31998D0542



Official Journal L 254 , 16/09/1998 P. 0028 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-4 ta' Settembru, 1998

dwar regolament tekniku komuni għal ħtiġiet ta' l-applikazzjoni tat-telefonija għal komunikazzjonijiet pubbliċi mobbli terrestri ċellulari diġitali pan-Ewropej (fażi II) (it-2 edizzjoni)

(notifikata taħt dokument numru K (1998) 2561)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(98/542/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż tiegħu,

Billi l-Kummissjoni adottat il-miżuri li jidentifikaw it-tip ta' tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu skond l-Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż;

Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni;

Billi biex tkun żgurata kontinwità fl-aċċess għas-swieq għall-manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet transitorji dwar tagħmir approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/629/KE [2];

Billi d-Deċiżjoni 96/629/KE għandha tkun revokata b'effett mit-tmiem tal-perjodu transitorju;

Billi d-Deċiżjoni 97/527/KE [3] għandha tkun revokata fl-24 ta' Ottubru 1998;

Billi l-proposta ġiet sottomessa lill-Kumitat (ACTE), skond l-Artikolu 29(2);

Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat f'din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tagħmir terminali maħsub biex jitwaħħal ma’ network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet u li jaqa fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta' l-applikazzjoni ta' telefonija għal tagħmir terminali għan-network tat-telekomunikazzjonijiet mobbli terrestri ċellulari diġitali pan-Ewropej li jikkomprendi modulazzjoni kostanti ċċirkondata u li jaħdem fil-firxa ta' frekwenza 900 MHz b'separazzjoni ta' bejn il-kanali ta' 200 kHz u li ġġorr kanali tat-traffiku skond il-prinċipju TDMA.

Artikolu 2

1. Ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom imsemmija fl-Artikolu 5(g) tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness I. Il-partijiet applikabbli jinsabu fl-Anness II.

2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni msemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5].

Artikolu 3

Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkunu wżati partijiet applikabbli ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Id-Deċiżjoni 96/629/KE għandha tkun revokata b'effett mill-4 ta' Diċembru 1998.

2. Tagħmir terminali, approvat taħt id-Deċiżjoni 96/629/KE jista’ jitkompla jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz.

3. Id-Deċiżjoni 97/527/KE għandha tkun revokata b'effett mill-24 ta' Ottubru 1998.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1996, p. 75.

[3] ĠU L 215, tas-7.8.1997, p. 57.

[4] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[5] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa:

Sistemi ta' telekomunikazzjoni ċellulari diġitali Ewropej (it-2 fażi);

Ħtiġiet ta' konnessjoni għal sistema globali ta' stazzjonijiet mobbli għal komunikazzjonijiet mobbli (GSM);

Telefonija ETSI

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

Segretarjat ta' ETSI

Edizzjoni TBR 20 3 ta' Frar, 1998

(eskluża d-daħla)

Tagħrif addizzjonali:

L- Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien ġie prodott skond mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva 83/189/KEE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-:

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels |

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be.

[1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Partijiet applikabbli ta' TBR 20

Ħtieġa TBR 20 | Ħtieġa TBR 20 | Ħtieġa TBR 20 | Ħtieġa TBR 20 | Ħtieġa TBR 20 | Ħtieġa TBR 20 |

14.4.3 | 30.1 | 30.2 | 30.3 | 30.4 | 30.5.1 |

30.6.2 | 30.7.1 | 32.2 | 32.3 | 32.4 | 32.7 |

32.8 | 32.9 | | | | |

--------------------------------------------------