Official Journal L 097 , 12/04/1999 P. 0033 - 0044
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/16/KE tas-16 ta' Marzu 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE dwar il-fanali ta' l-ipparkjar għal vetturi bil-mutur ta' l-ipparkjar (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ. Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Kommunita’ Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta' Gunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali ta' l-ipparkjar għal vetturi bil-muturta' l-ipparkjar [3], kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, Finlandja u Sveżja, u partikolarment l-Artikolu 10 tagħhu, (1) Billi d-Direttiva 77/540/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE rigward sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta' vetturi japplikaw għad-Direttiva 77/540/KEE; (2) Billi, partikolarment, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata kollha mehmuż magħha dokument ta' informazzjoni kif ukoll ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip bbażati fuq l-Anness VI mad-Direttiva 70/156/KEE sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip previst mid-Direttiva 77/540/KEE għandu jiġi emendat kif xieraq; (3) Billi l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tinżamm l-ekwivalenza maħsuba mill-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE), meta dawk ir-regolamenti jkunu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 77/540/KEE għandhom ikunu mibdula b'dawk tar-Regolament Nru 77 tal- UN-ECE billi ssir referenza għal xulxin; (4) Billi huwa neċessarju li jiġi assigurat illi l-ħtiġiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u fid-Direttiva tal-Kunsill 76/61/KEE [6], ħkif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/17/KE [7] jiġu mħarsa; (5) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE. ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Direttiva 77/540/KEE hi emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, paragrafu 1 hu mibdul b'li ġej: "1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal ta' l-ipparkjar li jissoddisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ta' l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi relevanti." 2. Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu hu mibdul b'li ġej: "L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta' fanal ta' l-ipparkjar li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent konformi mal-mudell muri f'L-Anness 1, Appendiċi 3." 3. L-Artikolu 4 hu mibdul b'li ġej: "L-Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’ kull approvazzjoni li huma taw, rrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva." 4. L-Artikolu 9 hu mibdul b'li ġej: "L-Artikolu 9 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km fis-siegħa u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jimxu fuq il-linji u tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli." 5. L-Annessi huma mibdula bit-test ta' l-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-publikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali ta' pubblikazzjoni ta' dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ fanali ta' l-ipparkjar: - jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura jew tip ta' fanalta’ l-ipparkjar, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew dħul fis-servizz ta' fanali ta' l-ipparkjar, basta li l-fnali ta' l-ipparkjar jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/540/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, u li, sa fejn huma konċernati vetturi, huma nstallati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE. 2. Mill-1 ta' April 2000 Stati Membri: - ma għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u - jistgħu jirrifjutaw illi jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwalunkwe tip ta' vettura għal raġunijiet relatati ma’ fanali ta' l-ipparkjar, u għal kwalunkwe tip ta' fanalta’ l-ipparkjar, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/540/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, m'humiex sodisfatti. 3. Mill-1 ta' April 2001, il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/540/KEE rigward fanali ta' l-ipparkjar bħala komponenti, kif emendata b'din id-Direttiva, għandhom jiġu applikati għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. 