31999D0486



Official Journal L 190 , 23/07/1999 P. 0032 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni 94/269/KE li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Kolombja

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 1826)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(1999/486/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 ta’ din,

(1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/269/KE tat-8 t’April 1994 li jippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fil-Kolombja [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/31/KE [4], li jgħid li l-Ministerio de Salud - División de Alimentos għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Kolombja li tivverifika u tiċċertifika li l-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 91/493/KEE;

(2) Billi, wara r-ristrutturazzjoni tal-Gvern Kolombjan, l-awtorità kompetenti fejn jidħlu ċ-ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti tas-sajd inbidlet mill-Ministerio de Salud - División de Alimentos għall-Instituto Nacional de Vigilancia de Medicamentos y alimentos (Invima) u din l-awtorità ġdida hija kapaċi li tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa, għalhekk, meħtieġ li tkun modifikata n-nomina ta’ l-awtorità kompetenti msemmija mid-Deċiżjoni 94/269/KE;

(3) Billi huwa f’waqtu li jkunu armonizzati d-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 94/269/KE mad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati dan l-aħħar li jippreskrivu kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw f’pajjiżi terzi;

(4) Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/269/KE hija emendata kif ġej:

1. Artikolu 1 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

L-Istituto Nacional de Vigilancia de Medicamentos y Alimentos (Invima) għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Kolombja li tivverifika u tiċċertifika li prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. L-Artikolu 2 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fil-Kolombja jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin.

1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa oriġinali numerat, mimli kif għandu jkun, iffirmat, datat u jkun fuq folja waħda skond il-mudell fl-Anness A li hawn magħha;

2. il-prodotti jridu jiġu minn stabbilimenti approvati, vapuri fabbriki, imħażen tal-kesħa jew vapuri tal-friża rreġistrati elenkati fl-Anness B li hawn magħha;

3. minbarra fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati fi kwantità kbira u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel ippriservat, kull pakkett għandu jġib b’ittri li ma jitħassrux il-kelma ‘Kolombja’ u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vapur fabbrika, maħżen tal-kesħa, jew vapur tal-friża minn fejn oriġina."

3. L-Anness A għandu jkun sostitwit bl-Anness li hawn magħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 115, tas-6.5.1994, p. 38.

[4] ĠU L 9, tat-12.1.1996, p. 6.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------