31999D0528



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0068 - 0072


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-14 ta’ Lulju 1999

li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u prodotti ta’ akwakultura li joriġinaw fil-Jemen

(notifikata skond dokument numru C(1999) 2060)

(Test b’relevanza ŻEE)

(1999/528/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula kondizzjonijiet ta’ saħħa għal prodotti u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi tim ta’ esperti tal-Kummissjoni għamel żjara ta’ spezzjoni fil-Jemen biex jivverifika l-kondizzjonijiet li bihom prodotti ta’ ħut huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità;

(2) Billi d-disposizzjonijiet ta’ leġislazzjoni tal-Jemen dwar l-ispezzjoni ta’ saħħa u ħarsien ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE;

(3) Billi, fil-Jemen id-Dipartiment Tekniku dwar Kontroll tal-Kwalità tal-Ministeru tal-Ġid ta’ Ħut biex jivverifikaw b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

(4) Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta’ saħħa imsemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkollu fih wkoll it-tifsira ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi dwar il-lingwa jew lingwi li bihom dan għandu jkun abbozzat u l-grad tal-persuna li hija ntitolata li tiffirmah;

(5) Billi, skond l-artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandu jkun hemm marka fuq il-pakketti ta’ prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen kiesaħ, jew bastiment friża ta’ oriġini;

(6) Billi, skond l-artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha ssir lista ta’ stabbilimenti approvati/reġistrati, bastimenti fabbrika, jew mħażen kiesħa; billi għandha ssir lista ta’ bastimenti friża reġistrati fis-sens tad-Direttiva 92/48/KEE [3]; billi dawn il-listi għandhom isiru fuq bażi ta’ komunika mit-TDQC (i.e. Dipartiment Tekniku dwar il-Kontroll tal-Kwalità) lill-Kummissjoni; billi huwa l-obbligu tad-TDQC illi tiżgura konformità mad-disposizzjonijiet stipulati għal dak l-iskop fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

(7) Billi t-TDQC ipprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/EEC, dwar it-twettieq tal- ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stipulati minn dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti, bastimenti fabbrika, mħażen kiesħa jew bastimenti friża ta’ oriġini;

(8) Billi l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Dipartiment Tekniku dwar il-Kontroll tal-Kwalità (TDQC) tal-Ministeru tal-Ġid ta’ Ħut għandha tkun l-awtorità kompetenti fil-Jemen biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti ta’ ħut u akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti ta’ sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Jemen għandhom jikkonformaw mas-segwenti kondizzjonijiet.

1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ saħħa oriġinali numerat, mimli, iffirmat, idattat u li jikkonsisti f’folja waħda skond il-mudell fl-Anness A.

2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti mħazen, jew bastimenti ta’ friża reġistrati mniżżla fl-Anness B.

3. Salv fil-każ ta’ prodotti ta’ ħut iffriżat bil-qabda u intiżi għall-manifattura ta’ ikel priservat, il-pakketti kollha għandhom iġibu l-isem "Jemen" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħzen kiesaħ jew bastiment friża ta’ oriġini b’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Għandhom isiru ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) mill-inqas b’lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn l-ispezzjonijiet isiru.

2. Ċertifikati għandhom iġibu l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tat-TDQC u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ firem oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

I - LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Numru | Isem | Indirizz |

01-A | Coastal Fishing Corporation | Almahra |

02 | Public Corporation for Services and Fish Marketing | Aden |

03 | Burum Fishing and Marketing Co. | Alsheher |

04 | Sheher Fisheries Co. | Alsheher |

05 | Mussallam Trading Est. | Hodeida |

07 | Qataria Fish Processing Co. Ltd | Hodeida |

09 | Trust Company (Abubakar Hassan Est) | Alsheher |

II - LISTA TA’ BASTIMENTI FRIŻA REĠISTRATI

Numru | Isem | Port |

08-A | Yathrib (Fisheries Investment Co. Ltd) | Almahra |

--------------------------------------------------