4. Minkejja paragrafi 2 u 3, għall-iskopijiet ta' partijiet ta' tibdil l-Istati Membri għandhom jibqgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' fanali ta' l-ipparkjar, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul tagħhom fis-servizz, skond il-verżjonijiet ta' qabel tad-Direttiva 77/540/KEE basta li dawn il-fanali ta' l-ipparkjar - huma ntenzjonati biex jiġu nstallati ma’ vetturi li diġa qed jintużaw, u - li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dik id-Direttiva li kienu japplikaw meta l-vetturi kienu l-ewwel darba reġistrati. Artikolu 3 Il-paragrafi u annessi tar-Regolament UN-ECE Nru 77, msemmi f’punt 1 ta' l-Anness II, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropei qabel l-1 ta’ April 1999. Artikolu 4 1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta' Ottubru 1999; madankollu, jekk il-publikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta' April 1999, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-publikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi, Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew jigu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeċiedu kif tali referenza tiġi adottata. 2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, 23.02.70, p. 1. [2] ĠU L 11, 16.01.99, p. 25. [3] ĠU L 220, 29.08.77, p. 83. [4] ĠU L 262, 27.09.76, p. 1. [5] ĠU L 171, 30.06.97, p. 1. [6] ĠU L 262, 27.09.76, p. 96. [7] Ara paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċċjali -------------------------------------------------- L-ANNESS " LISTA TA' L-ANNESSI L-ANNESS I: | Dispożizzjonijiet amministrattivi ghal approvazzjoni tat-tip | Appendici 1: | Dokument ta' informazzjoni | Appendici 2: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip | Appendici 3: | Mudelli tal- marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent | L-ANNESS II: | Ħtiġiet tekniċi | L-ANNESS I DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP 1. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT 1.1. — L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanalta’ l-ipparkjar għandha tiġi sottomessa mill-manifattur. 1.2. Mudell għad-dokument ta' informazzjoni hu mogħti f'Appendiċi I. 1.3. Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli biex iwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip; 1.3.1. Żewġ kampjuni, armati bil-fanal jew fanali rakkomandati; jekk il-fanali ta' l-ipparkjar huma tali li jistgħu jiġu mwaħħla biss fuq naħa waħda tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u jkunu tajba għat-twaħħil biss fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tal-vettura. 2. MARKI 2.1. IL-mezz sottomess għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandu jkollu: 2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur; 2.1.2. fil-kaz ta' fanali b'sorsi tad-dawl li jinbidlu; it-tip(i) ta' bozoz tal-filament preskritti; 2.1.3. fil-kaz ta' fanali b'sorsi tad-dawl li ma jinbidlux; il-vultaġġ jew wattage nominali, 2.2. Dawn il-marki għandhom jkunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom jiġu mwaħħla mal-wiċċ illuminati, jew fuq wieħed mill-uċuħ illuminati, tal-mezz. Huma għandhom jidhru minn barra meta l-mezz jiġi mwaħħal mal-vettura. 2.3. Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jiġi ndikat fuq it-tpinġijiet imsemmija f'Appendiċi I. 3. GĦOTI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT 3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti huma sodisfatti, approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Arikolu 4(3) u, jekk applikabbli, Arikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEEC għandha tiġi mogħtija. 3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE hu mogħti f'Appendiċi 2. 3.3. Numru ta' approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandhu jiġi mogħti għal kull tip ta' fanal ta' l-ipparkjar approvat. L-istess Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal ta' l-ipparkjar. 3.4. Fejn approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent tiġi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanalta’ l-ipparkjar u fanali oħra, numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jista’ jiġi mogħti basta li l-fanalta’ l-ipparkjar jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħra li jagħmlu parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalih approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent tkun ġiet mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih. 4. MARKA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT 4.1. B'żieda mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanalta’ l-ipparkjar li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent. 4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti minn: 4.2.1. rettangolu li jdawwar l-ittra "e" segwita b'numru jew ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip: 1 għall-Ġermanja 2 għal Franza 3 għall-Italja 4 għall-Olanda 5 għall–Isvezżja 6 għall-Belġju 9 għal Spanja 11 għar-Renju Unit 12 għall-Awstrija 13 għall-Lussemburġu 17 għall-Finlandja 18 għad-Danimarka 21 għall-Portugall 23 għall-Greċja IRL għall-Irlanda; 4.2.2. viċin tar-rettangolu "in-numru bażi ta' approvazzjoni" li jinsab fis-sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi f'L-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut biż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta' sekwenza mogħti lill-akbar emenda teknika riċenti għad-Direttiva 77/540/KEE fid-data li l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ġiet mogħtija. