31998L0007



Official Journal L 101 , 01/04/1998 P. 0017 - 0023


Id-Direttiva 98/7KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta' Frar 1998

li temenda d-Direttiva 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi huwa mixtieq, sabiex jippromwovu l-istabbiliment u l-ħidma tas-suq intern u sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni, li jintuża metodu wieħed ta' kif tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali għall-ħlas tal-kreditu tal-konsumatur fil-Komunità;

Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 87/102/KEE [4] jipprovdi għall-introduzzjoni ta' metodu jew metodi ta' kif tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali ta' ħlas;

Billi, sabiex jiġi introdott dan il-metodu wieħed, huwa mixtieq li tinstab formula matematika waħda sabiex tikkalkula r-rata perċentwali annwali tal-ħlas u sabiex tiddetermina l-punti ta' l-ispiża tal-kreditu li għandhom jintużaw fil-kalkolazzjoni billi jindikaw dawk l-ispejjeż li m'għandhomx jingħataw każ;

Billi l-Anness II tad-Direttiva 87/102/KEE introduċa formula matematika għall-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-ħlas u l-Artikolu 1(2) ta' dik id-Direttiva pprovda għal dawk l-ispejjeż li għandhom ikunu esklużi minn kalkolazzjoni ta' l-ispiża' totali ta' kreditu lill-konsumatur';

Billi waqt perijodu ta' transizzjoni ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 1993, l-Istati Membri li qabel l-1 ta' Marzu 1990 applikaw liġijiet li jippermettu l-użu ta' formula matematika oħra sabiex jikkalkulaw r-rata perċentwali annwali ta' ħlas, tħallew ikomplu japplikaw dawn il-liġijiet;

Billi l-Kummissjoni tat Rapport lill-Kunsill li bih ikun possibbli, fid-dawl ta' l-esperjenza, li tkun applikata formula matematika waħda fil-Komunità għal kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta' ħlas;

Billi, peress li l-ebda Stat Membru m'għamel użu mill-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 87/102/KEE li bih ċerti spejjeż kienu esklużi mill-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta' ħlas f'ċerti Stat Membri, m'għadux jintuża;

Billi hija meħtieġa eżattezza għal mill-inqas punt deċimali wieħed;

Billi sena hija preżunta li għandha 365 jum jew 365,25 jum jew (għas-snin leap) 366 jum, 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs; billi xahar indaqs huwa preżunt li għandu 30,41666 jum;

Billi huwa mixtieq li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħrfu t-termini użati fi Stati Membri differenti biex jindikaw "ir-rata perċentwali annwali ta' ħlas";

Billi huwa xieraq li jkun studjat mingħajr dewmien għal-liema estent huwa meħtieġ grad ogħla ta' armonizzazzjoni ta' l-elementi ta' l-ispejjeż tal-kreditu tal-konsumatur sabiex il-konsumatur Ewropew ikun qiegħed f'pożizzjoni li jagħmel paragun aħjar bejn ir-rati perċentwali annwali ta' ħlasijiet offruti minn istituzzjonijiet fid-diversi Stati Membri, b'hekk jiżguraw ħidma armonizzata tas-suq intern,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 87/102/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

(a) l-Artikolu 1(a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

- fil-verżjoni tal-lingwa Griega tad-Direttiva:

- fil-verżjoni Maltija tad-Direttiva:

"Ir-rata tal-ħlas annwali perċentawli li għandha tkun f'dik ir-rata, fuq bażi annwali li ġġib indaqs il-valur preżenti ta' l-obbligi kollha (self, ħlas lura u taxxi), futuri jew eżistenti, bi ftehim bejn il-kreditur u min qiegħed jislef, għandha tkun ikkalkolata f'konformità mal-formula matematika li hemm fl-Anness II.";

(b) l-Artikolu 1(3) għandu jitħassar;

(ċ) l-Artikolu 1(5) għandu jitħassar;

(d) l-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE ta' l-10 ta' Settembru 1984 irrelatata ma' l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw riklamar qarrieqi [5], u lir-regoli u prinċipji applikabbli għal riklamar li m'huwiex ġust, kull riklam, jew kull offerta li tidher f'bini ta' negozju, li fih persuna joffri kreditu jew joffri li jirranġa ftehim ta' kreditu u li fih hemm indikat ir-rata ta' l-interessi jew kull figura rrelatata ma' l-ispiża tal-kreditu, għandu jinkludi wkoll stqarrija tar-rata ta' ħlas perċentwali annwali, permezz ta' eżempju rappreżentattiv jekk ma jeżisti l-ebda mezz ieħor prattikabbli.";

(e) l-Anness II għandu jinbidel mat-test ta' l-Anness I mehmuż hawnhekk;

(f) l-Anness III għandu jinbidel mat-test ta' l-Anness II mehmuż hawnhekk.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri għandhom jikkontjenu riferenza lil din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-testijiet tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Frar 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 235, tat-13.8.1996, p. 8 u ĠU C 137, tat-3.5.1997, p. 9.

