31998R1659



Official Journal L 213 , 30/07/1998 P. 0006 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/98

tas-17 ta' Lulju 1998

dwar il-koperazzjoni deċentralizzata

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej,speċjalment l-Artikolu 130w li joħroġ minnu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Jaġixxi skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 189c tat-Trattat [2],

billi l-koperazzjoni deċentralizzata hija approċċ ġdid lejn il-koperazzjoni fl-iżvilpp li titfa' l-aġenti fil-fulkru ta' l-implimentazzjoni u b'hekk tfittex li tilħaq l-għanijiet;

billi l-importanza ta' approċċ deċentralizzat ġie enfasizzat fir-raba' Konvenzjoni ACP-KE, Regolament tal-Kunsill Nru 443/92 tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-assistenza finanzjarja u teknika lil, u koperazzjoni ekonomika ma', pajjiżi fl-Asja u l-Amerika Latina li qegħdin jiżviluppaw [3], u r-Risoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 1991 fuq il-koperazzjoni ma' l-NGOs u f'Risoluzzjonijiet varji li għamel il-Parlament Ewropew;

billi l-awtorità tal-bàġit iddeċidiet li tinkludi, Intestatura biex tippromwovi dan l-approċċ fil-pajjiżi kollha li għadhom qed jiżviluppaw, fil-bàġit ta' 1992;

billi l-ammont finanzjarju referenzali,fis-sens ta' punt 2 tad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 1995 fuq l-inkorporazzjoni ta' proviżjonijiet finanzjarji f'atti leġiżlattivi [4] huwa nkluż f'dan ir-Regolament għall-perijodu 1999 sa l-2001,mingħajr ma jaffetwa l-poteri ta' l-awtorità tal-bàġit kif definiti mit-Tarattat;

billi l-koperazzjoni deċentralizzata hija ntiża biex tgħin iġġib bidla fil-proċeduri a lungo termine ta' l-Unjoni fuq koperazzjoni fl-iżvilupp;

billi l-koperazzjoni deċentralizzata tagħti kontribut importanti biex jintlaħqu l-oġġettivi tal-politika tal-koperazzjoni fl-iżvilupp kif imniżżla fl-Artikolu 130u tat-Trattat;

billi l-proċeduri amministrattivi għandhom jitwaqqfu skond dak li ntqal,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tappoġġa operazzjonijiet u inizzjattivi fuq żvillup sostenibbli magħmula minn aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzati tal-Komunità u tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw speċjalment dawk imfassla biex jppromwovu:

- approċċ iżjed parteċipattiv lejn l-iżvillup,li jagħti widen għal bżonnijiet u inizzjattivi tal-popolazzjonijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw,

- kontibuzzjoni għad-diversifikazzjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u d-demokrazija fil-pajjiżi konċernati,

- il-mobilizzazzjoni ta' l-aġenti ta' koperazzjoni deċentralizzati fl-Unjoni u fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jintlaħqu dawn l-għanijiet fil-programmi strutturati.

Il-pajjiżi kollha li għadhom qed jiżviluppaw għandhom ikunu eliġibbli għall-operazzjonijiet li jippromwovu koperazzjoni deċentralizzata.

Artikolu 2

L-oqsma tal-prijoritajiet għall-operazzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu;

- l-iżvilupp ta' risorsi umani u tekniċi u l-iżvilupp lokali u rurali jew urban soċjali fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw,

- l-informazzjoni, u l-mobilizzazzjoni ta' aġenti ta' koperazzjoni deċentralizzati,

- appoġġ biex jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali ta' dawn l-aġenti u l-kapaċità tagħhom biex ikunu jistgħu jaġixxu,

- back-up metodoloġiku u follow-up għall-operazzjonijiet.

Artikolu 3

Il-partners koperattivi li huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzati fil-Komunità jew fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jiġifieri: awtoritajiet lokali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjoniiet lokali tal-kummerċ u gruppi ta' Ċittadini lokali, koperattivi, għaqdiet tal-kummerċ, organizzazzjonijiet ta' nisa u żgħażagħ, istituzzjonijiet ta' tagħlim u riċerka, knejjes u kull organizzazzjoni mhux governattiva li tgħin biex tkattar l-iżvilupp.