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza huwa 00; 4.2.3. meta fanal jarmi dawl ta' kulur ambru lejn il-quddiem u lura, il-fanal għandu jiġi mmarkat bi vleġġa li tindika l-orjentazzjoni tiegħu, bil-vleġġa turi lejn il-quddiem tal-vettura. 4.3. Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandha tiġi mwaħħla fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mill-lentijiet b'tali mod illi ma titħassarx u tkun tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali jiġu mwaħħla mal-vettura. 4.4. Eżempju tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent hu mogħti f'Appendiċi 3. 4.5. Fejn numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jinħareġ, skond il-punt 3.4 hawn fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u mezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal ta' l-ipparkjar u fanali oħra, marka waħda ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent tista’ tiġi mwaħħla, li tikkonsisti minn: 4.5.1. rettangolu mdawwar ma’l-ittra "e" segwita bin-numru jew ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara punt 4.2.1.); 4.5.2. in-numru bażi ta' approvazzjoni (ara punt 4.2.2. l-ewwel nofs-sentenza); 4.5.3. jekk żneċessarju, il-vleġġa meħtieġa, safejn tirrigwarda l-assemblaġġ tal-fanal sħiħ. 4.6. Din il-marka tista’ tiġi mqegħda kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati, basta li: 4.6.1. tkun tidher wara li l-fanali jiġu mwaħħla; 4.6.2. l-ebda komponenti li jittrassmettu d-dawl tal-fanali raggruppati,, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma fl-istess ħin titneħħa l-marka ta' approvazzjoni. 4.7. Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li tikkorrespondi ma’ kull Direttiva li skond tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent ġiet mogħtija, flimkien man-numru ta' sekwenza (ara punt 4.2.2, it-tieni nofs-sentenza) u, fejn neċessarju, l-ittra "D" u l-vleġġa meħtieġa għandhom jiġu mmarkati: 4.7.1. jew fuq il-wiċċ xieraq jitfa’ d-dawl; 4.7.2. jew fi grupp, b'tali mod illi kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar. 4.8. Il-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka ma għandhomx ikunu anqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għal marki individwali mid-diversi Direttiva li skond tagħhom l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent ġiet mogħtija. 5. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET 5.1. Fil-każ ta' modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 6.1. Bħala regola ġenerali, miżuri li jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu meħuda skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 6.2. Kull fanal ta' l-ipparkjar għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet speċifikati f'din id-Direttiva. Madanakollu, fil-każ ta' fanal ta' l-ipparkjar magħżul saltwarjament minn serje ta' produzzjoni, il-ħtiġiet għall-intensita’ minima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b'bozza tal-filament standard kif imsemmi fil-paragrafu 8 [1] għandhom jiġu limitati f'kull direzzjoni relevanti għal 80 % tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 7.1 u 7.2 [2]. Taħt l-istess kondizzjonijiet, il-valuri massimi preskritti jistgħu jiġu ssuperati b'20 %. Appendiċi I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi 2 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi 3 EŻEMPJU TAL-MARKA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT +++++ TIFF +++++ IL-mezz li għandu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent murija hawn fuq huwa fanal ta' l-ipparkjar, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Germanja (e1) skond id-Direttiva (00) taħt in-numru bażi ta' approvazzjoni 1471. L-ANNESS II ĦTIĠIET TEKNIĊI 1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 2.6 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament UN-ECE Nru 77 li jikkonsisti f'konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin: - ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) [1]. - supplimenti 1 u 2 għar-Regolament Nru 77 li jinkludu modifiki [2]. - suppliment 3 għar-Regolament Nru 77 [3], - suppliment 4 għar-Regolament Nru 77 [4]. minbarra: 1.1. Fejn hemm referenza għar-"Regolament Nru 48", din għandha tiġi mifhuma bħala "Direttiva 76/756/KEE". 1.2. Fejn hemm referenza għar-"Regolament Nru 37", din għandha tiġi mifhuma bħala "L-Anness VII tad-Direttiva 76/761/KEE." " [1] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness II ma’ din id-Direttiva. [2] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness II ma’ din id-Direttiva. [1] [2] [3] [4] TRANS/WP.29/530. --------------------------------------------------