31999D0436



Official Journal L 176 , 10/07/1999 P. 0017 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Mejju 1999

li tiddetermina, b'konformita mad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilxxi l-Komunita Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen

(1999/436/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewroprea (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"Protokoll ta' Schengen");

(1) Billi skond l-Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu tal-Protokoll ta' Schengen, l-Acquis ta' Schengen,hekk kif definit fl-Anness li jinsab mal-Protokoll għandhu, mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, japplika immedjatament għat-tlettax-il Stat Membru li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2) tal-Protokoll;

(2) Billi xejn f'din nid-Deċiżjoni ma jaffettwa il-kontinwazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet legali taħt il-Konvenzjoni tal-1990;

(3) Billi l-mandat mogħti lill-Kunsill bl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, tal-Protokoll ta' Schengen, li jiddetermina, waqt li jaġixxi unanimament u b'konformita mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen, għandu bħala wieħed mill-għanijiet l-identifikazzjoni tal-bażi legali għal xi proposti u inizjattivi futuri biex jemendaw jew jibnu fuq l-acquis ta' Schengen, li, skond l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, tal-Protokoll ta' Schengen, huma suġġetti għad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, inklużi dawk li jirregolaw il-forma ta' l-att li għandu jiġi adottat u l-proċedura għall-adozzjoni tiegħu;

(4) Billi xi disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimemta l-Ftehim ta' Schengen teħtieġ li Stati Kontraenti jintroduċu penali għall-infurzar effettiv tagħhom mingħajr, iżda, ma' tkun meħtieġa xi armonizzazzjoni ta' dawn il-penali; billi għalhekk, il-bażi legali li għandha tiġi determinata għal dawn id-disposizzjonijiet għandha tkun dik determinata għar-regoli li l-ksur tagħhom għandu jkun soġġett għal sanzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-bażi legali għal xi miżura fil-futur immirata lejn l-armonizzazzjoni tal-penali;

(5) Billi id-determinazzjoni ta' bażi legali f'konformita mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen ma taffettwax l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membru skond l-Artikolu 64 TEC u l-Artikolu 33 TEU fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-salvagwardar ta' sigurta interna;

(6) Billi id-determinazzjoni ta' bażi legali f'konformita mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen, jew id-determinazzjoni li bażi legali mhix meħtieġa għal xi disposizzjonijiet jew deċisjonijiet bħal dawk, ma jeffettwax id-dritt ta' Stati Membri li jwettqu verifiki fuq oġġetti marbuta ma' projbizzjonijiet jew deċisjonijiet elenkati mill-Istati Membri, u li huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità;

(7) Billi id-determinazzjoni ta' bażi legali f'konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen relatat b'mod partikolari mal-kondizzjonijiet għad-dħul fir-territorju ta' l-Istati Kontraenti jew għall-ħruġ ta' viżi ma jeffettwawx ir-regoli kurrenti li jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti ta' l-ivvjaġġar;

(8) Billi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tad-Danimarka huma regolati bl-Artikolu 3 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 1 sa 5 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka;

(9) Billi r-relazzjoni bejn il-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka, il-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda dwar ċerti domandi li jirrigwardaw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunita Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi li tiegħu forom varji huma preskritti għall-addozzjoni ta' u l-parteċipazzjoni fl-acquis ta' Schengen u l-iżvilupp aktar tiegħu, għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta Schengen jiġi nkorporat fl-Unjoni Ewropea;

(10) Billi l-Protokoll ta' Schengen inniffsu jipprovdi għall-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islands u r-Renju tan-Norveġja ma' l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u l-iżvilupp aktar tiegħu fuq il-bażi tal-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996;

(11) Billi l-atti adottati fuq il-bażi ta' proposta jew iniżjattiva għal aktar żvilupp tal-acquis ta' Schengen għandu jkun hemm fihom riferenza għall-Protokoll ta' Schengen, sabiex is-sigurtà legali tiġi garantita u d-disposizzjonijiet li jirrelataw mal-Protokoll ta' Schengen jistgħu jiġu applikati f'kull każ;

(12) Billi, waqt li jingħata kaz ta' l-Artikolu 134 tal-Konvenzjoni li timplimenta Schengen, l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Komunita Ewropea ma jeffettwax il-kompetenza ta' Stati Membri fir-rigward ta' l-għarfien ta' Stati u units territorjali, l-awtoritajiet tagħhom u dokumenti ta' l-ivvjaġġar u dokumenti oħrajn maħruġa minnhom,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tiddetermina bażi legali għad-disposizzjonijiet u deċisjonijiet elenkati fl-Annessi A sa D u li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen, ħlief għal dawk id-disposizzjonijiet u deċisjonijiet li għalihom il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, tal-Protokoll ta' Schengen, iddetermina li ebda bażi legali ma hija meħtieġa.