Artikolu 4

1. Il-finanzjament mingħand il-Komunità għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikopru perijodu ta' tlitt snin (1999 sa l-2001).

L-ammont finanzjarju referenzali għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu ta' bejn l-1999 u l-2001 għandu jkun dak ta' 18 il-miljun EKU.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-bàġit fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

2. L-awtorità tal-bàġit għandha tistabbilixxi l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-kull sena finanzjarja,wara li jitqiesu l-prinċipji sodi tal-amministrazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju li huwa applikabbli għall-bàġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

1. L-għodda li għandhom jintużaw tul il-kors ta' l-operazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu studji, assistenza teknika,trejning u servizzi oħra,provvisti u xogħolijiet,flimkien ma' verifiki u evalwazzjonijiet u missjonijiet ta' moniteraġġ.

2. Il-finanzjament mingħand il-Komunità għandu jkopri kemm l-ispejjeż ta' l-investiment (ħlief ix-xiri ta' bini) u,billi l-proġett għandu jekk jista' jkun jilħaq vijabbilità fi żminijiet medji,l-ispejjes rikorrenti (inklużi dawk ta' amministrazzjoni,manutenzjoni u spejjeż operattivi).

3. Xi tip ta' kontribuzzjoni mill-partners definiti fl-Artikolu 3 għandha tintalab għall-kull operazzjoni koperattiva. Il-kontribuzzjoni li tintalab għandha tqies il-mezzi tal-pajjiż konċernat u n-natura ta' l-operazzjoni konċernata.

4. Jistgħu jitfittxu opportunitajiet biex il-proġetti jiġu finanzjati ma' provdituri oħra ta' finanzi, speċjalment Stati Membri oħra.

5. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' koerenza u komplimentarjetà stabbiliti fit-Trattat bl-għan li tintlaħaq effiċenza ottimali f'dawn l-operazzjonijiet,il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri ta' kordinazzjoni neċessarji kollha,inklużi:

(a) li tiġi stabbilita sistema għal skambju sistematiku u analiżi ta' informazzjoni fuq operazzjoijiet, li huma finanzjati jew li huma previsti li jkunu finanzjati mill-Komunità u l-Istati Membri;

(b) kordinazzjoni immedjata ta' dawn l-operazzjonijiet permezz ta' laqgħat regolari u skambju ta' informazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-pajjiż benefiċarju.

Artikolu 6

Taħt dan ir-Regolament l-appoġġ finanzjarju għandu jkun fil-forma ta' għotjiet.

Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta,tiddeċiedi u tamministra l-operazzjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament skond il-bàġit u proċeduri oħra li jkunu fis-seħħ,speċjalment dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju tal-bàġit generali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Deċiżjonijiet fuq għotjiet ta' ‘l fuq minn miljun EKU għall-operazzjonijiet finanzjarji individwali/singoli taħt dan ir-Regolament u kull emenda li tinvolvi żieda ta' ‘l fuq minn 20 % fl-ammont li ġie approvat inizzjalment għall-operazzjoni speċifika għandhom jittieħdu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

3. Il-valutazzjoni ta' proġetti u programmi għadha tqies dawn il-fatturi li ġejjin:

- L-effetività u vijabbilità ta' l-operazzjonijiet,

- l-aspetti kulturali u soċjali,aspetti relatati ma', opportunitajiet ugwali għall-irġiel u għan-nisa,u l-ambjent,

- l-iżvilupp istituzzjonali neċessarju biex jintlaħqu l-oġġettivi ta' l-operazzjonijiet,

- l-esperjenza miksuba minn operazzjonijiet ta' l-istess tip.

