31999L0014



Official Journal L 097 , 12/04/1999 P. 0001 - 0013


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/14/KE

tas-16 ta' Marzu 1999

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE dwar fanali taċ-ċpar ta' wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta' wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

(1) Billi d-Direttiva 77/538/KEE hija waħda mid-direttivi separati dwar il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet imwaqqfa mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE dwar sistemi, komponenti u partijiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għad-Direttiva 77/538/KEE;

(2) Billi, partikolarment, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva jkollha anness magħha dokument ta' informazzjoni kif ukoll ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip bażat fuq l-Anness VI għad-Direttiva 70/156/KEE sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tiata' kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip previst fid-Direttiva 77/538/KEE għandu għalhekk jiġi emendat;

(3) Billi l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tinżamm l-ekwivalenza maħsuba fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummisjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE), meta jiġu emendati dawk ir-regolamenti; billi bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 77/538/KEE għandhom jiġu mibdula b'dawk tar-Regolament Nru 38 tal-UN-ECE permezz ta' referenza għal xulxin;

(4) Billi huwa neċessarju illi jkun żgurat li l-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/17/KE [7], jiġu mħarsa;

(5) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/538/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara li jissoddisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi rilevanti."

2. Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

"Stati Membri għandhom, għal kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara li huma japprovaw skond l- l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent li tikkonforma mal-mudell muri f'L-Anness I, Appendiċi 3."

3. L-Artikolu 4 huwa mibdul b'li ġej:

"L-Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, dwar kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva."

4. L-Artikolu 9 huwa mibdul b'li ġej:

"L-Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fi-triq, bil-karozzerija jew mingħajra, li għandha ta' l-anqas erba' roti u veloċita' massima ddisinjata ta' aktar minn 25 km/fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jimxu fuq il-linji u ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli."

5. L-Annessi huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Diretctiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi imsemmija fl-Artikolu 3 tittardja 'l hinn mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' wara:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta' xi tip ta' vettura jew tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' fanali taċ-ċpar ta' wara,

basta li l-fanali taċ-ċpar ta' wara jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/538/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, u li, safejn huma konċernati l-vetturi, huma stallati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta' April 2000 l-Istati Membri:

- m'għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzonali

għal kull tip ta' vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw fanali taċ-ċpar ta' wara, u għal kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/538/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

3. Mill-1 ta' April 2001 il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/538/KEE dwar fanali taċ-ċpar ta' wara bħala komponenti, kif emendata minn din id-Direttiva, għandhom japplikaw għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-iskopijiet ta' partijiet tal-bdil l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal fanali taċ-ċpar ta'wara, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet ta' qabel tad-Direttiva 77/538/KEE basta li dawn il-fanali taċ-ċpar ta' wara

- huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi li diġa qed jiġu wżati, u

- jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dik id-Direttiva li kienu japplikaw meta l-vetturi ġew ireġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 38 tal-UN-ECE msemmija fil-punt I t'L-Anness II, għanhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta' April 1999.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Ottubru 1999; iżda jekk il-pubblikazzjoni tat-testi imsemmija fl-Artikolu 3 tittardja' l hinn mill-1 ta' April 1999, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja 'l hinn mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawk it-testi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠUL 42, 23.02.70, p. 1.

[2] ĠU L 11, 16.01.99, p. 25.

[3] ĠU L 220, 29.08.77, p. 60.

[4] ĠU L 262, 27.09.76, p. 1.

[5] ĠU L 171, 30.06.97, p. 1.

[6] ĠU L 262, 27.09.76, p. 96.

[7] Ara paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA' L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Dokument ta' informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 3: | Mudelli tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent |

L-ANNESS II: | Ħtiġiet tekniċi |

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għall-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

1.2. Appendiċi I jagħti mudell tad-dokument ta' informazzjoni.

1.3. Dawn li ġejjin għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Żewġ kampjuni, mgħammra bil-fanal jew fanali rakkmondati; jekk il-mezzi mhumiex identiċi iżda huma simmetriki u adegwati biex jitwaħħlu wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessji jistgħu jkunu identiċi u adegwati għall-immuntar biss fuq il-lemin jew biss fuq ix-xellug tal-vettura.