Artikolu 2

Il-bażi legali għad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda li timplimenta l-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta' verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa l-"Konvenzjoni ta' Schengen"), u l-Att Finali relatat tiegħu, għandu jiġi determinat skond l-Anness A.

Artikolu 3

Il-bażi legali tad-diversi Ftehim ta' Sħubija tal-Konvenzjoni ta' Schengen konklużi mar-Repubblika Taljana (iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża (iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), ir-Repubblika Ellenika (iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 19920, ir-Repubblika ta' l-Awstrija (iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995) u r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (iffirmat fil-Lussembrugu fid-19 ta' Diċembru 1996), u l-Atti Finali relatati tagħhom u dikjarazzjonijiet, għandhom jiġu determinati skond l-Anness B.

Artikolu 4

Il-bażi legali għad-deċisjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta' Schengen għandha tiġi determinata skond l-Anness Ċ.

Artikolu 5

Il-bażi legali għall-atti adottati għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Schengen mill-organi li fuqhom il-Kumitat Eżekuttiv ikkonferixxa setgħat għat-teħid ta' deċisjonijiet għandha tiġi determinata skond l-Anness D.

Artikolu 6

Fir-rigward ta' l-Istati membri elenkati fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, l-iskop territorjali tad-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jiffurmaw l-acquis ta' Schengen li dwarhom il-Kunsill iddetermina bażi legali fit-Titolu IV tat-Taqsima 3 tat-Trattat tal-KE fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza, tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, u l-firxa ta' applikazzjoni territorjali ta' miżuri li jestendu jew jemendaw dawk id-disposizzjonijiet u deċisjonijiet għandu jkun dak elenkat fl-Artikolu 138 tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u dak elenkat fid-disposizzjonijiet relevanti ta' l-istrumenti ta' sħubija ta' dik il-Konvenzjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffettwa il-kompetenza ta' Stati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' Stati u ta' units territorjali u passaporti, dokumenti ta' l-ivvjaġġar u identita maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 8

L-atti adottati fuq il-bażi ta' proposta jew inizjattiva għal aktar żvilupp tal-acquis ta' Schengen għandu jkun fihom referenza għall-Protokoll ta' Schengen fil-preambolu.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett minnufih. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Bulmahn

--------------------------------------------------

ANNESS A

Artikolu 2

Acquis ta' Schengen | Bażi legali ta' l-EU |

1. Ftehim bejn il-gvernijiet ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom tal-14 ta' Ġunju 1985 | Artikolu 2 Schengen Protokoll |

2. Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, l-att finali relatat u d-dikjarazzjonijiet konġunti: | |

Artikolu 1, minbarra t-tifsiriet ta' l-applikazzjoni għal rifuġju, dak li jfittex rifuġju u l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal rifuġju | It-Tifsiriet għandhom japplikaw fl-Artikoli kollha tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen mogħtija bażi legali ta' l-UE bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni |

Artikolu 2(1) | Artikolu 62(1) TEC |

Artikolu 2(2) u (3) | Artikolu 62(1) TEC, waqt li jirrispetta kollha kemm huma d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 64(1) TEC |

Artikolu 3 | Artikolu 62(2)(a) TEC, waqt li jagħraf li Id-determinazzjoni tan-natura, modalitajiet u severità tad-disposizzjonijiet tal-penali meħtiġa taħt dan l-Artikolu hija kwistjoni għall-Istati Membri |

Artikolu 4(1) sa (3) | L-Artikolu 62(2)(a) TEC, sal-limitu li dawn id-Disposizzjonijiet jittrattaw il-verifiki dwar persuni bil-għan li jiġi deċiż in-nazzjonalità/dħul u mingħajr preġudizzju għall-verifiki għal għanijiet nazzjonali ta' sigurta u verifiki għal għanijiet fiskali, fejn japplika |

