31999L0040



Official Journal L 124 , 18/05/1999 P. 0011 - 0013


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/40/KE

tas-6 ta' Mejju 1999

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 79/64/KEE rigward strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (testjar statiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE [2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u partikolarment Artikolu 11 tagħha,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE tal-25 ta' Ġunju 1979 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/413/KEE [4], u partikolarment Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi, għat-titjib tas-sigurtà, issa huwa neċessarju li l-arranġamenti biex isir testjar ta' l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib jiġu ċarati billi wieħed jikkunsidra s-sensiela wiesgħa ta' apparat li jintuża;

(2) Billi l-arranġamenti għal testjar ta' dawn l-istrutturi għandhom jkunu armonizzati ma’ l-arranġamenti definiti fil-kodiċi 4 għal testjar uffiċċjali ta' strutturi ta' protezzjoni ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura (testijiet statiċi) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD);

(3) Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Addattament tad-Direttivi għall-Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Annessi II u III tad-Direttiva 79/622/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

- jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħorġu d-dokument li hemm ipprovdut għalih fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta' trattur, jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta' tratturi,

jekk it-tratturi involuti jħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri:

- ma għandhomx joħorġu aktar id-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kwalunkwe tip ta' trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward kull tip ta' trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-ħarsien ta' din id-Direttiva, l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2000. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 179, tas-17.7.1979, p. 1.

[4] ĠU L 200, tas-26.7.1988, p. 32.

--------------------------------------------------

ANNESS

Annessi II u III tad-Direttiva 79/622/KEE huma emendati kif ġej:

1. f'Anness II, it-test li ġej huwa miżjud f' punt 1.2.4:

"Kull komponent li s-sewwieq stess jista' jneħħi għandhom jitneħħew meta jsiru it-testijiet. Jekk huwa possibbli li l-bibien u t-twieqi jinżammu miftuħin jew li jitneħħew meta t-trattur jkun qiegħed jintuża, iridu jinżammu miftuħin jew jitneħħew waqt li jsiru it-testijiet, sabiex ma tiżdiedx is-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib. Jekk, f'din il-pożizzjoni, jikkostitwixxu perikolu lis-sewwieq jekk it-trattur jinqaleb, ir-rapport tat-test irid jirreferi għal dan il-fatt.;"

2. Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test li ġej huwa miżjud ma' l-ewwel subparagrafu ta' punt 1.3:

"Fil-każ ta' trattur b'pożizzjoni riversibbli, it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq in-naħa ta' fuqnett ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fin-nofs bejn iż-żewġ punti ta' referenza tas-sedil.;"

(b) il-punti li ġejjin 2.2.11, 2.2.12 u 2.2.13 huma mdaħħlin:

"2.2.11. Fil-każ ta' trattur bil-pożizzjoni tas-sewqan riversibbli, l-ispazju ħieles għandu jkun taħlita taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ pożizzjonijiet ta' l-i steering wheel u s-sedil.

2.2.12. Fil-każ ta' trattur li jista' jkun mgħammar b'sedili mhux obbligatorji, it-testijiet għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju ħieles tal-għaqda tal-punt ta' referenza tal-postijiet għal kull għażla possibbli tas-sedili. L-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju ħieles mgħaqqad madwar il-varji punti ta' referenza tas-sedili.

2.2.13. Fejn sedil ġdid jiġi propost wara li jkun twettaq it-test, irid ikun hemm kalkolu li tiddetermina jekk l-ispazju ħieles il-ġdid madwar il-punt ta' referenza tal-post ġdid jinsab kompletament fl-ispazju ħieles diġa stabbilit. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jsir test ġdid"

--------------------------------------------------