31998L0023



Official Journal L 131 , 05/05/1998 P. 0010 - 0010


Id-Direttiva Tal-Kunsill 98/23/KE

tas-7 ta' April 1998

li testendi d-Direttiva 97/81/KE dwar il-ftehim strutturali fuq ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, CEEP u L-ETUC lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-Ftehim dwar il-Politika Soċjali anness mal-Protokoll (Nru 14) dwar il-Politika Soċjali anness mat-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu, applika d-Direttiva 97/81/KE [3]; billi, bħala riżultat, din id-Direttiva ma tapplikax għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq;

Billi l-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam li sar fis-16 u fis-17 ta' Ġunju 1997, innota b'approvazzjoni il-ftehim tal-Konferenza Intergovernattiva li jinkorpora il-ftehim fuq il-Politika Socjali fit-Trattat tal-KE; billi indika li kellu jinstab mezz sabiex jagħti effett legali lix-xewqa tar-Renju Unit li jiġu aċċettati d-Direttivi diġà adottati fuq il-bażi ta' dak il-ftehim u dawk li jistgħu jiġu adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-trattat il-ġdid;

Billi fil-Kunsill tal-24 ta' Lulju 1997, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li iġibu fis-seħħ il-konklużjonijiet adottati fil-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam; billi huma ftiehmu wkoll li japplikaw l-istess proċeduri, mutatis mutandis, għad-Direttivi futuri adottati fuq il-bażi tal-ftehim dwar il-Politika Soċjali; billi din id-Direttiva tipprova tilħaq l-iskop tagħha billi testendi id-Direttiva 97/81/KE għar-Renju Unit;

Billi l-fatt li d-Direttiva 97/81/KE mhijiex applikabbli għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq jaffettwa direttament il-funzjoni tas-suq intern; billi l-implimentazzjoni tal-ftehim strutturali anness mad-Direttiva msemmija, u partikolarment il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u full-time fl-Istati Membri kollha, ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern;

Billi l-adozzjoni ta' din id-Direttiva tagħmel id-Direttiva 97/81/KE applikabbli għar-Renju Unit; billi, mid-data li fiha din id-Direttiva tibda isseħħ, il-kliem "l-Istati Membri" fid-Direttiva 97/81/KE għandhom jitqiesu li jinkludu lir-Renju Unit;

Billi ir-Renju Unit għandu jibbenefika mill-istess perjodu ta' sentejn li kien mogħti lill-Istati Membri l-oħra biex idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet biex jikkonformaw mad-Direttiva 97/81/KE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, id-Direttiva 97/81/KE għandha tapplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

L-Artikolu 2

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/81/KE:

"1a. F'dak li jirrigwarda r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, id-data ta' l-20 ta' Jannar 2000 fil-paragrafu 1 għandha tiġi sostitwita bid-data tas-7 ta' April 2000."

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-7 ta' April 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Blunkett

[1] Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 1998 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufficjali).

[2] Opinjoni mogħtija fl-25ta' Marzu 1998 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 14, ta' l-20. 1. 1998, p. 9.

--------------------------------------------------