Artikolu 5, ħlief għall-paragrafu (1)(e) | Artikolu 62(2)(a) TEC |

Artikolu 5(1)(e) | Artikolu 62(2)(a) TEC, waqt li jirrispetta bis-sħiħ id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 64(1) TEC u jagħraf li dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu miftiehma fid-dawl tad-dikjarazzjoni adottata mill-Konferenza Intergovernattiva tal-1996 li għandha x'taqsam ma' l-Artikolu 64(1) (ex Artikolu 73L(1)) TEC (Dikjarazzjoni Nru 19) |

Artikolu 6 | Artikolu 62(2)(a) TEC dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 4(1) sa (3) tapplika hawn wkoll |

Artikolu 7 | Artikolu 66 TEC sal-limitu li dawn id-disposizzjonijiet jittrattaw dwar verifiki fuq persuni bil-għan li jiġi deċiż dwar in-nazzjonalità/dħul u mingħajr preġudizzju għal verifiki għall-għanijiet ta' sigurtà nazzjonali u verifiki għal għanijiet fiskali, fejn japplika u sal-limitu li dawn id-disposizzjonijiet ma jikkonċernawx forom ta' koperazzjoni bejn pulizija koperti mid-disposizzjonijiet tat-Titolu III tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta |

Artikolu 8 | Artikolu 62(2)(a) TEC In-nota dwar l-Artikolu 4 (1) sa (3) tapplika wkoll f'dan il-każ |

Artikolu 9 | Artikolu 62(2)(b) TEC, waqt li jirrispetta bis-sħiħ id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 64(2) TEC |

Artikolu 10(1) u (3) | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 11 | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 12 | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 13 | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 14 | Artikolu 62(2)(b) TEC, waqt li jagħraf li r-regolu kurrenti dwar l-għarfien ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar m'humiex affettwati |

Artikolu 15 | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 16 | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 17(1), (2) u (3) punti (a) sa (f) | Artikolu 62(2)(b) TEC |

Artikolu 17(3)(g) | Artikolu 63(3) TEC |

Artikolu 18 | Artikoli 62(2) u 63(3) TEC |

Artikolu 19(1) | Artikolu 62(3) TEC |

Artikolu 19(3) u (4) | Artikolu 62(3) TEC |

Artikolu 20 | Artikolu 62(3) TEC |

Artikolu 21 | Artikolu 62(3) TEC |

Artikolu 22 | Artikolu 62(3) TEC |

Artikolu 23(1) | Artikolu 62(3) TEC |

Artikolu 23(2), (3), (4) u (5) | Artikoli 62(2) u 63(3) TEC |

Artikolu 24 | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC |

Artikolu 25 | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC |

Artikolu 26 | Artikolu 63(3) TEC, waqt li jiġi rikonoxxut li d-determinazzjoni tan-natura, modalitajiet u severità tad-disposizzjonijiet tal-penali meħtieġa taħt dan l-Artikolu hija kwistjoni għall-Istati Membri |

Artikolu 27(1) | Artikolu 63(3) TEC, waqt li jiġi rikonoxxut li d-determinazzjoni tan-natura, modalitajiet u severità tad-disposizzjonijiet tal-penali meħtieġa taħt dan l-Artikolu hija kwistjoni għall-Istati Membri |

Artikolu 27(2) u (3) | Artikoli 30(1), 31 u 34 TEC |

Artikolu 39 | Artikoli 34 u 30 TEU |

Artikolu 40 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 41 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 42 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 43 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 44 | Artikoli 34 u 30(1) TEU |

Artikolu 45 | Artikoli 34 u 30(1) TEU |

Artikolu 46 | Artikoli 34 u 30(1) TEU |

Artikolu 47 | Artikoli 34 u 30(1) TEU |

Artikolu 48 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 49 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 50 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 51 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 52 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 53 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 54 | Artikoli 34 u 31 TEU |

Artikolu 55 | Artikoli 34 u 31 TEU |

Artikolu 56 | Artikoli 34 u 31 TEU |

Artikolu 57 | Artikoli 34 u 31 TEU |

Artikolu 58 | Artikoli 34 u 31 TEU |

Artikolu 59 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 61 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 62 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 63 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 64 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 65 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 66 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 67 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 68 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 69 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Artikolu 71 | Artikoli 34 u 30 u 31 TEU |

