhom jiġu pprojbiti. |

6.2.Chrysotile, Nru CAS 12001-29-5 | 6.2.It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' din il-fibra u tal-prodotti li jikkontjenu din il-fibra miżjuda intenzjonalment għandhom jiġu projbiti.Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludi d-dijaframmi għal installazzjonijiet eżistenti ta' elettrolożi sakemm dawn jilħqu t-tmiem tal-perjodu ta' servizz tagħhom, jew sakemm isiru disponibbli sostituti adattati mingħajr asbestos, liema wieħed ikun l-aktar qrib. Il-Kummissjoni tirrevedi din id-deroga qabel l-1 ta' Jannar 2008.L-użu ta' prodotti li fihom il-fibri ta' l-asbestos imsemmija fil-punti 6.1 u 6.2 li kienu diġà installati u/jew fis-servizz qabel id-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 199/77/KE mill-Istat Membru konċernat għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati sakemm jitneħħew jew jilħqu t-tmiem tal-perjodu ta' servizz tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa, jipprojbixxu fit-territorju tagħhom l-użu ta' dawn il-prodotti qabel ma jitneħħew jew jilħqu t-tmiem tal-perjodu ta' servizz tagħhom.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifika, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi u preparati perikolużi, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn il-fibri u l-prodotti li fihom dawn il-fibri, kif huwa awtorizzat skond id-derogi preċedenti, jistgħu jitħallew biss jekk il-prodotti ikollhom tikketta skond id-dispożizzjonijiet ta' Anness II mad-Direttiva 76/769/KEE." |

--------------------------------------------------