Official Journal L 225 , 12/08/1998 P. 0001 - 0001
Id-Deċizjoni tal-kunsill ta' l-10 ta Awissu 1998 li jemenda l-Pożizzjoni Komuni 96/184/CFSP definit mill-Kunsill fuq il-bazi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċerna esportazzjoni ta' armi lejn dik li qabel kienet il-Jugoslavja (98/498/CFSP) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu J.2 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 96/184/CFSP tas-26 Frar 1996 definit mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċerna esportazzjoni ta' armi lejn l-ex Jugoslavja [1], Billi il-Kunsill waslet ghal konkluzzjoni li zviluppi fl-Islovenja, partikolament il-politika tagħha f'dak li jirrigwarda esportazzjonijiet ta' armi, jiġġustifika t-tneħħija ta' miżuri restrittivi tal-Pożizzjoni Komuni 96/184/CFSP għal dak li jirrigwarda dak l-Istat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ir-referenzi għall-Islovenja f'punt 2(ii) tal-Pożizzjoni Komuni 96/184/CFSP huma hawnhekk imħassra. Artikolu 2 Din Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dak inhar ta' l-adozzjoni tagħha. Din Deċiżjoni għandha tigi ppubblikata fil-Ġurnal Ufficjali. Magħmula fi Brussell, fl-10 ta' Awissu 1998. Għall-Kunsill Il-President W. Schüssel [1] ĠU L 58, tas-7.3.1996, p. 1. --------------------------------------------------