Artikolu 72 | Artikoli 34 u 31 TEU |

Artikolu 73 | Artikoli 34 u 30(1) u 31 TEU |

Artikolu 75 | Artikolu 95 TEC |

Artikolu 76 | L-Artikolu 95 u 152 TEC, sal-limitu li dawn dawn id-disposizzjonijiet jitrattaw biss ma miżuri relatati ma kummerċ leċitu fi drogi kontrollati li għandhom bħala l-għan tagħhom l-iffunzjonar tas-suq intern; u, b'rispett debitu għall-kompetenzi ta' Stati Membri, Artikoli 30(1)(a) u 34 TEU, sal-punt li dawn id-disposizzjonijiet jittrattaw dwar l-elementi ta'kontroll jew reġimi ta' infurzar ta' l-Istati Membri għal droga leċita jew illeċita |

Artikolu 82 | Artikolu 95 TEC |

Artikolu 91 | Artikolu 95 TEC |

Artikolu 92 sa 119 | P. M. |

Artikolu 126(1), (2) | Artikoli 30(1) u 34 TEU |

Artikolu 126(3) | Artikoli 30(1) u 34 TEU u l-Artikolu 95 TEC, sal-sal-limiti tagħhom fejn jikkonċernaw data personali impartat bis-saħħa tad-disposizzjoniet ta' l-Artikoli 16 u 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew fuq il-bazi ta' Struzzjonijiet Komuni Konsulari |

Artikolu 126(4) | Artikoli 30(1) u 34 TEU |

Artikolu 127 | Artikoli 30(1) u 34 TEU u l-Artikolu 95 TEC; fir-rigward ta' l-Artikolu 127(1) sal-limitu li dwaru l-Istati Membru konċernati, id-Direttiva 95/46/KEE s'issa għadha ma tapplikax għall-ipproċessar ta' data personali data miżmuma f'sistemi ta' filing manwali; minbarra dan, id-dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 126(3)(a)(d) u (f) tapplika |

Artikolu 128(1) u (3) | Artikoli 30(1) u 34 TEU |

Artikolu 128(2) | Artikoli 30(1) u 34 TEU u l-Artikolu 95 TEC |

Artikolu 129 | Artikoli 30(1) u 34 TEU |

Artikolu 130 | Artikoli 30(1) u 34 TEU |

Artikolu 136 | Article 62(2) TEC (waqt li jittieħed kont tal-Protokoll Anness mat-TEC taħt it-Trattat ta' Amsterdam Dwra ir-Relazzjonijiet Esterni ta' l-Istati Membri fir-Rigward il-Qsim ta Fruntieri esterni) |

Att Finali Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Att Finali Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 30, 31 u 34 TEU |

--------------------------------------------------

ANNESS B

Artikolu 3

Acquis ta' Schengen | Bażi legali ta' l-UE |

Il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar is-Sħubija tar-Repubbilka Taljana għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, l-Att Finali tagħha u d-Dikjarazzjonijiet relatati: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Taqsima II, dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Dikjarazzjoni komuni dwar l-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim ta' Sħubija | Artikolu 32 TEU |

Il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar is-Sħubijatar-Renju ta' Spanja għall-Konvenzjoni, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali Ġermaniża u r-Repubblika Fraċiża, li għalih ir-Reppublika Taljana kienet aċċediet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Taqsima II, dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Taqsima III, dikjarazzjoni 2 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar is-Sħubija tar-Repubblika Portugiża għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali Ġermaniża u r-Repubblika Fraċiża, li għalih ir-Reppublika Taljana kienet aċċediet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u Artikoli 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 5 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 6 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Taqsima III, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 62(3) TEU |

Il-Ftehim iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1990, dwar is-Sħubija tar-Repubblika Griega għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li għalih ir-Repubblika Talajana aċċediet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u r-Repubblika Portugiża u r-Renju ta' Spanja aċċeda taħt il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil25 ta' Ġunju 1991, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 5 | Artikoli 34 u 31(a) TEU |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Taqsima III, Dikjarazzjoni 2 | Artikolu 31(a) TEU |

Il-Ftehim, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995, dwar is-Sħubija tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li għalih aċċedew ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika taħt il-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, il-25 ta' Ġunju 1992 rispettivament u l-Att Finali tiegħu. | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Taqsima II, dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Il-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar is-Sħubija tar-Renju tad-Danimarka għall-Konvenzjoni li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fyq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 5(2) | Artikolu 2(1) Schengen Protokoll |