[2] ĠU C 30, tat-30.1.1997, p. 94.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Frar 1997 (ĠU C 85, tas-17.3.1997, p. 108), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 1997 (ĠU C 284, tad-19.9.1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 1997. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997.

[4] ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 48. Direttiva emendata bid-Direttiva 90/88/KEE (ĠU L 61, ta' l-10.3.1990, p. 14).

[5] ĠU L 250, tad-19.9.1984, p. 17. Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/55/KE (ĠU L 280, tat-23.10.1997, p.18).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS II

L-EKWAZZJONI BAŻIKA LI TESPRIMI L-EKWIVALENZA TA' SELF MIN-NAĦA WAĦDA, U L-ĦLAS U KONTIJIET FUQ IN-NAĦA L-OĦRA:

t

= ∑

t

Tifsir ta' ittri u simboli:

K huwa n-numru tas-self

K′ huwa n-numru ta' ħlas jew ħlas ta' kontijiet

AK huwa l-ammont tas-self bin-numru K

A'K' huwa l-ammont ta' ħlas bin-numru K9.

Σ tirrapreżenta somma

m huwa n-numru ta' l-aħħar self

m' huwa n-numru ta' l-aħħar ħlas jew ħlas ta' kontijiet

tK huwa l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' snin, bejn id-data tas-self Nru 1 u dawk ta' self sussegwenti bin-Nri 2 sa m.

tK' huwa l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' snin, bejn id-data ta' self Nru 1 u dawk tal-ħlas jew il-ħlas ta' kontijiet Nri 1 sa m9.

i huwa r-rata perċentwali li tista' tkun ikkalkulata (jew permezz ta' algebra, b'approssimazzjonijiet suċċessivi jew bi programm tal-kompjuter) fejn it-termini l-oħrajn fl-ekwazzjoni huma magħrufa mill-kuntratt jew b'mod ieħor.

Rimarki:

(a) L-ammonti mħallsin miż-żewġ partijiet f'ħinijiet differenti mhux meħtieġ li jkunu ndaqs u m'għandux ikun meħtieġ lanqas li jitħallsu f'intervalli ndaqs.

(b) Id-data tal-bidu għandha tkun dik ta' l-ewwel self.

(ċ) Intervalli bejn id-dati użati fil-kalkulazzjoni għandhom ikunu espressi fi snin jew fi frazzjoni ta' sena. Sena hija preżunta li għandha 365 jum jew 365,25 jum jew (għal snin biżestili) 366 jum, 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li għandu 30,41666 jum (i.e. 365/12).

(d) Ir-riżultat tal-kalkolazzjoni għandu jkun espress b'eżattezza ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Meta jiddawwru għal punt deċimali partikolari għandha tgħodd ir-regola li ġejja:

Jekk il-figura fil-punt deċimali li ssegwi dan id-deċimal partikolari hija akbar minn jew daqs 5, il-figura f'dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b'wieħed.

(e) L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-metodi ta' risoluzzjoni applikabbli jagħtu riżultat daqs dak ta' l-eżempji ppreżentati fl-Anness III.

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS III

EŻEMPJI TA' KALKOLAZZJONI

A. KALKOLAZZJONI TAR-RATA ANNWALI PERĊENTWALI TA' ĦLAS FUQ BAŻI TA' SENA TAL-KALENDARJU (SENA = 365 JUM (JEW 366 JUM GĦAL SNIN BIŻESTILI))

L-ewwel eżempju

Somma mislufa: S = ECU 1000 fl-1 ta' Jannar 1994.

Titħallas f'pagament wieħed ta' ECU 1200 li jsir fl-1 ta' Lulju 1995 i.e. 1 ½ snin jew 546 (= 365 + 181) jum wara d-data tas-self.

L-ekwazzjoni ssir:

1000 = 1200

546

365

jew:

1 + i546/365 = 1,2

1 + i = 1,1296204

i = 0,1296204

Dan l-ammont għandu jiddawwar għal 13 % (jew 12,96 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

It-tieni eżempju

Is-somma mislufa hija S = ECU 1000 iżda l-kreditur iżomm ECU 50 għall-ispejjeż amministrattivi sabiex is-self huwa fil-fatt ECU 950; il-pagament ta' ECU 1200, kif jidher fl-ewwel eżempju, jerġa’ jsir fl-1 ta' Lulju 1995.

L-ekwazzjoni ssir:

950 = 1200

546

365

jew:

1 + i546/365 = 1,263157

1+ i = 1,169026

i = 0,169026

L-ammont għandu jiddawwar għal 16,9 %.

