Official Journal L 277 , 14/10/1998 P. 0031 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 1998 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin li joriġinaw mit-Tuneżija (notifikat bid-dokument numru C(1998) 2952) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (98/569/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, Billi espert tal-Kummissjoni għamel żjara ta’ spezzjoni fit-Tuneżija biex jivverifika l-kundizzjonijiet li taħthom molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità; Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tat-Tuneżija jagħmlu d-‘Direction Générale de la Sante Animale (DGSA) du Ministère de Agriculture’ responsabbli għall-ispezzjoni tas-saħħa ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin u għall-monitoraġġ ta’ l-iġjene u l-kundizzjonijiet sanitarji tal-produzzjoni; billi l-istess leġislazzjoni tagħti poteri lid-DGSA biex tawtorizza jew tipprojbixxi l-qbid ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin minn xi żoni; Billi d-DGSA u l-laboratorji tiegħu huma kapaċi li effettivament jivverifikaw l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ fit-Tuneżija; Billi l-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija obbligaw ruħhom biex jikkomunikaw regolarment u malajr data lill-Kummissjoni dwar il-preżenza ta’ plankton li jkollhom tossini fiż-żoni tal-qbid; Billi l-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija pprovdew assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformit_ mal-ħtiġijiet speċifikati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/492/KEE u ma’ ħtiġijiet ekwivalenti għal dawk preskritti f’dik id-Direttiva għall-klassifikazzjoni ta’ żoni li jipproduċu u li jittrasmettu, l-approvazzjoni ta’ ċentri ta’ dispaċċ u l-monitiraġġ tal-kontroll tas-saħħa pubblika u l-produzzjoni; billi b’mod partikolari kull tibdil possibli fiż-żoni tal-qbid għandu jkun komunikat lill-Komunità; Billi t-Tuneżija hi eliġibbli biex tkun fil-lista ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ l-ekwivalenza imsemmijin fl-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 91/492/KEE; Billi l-proċedura għall-ksib taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 9(3)(b)(i) tad-Direttiva 91/492/KEE trid tinkludi d-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, tal-ħtiġijiet minimi rigward il-lingwa(i) li fiha trid tkun abbozzata u l-grad tal-persuna li jkollha s-saħħa li tiffirmah u l-bolla tas-saħħa li trid tkun imwaħħla fuq l-imballaġġ; Billi, skond l-Artikolu 9(3)(b)(ii) tad-Direttiva 91/492/KEE, iż-żoni ta’ produzzjoni li minnhom molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar jistgħu jinqabdu u esportati lill-Komunità jridu jkunu indikati; Billi, skond l-Artikolu 9(3)(c) tad-Direttiva 91/492/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti li minnhom l-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar hi awtorizzata għandha tkun stabbilita; billi l-lista trid tkun imfassla fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mid-DGSA lill-Kummissjoni; billi hu għalhekk għad-DGSA biex jiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet stipulati għal dak il-għan fl-Artikolu 9(3)(c) tad-Direttiva 91/492/KEE; Billi l-kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni japplikaw bla ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-akwakultura u prodotti [3], kif l-aħħar emendati bid- Direttiva 97/79/KE; Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-"Direction Générale de la Sante Animale (DGSA) du Ministère de Agriculture" għandu jkun l-awtorità kompetenti fit-Tuneżija għall-verifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/492/KEE. Artikolu 2 Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin li joriġinaw mit-Tuneżija u maħsuba għall-konsum tal-bniedem, iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: 1) kull kunsinna għandu jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa oriġinali numerat, mimli kif għandu jkun, iffirmat, datat u li jinkludi folja waħda skond il-mudell fl-Anness A ta’ dan; 2) il-kunsinni jridu joriġinaw miż-żoni ta’ produzzjoni awtorizzati fl-Anness B ta’ dan; 3) iridu jkunu ppakkjati f’imballaġġi ssiġillati minn ċentru ta’ dispaċċ approvat li jkun inkluż fil-lista fl-Anness C ta’ dan; 4) kull imballaġġ irid ikollu bolla tas-saħħa li ma titħassarx u li jkollha għall-inqas l-informazzjoni li ġejja: - pajjiż li qed jibgħat: TUNEŻIJA, - l-ispeċi (ismijiet komuni u xjentifiċi), - l-identifikazzjoni taż-żona ta’ produzzjoni u ċ-ċentru tad-dispaċċ bin-numru ta’ l-approvazzjoni tagħhom, - id-data ta’ meta ġew ippakkjati, li jkollha għall-inqas id-data u x-xahar. Artikolu 3 1. Iċ-ċertifikati kif imsemmijin fl-Artikolu 2(1) iridu jkunu mfasslin għall-inqas f’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli. 2. Iċ-ċertifikati jridu juru l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tal-DGSA u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ endorsjar ieħor Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Ottubru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 46, taz-19.2.1991, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B ŻONI TA’ PRODUZZJONI LI JISSODISFAW IL-ĦTIĠIJIET STABBILITI FIL-KAPITOLU I(1)(b) TA’ L-ANNESS TAD-DIRETTIVA 91/492/KEE | Isem | T 1 | Lac de Tunis (Nord) | T 2 | Canal de Tunis | B 1 | Menzel Jemil | B 2 | Faroua | S 1 | Sfax Nord | S 2 | Gargour | S 3 | Guetifa | S 4 | O. Maltine Nord | S 5 | O. Maltine Sud | S 6 | Skhira | G 1 | Gabès Nord | G 2 | Gabès Sud 1 | G 3 | Gabès Sud 2 | M 1 | Médenine Nord | M 2 | Lagune Boughrara | M 3 | Djerba Nord | -------------------------------------------------- ANNESS C LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL KOMUNITÀ EWROPEA Nru | Isem | Indirizz | P.U 200 | M. A. Trad | Port de Zarzouna-Bizerte | P.U 300 | Prince Export | Port Prince-Nabeul | P.U 306 | Mèdipêche el ghoul | Sidi Daoud-Nabeul | --------------------------------------------------