Artikolu 6 | Artikolu 2(1) tal-Protokoll ta' Schengen |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Il-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar is-Sħubija tar-Renju tal-Finlandja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Fianli tiegħu u d-dikjarazzjoni relatata: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 5 | Artikolu 2(1) Schengen Protokoll |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Il-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar is-Sħubija tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Fianli tiegħu u d-dikjarazzjoni relatata: | |

Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU |

Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

Artikolu 5 | Artikolu 2(1) Schengen Protokoll |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) |

Taqsima II, Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU |

--------------------------------------------------

ANNESS C

Artikolu 4

KLASSIFIKA TAD-DEĊISJONIJIET U DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMITAT EŻEKUTTIV

Deċisjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv

Deċiżjoni | Suġġett | Bażi legali ta' l-EU |

SCH/Com-ex (93) 10 14.12.1993 | Konferma tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat tad-19 ta' Ġunju 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 dwar li jinġieb fis-seħħ | Artikolu 2(2) tal-Protokoll ta' Schengen flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen sa fejn dikjarazzjoni ma saritx superfluwi minħabba ż-żmien jew ġrajjiet |

SCH/Com-ex (93) 14 14.12.1993 | Titjib ta' koperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet ġudizzjali li jikkumbattu t-traffikar tad-droga | Artikoli 31(a), 34 TEU |

SCH/Com-ex (93) 16 14.12.1993 | Regolamenti Finanzjarji dwar l-istallazzjoni U l-ispejjes operattivi tax-Schengen C.SIS | għar-rekord |

SCH/Com-ex (93) 21 14.12.1993 | Li testendi l-viża uniformi | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (93) 22 Rev 14.12.1993 | Natura konfidenzjali ta' ċerti dokumenti | Artikolu 207 TEC, Artikolu 41 TEU |

SCH/Com-ex (93) 24 14.12.1993 | Proċeduri komuni għall-ikkanċellar irtirar jew tqassir tat-tul tal-viża uniformi | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (94) 1 Rev 2 26.4.1994 | Miżuri ta' aġġustament immirati li jneħħu l-ostakoli u r-restrizzjonijiet fuq il-kurrenti ta' traffiku f'punti ta' qsim ta' toroq tal-fruntiera fi fruntieri interni | Artikolu 62(1) TEC |

SCH/Com-ex (94) 2 26.4.1994 | Ħruġ ta' viżi uniformi fil-fruntieri | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (94) 15 Rev 21.11.1994 | Introduzzjoni ta' proċedura komputerizzata għal konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali li għaliha jipprovdi l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (94) 16 Rev 21.11.1994 | Akkwist ta' timbri komuni ta' dħul u ħruġ | Artikolu 62(2) TEC |

SCH/Com-ex (94) 17 Rev 4 22.12.1994 | Introduzzjoni u applikazzjoni tas-sistema Schengen f'ajruporti u ajrudromi | Artikolu 62(2)(a) TEC |

SCH/Com-ex (94) 25 22.12.1994 | Bdil ta' tagħrifstatistiku dwar il-ħruġ ta' viżi | Artikolu 62(2)(b) flimkien ma' l-Artikolu 66 TEC |

SCH/Com-ex (94) 28 Rev 22.12.1994 | Ċertifikati li għalihom jipprovdi l-Artikolu 75 Għat-trasportazzjoni ta' droga u/jew Sustanzi psikotropiċi | Artikolu 95 TEC |

SCH/Com-ex (94) 29 Rev 2 22.12.1994 | Tiġjib fis-seħħ tal-Konvenzjoni Li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tad-19 Ġunju 1990 | Artikolu 62(1) waqt li jittieħed in konsiderazzjoni l-Artikolu 64(1) TEC |

SCH/Com-ex (95) 1 Rev (Punt Nru 8) | Politika ta' viża komuni | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (95) 20 Rev 2 20.12.1995 | Approvazzjoni tad-dokument SCH/I (95) 40 Rev 6 dwar il-proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen | Artikolu 62(1) TEC |

SCH/Com-ex (95) 21 20.12.1995 | Bdil ta' malajr bejn l-Istati Schengen ta' tagħrif statistiku u tanġibbli dwar nuqqas ta' funzjonament possibbli fil-fruntieri esterni | Artikolu 66 TEC |

SCH/Com-ex (96) 13 Rev 27.6.1996 | Prinċipji għall-ħruġ ta' viżi Schengen skond l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen | Artikolu 62(2)(b) TEC, għall-kwistjonijiet mhux koperti bl-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni li timplimenta |