It-tielet eżempju

Is-somma mislufa hija ECU 1000, fl-1 ta' Jannar 1994, li titħallas lura f'żewġ ammonti ta' EUR 600 kull wieħed, imħallsin wara sena u sentejn rispettivament.

L-ekwazzjoni ssir:

1000 =

+

730

365

=

+

Tissolva bl-algebra u tipproduċi i = 0,1306623 mdawwrin għal 13,1 % (jew 13,07 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

Ir-raba’ eżempju

Is-somma mislufa hija S = ECU 1000, fl-1 ta' Jannar 1994, u l-ammonti li għandhom jitħallsu minn min qiegħed jislef huma:

War 3 xhur (0,25 snin/90 jum): | ECU 272 |

Wara 6 xhur (0,5 snin/181 jum): | ECU 272 |

Wara 12-il xahar (sena/365 jum): | ECU 544 |

Total: | ECU 1088 |

L-ekwazzjoni ssir:

1000 =

90

365

+

181

365

+

365

365

Din l-ekwazzjoni tippermetti li jiġi kkalkulat minn approssimazzjonijiet suċċessivi, li tista’ tiġi pprogrammata b'kalkulatur.

Ir-riżultat huwa i = 0,133226 imdawwar għal 13,2 % jew (13,23 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

B. KALKOLAZZJONI TAR-RATA ANNWALI PERĊENTWALI TA' ĦLAS FUQ BAŻI TA' SENA STANDARD (SENA = 365 JUM JEW 365,25 JUM, 52 ĠIMGĦA, JEW 12-IL XAHAR INDAQS)

L-ewwel eżempju

Somma mislufa: S = ECU 1000.

Jitħallas lura f’pagament ta' ECU 1200 magħmul f’ 1,5 snin (i.e. 1,5 x 365 = 547,5 jum, 1,5 x 365,25 = 547,875 jum, 1,5 x 366 = 549 jum, 1,5 x 12 = 18 xahar, jew 1,5 x 52 = 78 ġimgħa) wara d-data tas-self.

L-ekwazzjoni ssir:

1000 =

547,5

365

=

547,875

365,25

=

18

12

=

78

52

jew:

1 + i1,5 = 1,2

1 + i = 1,129243

i = 0,129243

Dan l-ammont għandu jiddawwar għal 13 % (jew 12,92 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

It-tieni eżempju

Is-somma mislufa hija S = EUR 1000 iżda l-kreditur jżomm EUR 50 għal spejjeż amministrattivi, għalhekk is-self huwa fil-fatt EUR 950; il-ħlas lura ta' EUR 1200, kif jidher fl-ewwel eżempju, isir 1,5-il xahar mid-data tas-self.

L-ekwazzjoni ssir:

950 =

547,5

365

=

547,875

365,25

=

18

12

=

78

52

jew:

= 1200/950

= 1,263157

1 + i = 1,168526

i = 0,168526

Dan l-ammont għandu jiddawwar għal 16,9 % (jew 16,85 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

It-tielet eżempju

Is-somma mislufa hija ECU 1000, li titħallas lura f'żewġ ammonti ta' ECU 600, imħallsin wara sena u sentejn rispettivament.

L-ekwazzjoni ssir:

1000 =

365

365

+

730

365

=

365,25

365,25

+

730,5

365,25

=

12

12

+

24

12

=

52

52

+

104

52

=

+

Tissolva bl-algebra u tipproduċi i = 0,13066 mdawwrin għal 13,1 % (jew 13,07 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

Ir-raba' eżempju

Is-somma mislufa hija ECU 1000 u l-ammonti li jridu jirħallsu minn min qiegħed jissellef huma:

Wara 3 xhur (0,25 snin/13-il ġimgħa/91,25 jum/91,3125 jum): | ECU 272 |

Wara 6 xhur (0,5 snin/26 ġimgħa/182,5 jum/182,625 jum): | ECU 272 |

Wara 12-il xahar (1 sena/52 ġimgħa/365 jum/365,25 jum): | ECU 544 |

Total: | ECU 1088 |

L-ekwazzjoni ssir:

1000 =

91,25

365

+

182,5

365

+

365

365

=

91,3125

365,25

+

182,625

365,25

+

365,25

365,25

=

3

12

+

6

12

+

12

12

=

13

52

+

26

52

+

52

52

=

+

+

Din l-ekwazzjoni tipperermetti li i jiġi kkalkulat minn approssimazzjonijiet suċċessivi, li tista' tiġi pprogrammata b'kalkulatur.

Ir-riżultat huwa i = 0,13185 imdawwar għal 13,2 % jew (13,23 % jekk hija preferuta eżattezza ta' żewġ postijiet deċimali).

"

--------------------------------------------------