2. IMMARKAR

2.1. Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandhom ikollhom:

2.1.1. l-isem kummerżjali jew trade mark tal-manifattur;

2.1.2. fil-każ ta' fanali b'sors ta' dawl sostitwibbli: it-tip(i) ta' bozza bil-filament preskritta;

2.1.3. fil-każ ta' fanali b'sorsi ta’dawl mhux sostitwibbli: il-vultaġġ u l-wattage nominali.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikuni leġibbli u indelibbli u għandhom jitwaħħlu mal-wiċċ illuminanti, jew wieħed mill-uċuħ illuminanti, tal-mezz. Għandhom ikunu viżibbli minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu spazju suffiċjenti għall-marka ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent tat-tip. Dan l-ispazju għandu jiġi indikat fuq id-disinni msemmija f'Appendiċi I.

3. L-GĦOTI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti huma soddisfati, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk japplika, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE.

3.2. Mudell taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE hu mogħti f'Appendiċi 2.

3.3. Għandu jingħata numru ta' approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jagħti l-istess numru għal tip ieħor ta' fanal taċ-ċpar ta' wara.

3.4. komponenti tat-tip KE għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' wara u fanali oħra, numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jista' jingħata basta li l-fanal taċ-ċpar ta' wara jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalih intalbet approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jikkonforma mad-Direttiva separata li tgħodd għalih.

4. MARKA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

4.1. Minbarra l-marki msemmija fil-punt 2.1, kull fanal taċ-ċpar ta' wara li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f:

4.2.1. rettangolu li jdawwar l-ittra "e" segwit bin-numru jew ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għall-Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għall-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda;

4.2.2. viċin tar-rettangolu in-"numru ta' approvazzjoni bażi" li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta' approvazzjoni tat-tip imsemmi f'L-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ figuri li jindikaw in-numru ta' sekwenza mogħti lill-emenda teknika maġġuri l-aktar reċenti għad-Direttiva 77/538/KEE fid-data meta li l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ġiet mogħtija. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza huwa 00;

4.2.3. simbolu addizzjonali li jikkonsisti fl-ittra "F".

4.3. Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandha titwaħħal mal-lenti tal-fanal jew waħda mill-lentijiet b'tali mod li tkunx titħassar u tkun leġibbli b'mod ċar anki meta l-fanali jitwaħħlu mal-vettura.

4.4. Eżempji tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent huma mogħtija f'Appendiċi 3, Figura 1.

4.5. Fejn ikun inħareġ numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent, bħal fil-punt 3.4 fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' wara u fanali oħra, tista' titwaħħal marka ta' approvazzjoni tal- tat-tip tal-KE ta' komponent waħda, li tikkonsisti f':

4.5.1. rettangolu li jdawwar l-ittra "e" segwit bin-numru jew ittri distintitiv ta' l-Istat Membru li jkun ta' l-approvazzjoni tat-tip (ara numru 4.2.1.);

4.5.2. in-numru ta' approvazzjoni bażi (ara l-punt 4.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

4.5.3. jekk neċessarju, il-vleġġa meħtieġa, sa fejn din hi relatata mal-assemblaġġ tal-fanal sħiħ.

4.6. Din il-marka tista' tkun fejn tkun fuq il-fanali li huma raggruppati, ikkombinati jew jew reċiprokalment inkorporati, basta li:

4.6.1. hija viżibbli wara l-istallazzjoni tal-fanali;

4.6.2. l-ebda komponenti li jittrażmettu d-dawl, tal-fanali raggruppati, kkombinati jew inkorporati reċiprokalment ma jistgħu jitneħħew bla ma titneħħa fl-istess ħin il-marka ta' approvazzjoni.

4.7. Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li taħtha ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent, flimkien man-numru ta' sekwenza (ara punt 4.2.2) u, fejn neċessarju, jiġu mmarkati l-ittra "D" u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

4.7.1. jew fuq il-wiċċ li jitfa' d-dawl xieraq;

4.7.2. jew fi grupp, b'tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kkombinati jew inkorporati reċiprokalment jkun jista' jiġi identifikat b'mod ċar.