SCH/Com-ex (96) 27 19.12.1996 | Ħruġ ta' viżi fuq il-fruntieri lill-baħħara ta' passaġġ | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (97) 2 Rev 2 25.4.1997 | Għoti b-offerta għall-istudju preliminari tas-SIS II | għar-rekord |

SCH/Com-ex (97) 6 Rev 2 24.6.1997 | Manwal Schengen dwar koperazzjoni bejn korpi tal-Pulizija fil-kamp ta' l-ordni pubbliku u sigurtà | Artikolu 30(1) TEU |

SCH/Com-ex (97) 18 7.10.1997 | Kontribuzzjoni min-Norveġja u l-Islanda għall-ispejjez operattivi tas-C.SIS | għar-rekord |

SCH/Com-ex (97) 24 7.10.1997 | Futur tas-SIS | għar-rekord |

SCH/Com-ex (97) 29 Rev 2 7.10.1997 | Tiġjib fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen fil-Greċja | Artikolu 2(2) Schengen Protokoll |

SCH/Com-ex (97) 32 15.12.1997 | Armonizzazzjoni tal-politika tal-viżi | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (97) 34 Rev 15.12.1997 | Implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta dwar format uniformi ta' permessi ta' residenza | Artikolu 63(3)(a) TEC |

SCH/Com-ex (97) 35 15.12.1997 | Emenda għar-Regolamenti Finanzjarji tas-C.SIS | għar-rekord |

SCH/Com-ex (97) 39 Rev 15.12.1997 | Prinċipji li jiggwidaw għall-mezzi ta' prova u xhieda indikattiva fil-qafas ta' dħul mill-ġdid bejn l-Istati Schengen | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC |

SCH/Com-ex (98) 1 , 2 Rev 21.4.1998 | Rapporti ta' l-attivitajiet tat-task force | Artikolu 62(2)(a) TEC |

SCH/Com-ex (98) 10 21.4.1998 | Koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fir-ritorn ta' aljeni bl-ajru | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC |

SCH/Com-ex (98) 11 21.4.1998 | C.SIS b'konnessjonijiet 15/18 | għar-rekord |

SCH/Com-ex (98) 12 21.4.1998 | Bdil f'livell lokali ta' statistika dwar viżi | Artikolu 62(2)(b) TEC |

SCH/Com-ex (98) 17 23.6.1998 | Natura konfidenzjali ta' ċerti dokumenti | Artikolu 41 TEU, Artikolu 207 TEC |

SCH/Com-ex (98) 18 Rev 23.6.1998 | Miżuri li għandhom jittieħdu dwar pajjiżi li joħolqu problemi fir-rigward ta' ħruġ ta' dokumenti meħtieġa biex jitneħħew iċ-ċittadini tagħhom mit-territorju Schengen DĦUL MILL-ĠDID - VIŻI | Artikolu 62(3) TEC |

SCH/Com-ex (98) 19 23.6.1998 | Monaco VIŻI - FRUNTIERI ESTERNI - SIS | Artikolu 62(3) TEC |

SCH/Com-ex (98) 21 23.6.1998 | Timbrar ta' passaporti ta' applikanti għal viżi VIŻI | Artikolu 62(2)(b) TEC, b'kura debita għall-Artikolu 64(2) TEC |

SCH/Com-ex (98) 26 def 16.9.1998 | Twaqqif tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni li timplimenta x-Schengen | Artikolu 66 TEC, Artikoli 30, 31 TEU |

SCH/Com-ex (98) 29 Rev 23.6.1998 | Klawsola catch-all biex tkopri l-acquis tekniku kollu Schengen | għar-rekord |

SCH/Com-ex (98) 35 Rev 2 16.9.1998 | Il-Manwal Komuni jintbagħat lill-Istati Applikanti tal-UE | Artikolu 41 TEU, Artikolu 207 TEC |

SCH/Com-ex (98) 37 def 2 16.9.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali | Artikolu 62, 63 TEC, Artikolu 30 TEU |

SCH/Com-ex (98) 43 Rev 16.12.1998 | Kumitat ad hoc għall-Greċja | Artikolu 2 flimkien ma' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Schengen |

SCH/Com-ex (98) 49 Rev 3 16.12.1998 | It-tiġjib tal-Konvenzjoni li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen fis-seħħ fil-Greċja | Artikolu 2 flimkien ma' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Schengen |

