31999D0402



Official Journal L 151 , 18/06/1999 P. 0031 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Mejju 1999

li temenda d-deċiżjoni 94/448/KE li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fi New Zealand

(innotifikata fid-dokument numru C(1999) 1404)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/402/KE)

L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti mis-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE tal-20 ta’ Ġunju 1994 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fin-New Zealand, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 96/254/KE [3], jiddikjara illi l-Ministeru tal-Agrikoltura u s-Sajd (MAS) għandu jkun l-awtorità kompetenti fin-New Zealand sabiex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KE;

(2) Billi, wara ristrutturazzjoni tal-Gvern tan-New Zealand, l-awtorità kompetenti taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-prodotti mis-sajd (MAS) inbidlet mill-Ministeru tal-Agrikolutra u s-Sajd għal Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija; u billi din l-awtorità l-ġdida hija kapaċi tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi mmodifikata n-nomina ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 94/448/KE;

(3) Billi huwa konvenjenti li l-mod tal-kliem tad-Deċiżjoni 94/448/KE jiġi armonizzat mal-mod tal-kliem tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġew adottatidan l-aħħar u li tipprovdi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi;

(4) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 94/448/KE għandha tiġi mmodifikata kif ġej:

1. Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b’ dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-"Ministeru ta’ l-Agrikoltura u l-Forestrija (MAF)" huwa l-awtorità kompetenti fin-New Zealand sabiex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti mis-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Il-prodotti mis-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fin-New Zealand għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna trid tiġi akkumpanjata b’ċertifikat tas-saħħa oriġinali u nnumerat, mimli kif mistħoqq, iffirmat u ddatat f’paġna waħda skond il-mudell fl-Anness A ta’ ma’ hawn;

2. il-prodotti jridu jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbriki, imħażen tal-friża jew bastimenti refriġeraturi rreġistrati, elenkati fl-Anness B;

3. għajr fil-każ ta’ prodotti mis-sajd iffriżati bil-massa u li huma maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta’ l-ikel ippriservat, il-pakkeġġi kollha jridu jġorru l-isem "NEW ZEALND" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment refriġeratur ta’ l-oriġini miktuba b’ittri li ma jitħassrux."

3. Anness A jiġi mibdul bl-Anness ta’ ma; hawn.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 86, ta’ l-4.4.1996, p. 75.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------