4.8. Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka m'għandhomx ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki individwali fid-Direttivi varji li taħthom ngħatat l-approvazzjoni tal- tat-tip tal-KE ta' komponent.

4.9. Fil-Figura 2 ta' Appendiċi 3 jingħataw eżempji ta' marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta'komponent għal fanal li raggruppat, kombinat jew reċiprokalment inkorporat ma' fanali oħrajn.

5. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦAL APPROVAZZJONIJIET

5.1. F' każ ta' modifiki għat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad- Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

6. KONFORMITA' TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, miżuri biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. Kull fanal taċ-ċpar ta' wara għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet fotometriċi speċifikati fil-paragrafi 6 u 9 [1]. Minkejja dan, f'każ ta' fanal taċ-ċpar ta' wara magħżul saltwarjament minn produzzjoni ta' serje, il-ħtiġiet dwar l-intensita' minima tad-dawl mitfugħ (mkejla b'fanal standard kif imsemmi fil-paragrafu 7 [2] għandhom ikunu limitati f'kull direzzjoni rilevanti għal 80 fil-mija tal-valur minimu preskritt fil-paragrafu 6 [3].

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 3

EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Figura 1

Il-mezz bil-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq huwa fanal taċ-ċpar ta’ wara, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (00) taħt in-numru ta’ approvazzjoni bażi 471.

+++++ TIFF +++++

Figura 2Immarkar simplifikat ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokalment meta żewġ fanali jew aktar huma parti mill-istess kostruzzjoni(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka ta’ approvazzjoni)MUDELL A

+++++ TIFF +++++

MUDELL B

+++++ TIFF +++++

MUDELL Ċ

Nota:

It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, il-mudelli A, B u Ċ jirrapreżentaw tliet varjanti possibbli tal-immarkar ta’ mezz ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fejn żewġ fanali jew aktar huma parti mill-istess unita ta’ fanali raggruppati, kkombinati jew inkorporati reċiprokalment. Dawn il-marki ta’ approvazzjoni juru li l-mezz ġie approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru ta’ approvazzjoni bażi 1712 u jikkonsisti f’:

Retro-riflettur tal-klassi IA approvat skond id-Direttiva 76/757/KEE, sekwenza Nru 02;

Indikatur tad-direzzjoni ta’ wara tal-kategorija 2a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, sekwenza Nru 01;

Fanal aħmar tal-pożizzjoni ta’ wara (R) approvat skond l-Anness II għad-Direttiva 76/758/KEE, sekwenza Nru 02;

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva 77/538/KEE, sekwenza Nru 00;

Fanal tar-rivers (AR) approvat skond id-Direttiva 77/539/KEE, sekwenza Nru 00;

Fanal tal-waqfien b’ żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II għad-Direttiva 76/758/KEE, sekwenza Nru 02;

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (L) approvat skond id-Direttiva 76/760/KEE, sekwenza Nru 00;

L-ANNESS II:

ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1, 5 sa 9 u l-Anness 3 tar-Regolament Nru 30 tal-UN-ECE li jikkonsisti fil-konsolidazzjoni ta' dawn id-dokumenti:

- ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) [1];

- suppliment 1 għar-Regolament Nru 38 [2];

- supplimenti 2 u 3 għar-Regolament Nru 38 li jinkludu modifiki [3];

- suppliment 4 għar-Regolament Nru 38 [4];

- suppliment 5 għar-Regolament Nru 38 [5];

ħlief li:

1.1. Fejn issir referenza għal "Regolament Nru 48", dan għandu jinftiehem bħala "Direttiva 76/756/KEE".

1.2. Fejn issir referenza għal "Regolament Nru 37", dan għandu jinftiehem bħala "L-Anness VII għad-Direttiva 76/761/KEE".

"

[1] Tad-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II għal din id- Direttiva.

[2] Tad-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II għal din id- Direttiva.

[3] Tad-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II għal din id- Direttiva.

[1]

[2]

[3]

[4]

[5] TRAD/WP.29/524

--------------------------------------------------