4. Kull ftehim finanzjarji jew kuntratti konklużi taħt dan ir-Regolament għandhom jippermettu l-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri jagħmlu kontrolli immedjati skond il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni taħt ir-regoli li jkunu fis-seħħ,speċjalment dawk fir-Raegolament Finanzjarju applikabbli għall-bàġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

5. Parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt u l-għotja ta' kuntratti għandha tkun miftuħa fuq termini ta' ugwaljanza għall-kull persuna naturali u legali ta' l-Istati Membri u tal-pajjiż benefiċarju. Tista' tkun estiża għal pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw u,f'każi eċċezzjonali li huma kompletament ġustifikati,għal pajjiżi terzi.

6. Il-provvisti għandhom jiġu mill-Istati Membri,il-pajjiż benefiċarju jew pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw.u.F'każi eċċezzjonali u ġġustifikati l-provvisti jistgħu jiġu mingħand pajjiżi terzi.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat kompetenti għall-iżvilupp,li jkun determinat ġeografikament.

2. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni ghandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-mizuri li jridu jittiehdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista' jiddeċiedi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza msemmija fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun jeħtieġlu jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna fil-manjiera stabbilita f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri previsti li għandhom jgħoddu minnufih.

(b) Iżda, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom minnufih jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F'dak il-każ:

- il-Kummissjoni għandha tiddeferixxi l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri li tkun iddeċidiet fuqhom għall-perijodu ta' xahar mill-komunikazzjoni msemmija hawn fuq;

- il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi altrimenti sal-limitu ta' żmien msemmi fl-ewwel inċiż.

Artikolu 9

Il-Kumitat msemmi fl-Artikolu 8 għandu jiltaqa' darba fis-sena biex jiddiskuti l-linji ġenerali presentati mir-rappreżentant tal-Kummissjoni għall-operazzjonijiet tas-sena segwenti.

Artikolu 10

Wara kull budget year,il-Kummissjoni għandha tagħti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,li jinkludi sommarju ta' l-operazzjonijiet finanzjarji ta' dik is-sena u li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul l-istess żmien.

Ir-rapport annwali għandu jagħti dettalji fuq l-aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzata li magħhom ġew magħmula l-appalti.

Kull tlett xhur il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri fuq l-operazzjonijiet approvati,billi tagħti dikjarazzjoni fuq il-flus li ntnefqu fuqhom,fuq in-natura ta' l-operazzjonijiet,fuq il-pajjiż benefiċarju u l-partners.Ma' din l-informazzjoni għandu jkun hemm L-ANNESS 1 mehmuż li jispeċifika l-proġetti u l-programmi li jaqbżu l-limitu ta' miljun EKU.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tagħmel stimi regolari ta' l-operazzjonijiet finanzjati mill-Komunità sabiex tistabbilixxi jekk l-għanijiet proġettati minn dawn l-operazzjonijiet intlaħqux u sabiex tagħti indikazzjonijiet fuq kif operazzjonijiet futuri jistgħu ikunu iżjed effettivi.Il-Kummissjoni għandha tagħti sommarju tal-valutazzjonijiet mwettqa minnha lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 8.Il-Kumitat jista' jeżamina dan is-sommarju fejn hemm bżonn.Dawn ir-rapporti ta' stima għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 12

Sa l-għeluq tas-sena 2000,il-Kummissjoni għandha tagħti,valutazzjoni komplessiva ta' l-operazzjonijiet finanzjarji li ġew finanzjati mill-Komunità taħt dan ir-Regolament flimkien ma' suġġerimenti fuq il-futur ta' dan ir-Regolament,lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd sal-31 ta' Diċembru 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 July 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Ruttensdorfer

[1] ĠU C 250, 26.09.95, p. 13.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew mwassla fil-15 ta' Diċembru 1995 (ĠU C 17, tat-22.1.1996, p. 460). Kunsill Common Position of 5 Novembru 1997 (ĠU C 43, tad-9.2.1998) and DEĊIŻJONI Nru tal-Parlament Ewropew ta' l-1 April 1998 (ĠU C 138, ta' l-4.5.1998).

[3] ĠU L 52, 27.02.92, p. 1.

[4] ĠU L 102, 04.04.96, p. 4.

--------------------------------------------------