31999D0503



Official Journal L 194 , 27/07/1999 P. 0058 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-1 ta' Lulju 1999

li tistabbilixxi l-ogħla limitu tal-popolazzjoni għal kull Stat Membru taħt l-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006

(notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 1771)

(1999/503/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

(1) Billi l-punt 2 ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jiddikjara li l-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali għandu l-għan li jgħin il-bidla ekonomika u soċjali ta' żoni li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet.

(2) Billi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li l-popolazzjoni taż-żoni koperti bl-Objettiv 2 ma jistgħux jaqbżu t-18 % tal-popolazzjoni totali tal-Komunità u billi l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ogħla limitu tal-popolazzjoni għal kull Stat Membru bix-xieraq, fuq il-bażi tal-popolazzjoni totali fir-reġjuni tal-Livell III tan-NUTS ta' kull Stat Membru li għandu jissodisfa l-kriterji speċifiċi għaż-żoni industrijali u rurali li jkunu għaddejjin minn bidla soċjo-ekonomika, li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 5 u 6 ta' dak l-Artikolu, u bix-xieraq, għas-severità tal-problemi strutturali fuq livell nazzjonali f’ kull Stat Membru meta mqabbel ma’ l-Istati Membri l-oħra konċernati u l-ħtieġa li jiġi żgurat li kull Stat Membru jagħmel kontribuzzjoni ġusta għall-isforz tal-konċentrazzjoni totali.

(3) Billi l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jeħtieġ li tiġi stmata is-severità tal-problemi strutturali fuq livell nazzjonali fuq il-bażi tal-qgħad totali u tal-qgħad fuq perjodu ta' żmien twil barra r-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv 1.

(4) Billi l-Artikolu 4(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li t-tnaqqis massimu fil-popolazzjoni koperta bl-Objettiv 2 ma jistax jaqbeż terz tal-popolazzjoni koperta bl-Objettivi 2 u 5(b) fl-1999, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta' l-24 ta' Ġunju 2 dwar ix-xogħlijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinament ta' l-attivitajiet tagħhom bejniethom u mal-ħidmiet tal-Bank Ewropew ta' Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 [3].

(5) Billi l-ogħla limitu tal-popolazzjoni mill-Istati Membri għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' statistiki tal-Komunità disponibbli fiż-żmien tal-Kunsill Ewropew ta' Berlin ta' l-24 u l-25 ta' Marzu 1999,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-ogħla limiti tal-popolazzjoni għal kull Stat Membru taħt l-Objettiv 2 għall-perjodu 2000 sa 2006 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Monika Wulf-mathies

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 9.

[3] ĠU L 337, ta' l-24.12.1994, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

li jistabbilixxi l-ogħla limitu tal-popolazzjoni għal kull Stat Membru taħt l-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006

Stat Membru | L-ogħla limitu tal-popolazzjoni (popolazzjoni ta'1000) |

Il-Belġju | 1269 |

Id-Danimarka | 538 |

Il-Ġermanja | 10296 |

Il-Greċja | — |

Spanja | 8809 |

Franza | 18768 |

L-Irlanda | — |

L-Italja | 7402 |

Il-Lussemburgu | 118 |

L-Olanda | 2333 |

L-Awstrija | 1995 |

Il-Portugall | — |

Il-Finlandja | 1582 |

L-Isvezja | 1223 |

Ir-Renju Unit | 13836 |

--------------------------------------------------