SCH/Com-ex (98) 51 Rev 3 16.12.1998 | Koperazzjoni bejn korpi tal-pulizija fil-qsim tal-fruntieri fl-erja tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-kxif meta mitluba | Artikolu 30 TEU |

SCH/Com-ex (98) 52 16.12.1998 | Ktejjeb dwar il-koperazzjoni tal-pulizija fil-qsim tal-fruntieri | Artikolu 30 TEU |

SCH/Com-ex (98) 53 Rev 2 16.12.1998 | Armonizzazzjoni dwar il-politika ta' abolizzjoni ta' viżi tal-listi ġriżi | Artikolu 62(2)(b) TEC, b'kura debita għall-Artikolu 64(2) TEC |

SCH/Com-ex (98) 56 16.12.1998 | Manwal ta' dokumenti li miegħu tista' titwaħħal il-viża | Artikolu 62(2)(b) ii TEC |

SCH/Com-ex (98) 57 16.12.1998 | Introduzzjoni ta' forma armonizzata għall-inviti, xhieda ta' akkommodazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet ta' sostenn ta' manteniment | Artikolu 62(2)(b) TEC, b'kura debita għall-Artikolu 64(2) TEC |

SCH/Com-ex (98) 59 Rev 16.12.1998 | Tqassim kordinat ta' esperti tad-dokumenti | Artikolu 62(2)(b) TEC, Artikolu 63(3) TEC |

SCH/Com-ex (99) 3 28.4.1999 | Budget għall-Help Desk għall-1999 | għar-rekord |

SCH/Com-ex (99) 4 28.4.1999 | Spejjeż ta' l-istallazzjoni C.SIS | għar-rekord |

SCH/Com-ex (99) 5 28.4.1999 | Manwal SIRENE | għar-rekord |

SCH/Com-ex (99) 6 28.4.1999 | Sitwazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet | Artikolu 30 TEU |

SCH/Com-ex (99) 7 Rev 2 28.4.1999 | Uffiċċjali li jikkordinaw | Artikolu 30 TEU |

SCH/Com-ex (99) 8 Rev 2 28.4.1999 | Ħlasijiet lil dawk li jinfurmaw | Artikolu 30 TEU |

SCH/Com-ex (99) 10 28.4.1999 | Kummerċ illegali fl-armi | Artikolu 95 TEC |

SCH/Com-ex (99) 11 Rev 2 28.4.1999 | Ftehim ta' koperazzjoni fil-proċeduri ta' reati ta' traffiku fit-toroq | Artikolu 31 TEU |

SCH/Com-ex (99) 13 28.4.1999 | Irtirar ta' verżjonijiet qodma tal-Manwal Komuni u l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-addozzjoni ta' verżjonijiet ġodda | Artikoli 62, 63 TEC |

SCH/Com-ex (99) 14 28.4.1999 | Manwal ta' dokumenti li fuqu tista' titwaħħal viża | Artikolu 62 TEC |

SCH/Com-ex (99) 18 28.4.1999 | Titjib fil-koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u kxif ta' reati | Artikolu 30 TEU |

Dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv

Dikjarazzjoni | Suġġett | Bażi legali ta' l-EU |

SCH/Com-ex (96) Decl 5 18.4.1996 | Determinazzjoni tal-kunċett ta' aljen ta' pajjiż terz | għar-rekord |

SCH/Com-ex (96) Decl 6 Rev 2 26.6.1996 | Dikjarazzjoni dwar estradizzjoni | Article 31(b) TEU flimkien ma' l-Artikolu 34 TEU |

SCH/Com-ex (97) Decl 13 Rev 2 21.4.1998 | Ħtif ta' minuri | Artikolu 31(a), 34 TEU |

SCH/Com-ex (99) Decl 2 Rev 28.4.1999 | Struttura SIS | għar-rekord |

--------------------------------------------------

ANNESS D

Artikolu 5

DEĊISJONIJIET TAL-GRUPP ĊENTRALI

Dikjarazzjoni | Suġġett | Bażi legali ta' l-EU |

SCH/C (98) 117 27.10.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali | Artikolu 62, 63 TEC, Artikolu 30 TEU |

SCH/C (99) 25 22.3.1999 | Prinċipji ġenerali għar-remunerazzjoni ta' informanti u infiltraturi | Artikolu 30 TEU |

--------------------------------------------------