31999D0530



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0076 - 0076


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-14 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni 95/453/KE tniżżel kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski b’żewġ valvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea

(notifikata bid-dokument numru K(1999) 2062)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/530/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq tal-molluski b’żewġ valvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendaat bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/453/KE tat-23 t’Ottubru 1995 iniżżel kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski b’żewġ valvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li ġejjjin mir-Repubblika tal-Korea [3], jgħid li l-"Ministeru ta’ l-Affarijiet Marittimi u Sajd – l-Istazzjon Nazzjonali ta’ l-Ispezzjoni tal-Prodotti tal-Ħut (NFPIS)" tkun l-awtorita kompetenti fir-Repubblika tal-Korea biex tivverifika u tiċċertifika konformita tal-prodotti tal-ħut u ta’ l-akwakoltura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/492/KEE;

(2) Billi, wara ristruttura ta’ l-amministrazzjoni Koreana, l-awtorita kompetenti għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-prodotti tal-ħut (NFPIS) inbidlet mill-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u l-Forestrija għall-Ministeru ta’ l-Affarijiet Marittimi u Sajd u Forestrija u din l-awtorita l-ġdida hija kapaċi li tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa, għalhekk, meħtieġ li tkun modifikata n-nominazzjoni ta’ l-awtorita kompetenti msemmija mid-Deċiżjoni 95/453/KE;

(3) Billi huwa konvenjenti li jkun armoniżżat il-kliem tat-titolu tad-Deċiżjoni 95/453/KE mal-kliem ta’ l-Artikoli ta’ din id-Deċiżjoni, u partikolarment biex jikkjarifikaw li din id-Deċiżjoni tniżżel il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-molluski b’żewġ valvoli, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi friżati jew proċessati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea

(4) Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Veterinarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 95/453/KE tkun modifikata kif ġej:

1. "Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 1995 tniżżel kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, t-tunikati u l-gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea"

;

2. L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 1

Il-"Ministeru ta’ l-Affarijiet Marittimi u Sajd – l-Istazzjon Nazzjonali ta’ l-Ispezzjoni tal-Prodotti tal-Ħut (NFPIS)"; tkun l-awtorita kompetenti fir-Repubblika tal-Korea biex tivverifika u tiċċertifika li l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi jħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/492/KEE";

3. L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 2

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u maħsubha għall-konsum tal-bniedem iridu jiġu mill-postijiet awtoriżżati ta’ produzzjoni mniżżla fl-Anness li hawn mehmuż."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, l-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 264, tas-7.11.1995, p. 35.

--------------------------------------------------