31998D0422



Official Journal L 190 , 04/07/1998 P. 0071 - 0075


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ġunju 1998

rigward il-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fit-Tanżanija

(notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1855)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/422/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 rigward il-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Billi l-espert tal-Kummissjoni wettaq żjara ta’ inspezzjoni fit-Tanżanija biex jivverifika il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il Komunitá;

Billi d-disposizzjonijiet ta’ leġislazzjoni tat-Tanżanija dwar l-inspezzjoni tas-saħħa u s-sorveljar tal-prodotti tas-sajd jistgħu jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi, fit-Tanżanja id-Diviżjoni tas-Sajd (DS) tal-Ministeru tar-Riżorsi Naturali u tat-Turiżmu hija kapaċi li tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi il-proċedura għal l-akwist taċ-ċertifikat tas-saħħa referit fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri wkoll id-definizzjoni tal-mudell taċ-ċertifikat, il-ħtiġiet minimi rigward il-lingwa(i) li fiha għandu jkun imħejji u l-grad tal-persuna bis-setgħa li tiffermaħ;

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, marka għandha tkun imwaħħla fuq il pakketti tal-prodotti tas-sajd li turi l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni tal-istabbiliment, tal-vapur fabbrika, tal-maħżen tas-silġ u tal-vapur tal-friża ta’ l-oriġini;

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, lista tal-istabbilimenti approvati, tal-vapuri fabbrika jew tal-imħażen tas-silġ għandha tkun imħejjija; billi lista tal-vapuri tal-friża reġistrati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [2] għandha tkun imħejjija; billi din il-lista għadha tkun imħejjija fuq il-bażi tal-komunikazzjoni mill-DS lejn il-Kummissjoni; billi huwa għalhekk għad-DS biex tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi d-DS ipprovdiet l-assikurazzjonjiet uffiċjali rigward il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar il-ħarsien tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dik id-Direttiva għall-approvazzjonijiet jew għal-reġistrazzjoni tal-istabilimenti, tal-vapuri fabbriki, tal-imħażen tas-silġ jew tal-vapuri tal-friża;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Diviżjoni tas-Sajd (DS) tal-Ministeru tar-Riżorsi Naturali u tat-Turiżmu għandha tkun l-awtorità kompetenti fit-Tanżanija biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fit-Tanżanija għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. Kull konsenja għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat oriġinali tas-saħħa numerat, mimli kif meħtieġ, iffirmat, bid-data u jkollu folja waħda bi qbil mal-mudell fl-Anness A t’hawnhekk;

2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, minn vapuri fabbrika, minn imħażen tas-silġ jew min vapuri tal-friża reġistrati, kif elenkati fl-Anness B t’hawnhekk;

3. Minbarra fil-każ tal-prodotti tas-sajd iffriżati fil-massa u ntiżi għall-manifattura ta’ l-ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandhom ikollhom fuqhom il-kelma "TANŻANIJA" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni tal-istabbiliment, tal-vapur fabbrika, tal-imħażen tas-silġ jew tal-vapuri tal-friża ta’ l-oriġini, f’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati kif referiti fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu mħejjija mill-inqas f’lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru ta’ fejn il-verifiki jkunu mwettqa.

2. Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom fuqhom l-isem, il-pożizzjoni u l-firma tar-rapreżentant tad-DS u t-timbru uffiċjali ta’ dik ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak tal-kitba l-oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

I. LIST OF APPROVED ETABLISHMENTS

Number | Name | Address |

A-PP-200 | Hellas Tanzania Mafia Fish. Processing Plant Ltd | Mafia Island |

A-PP-203 | Fruits De la Mer Ltd | Dar es Salaam |

A-PP-205 | Vickfish Ltd | Mwanza |

A-PP-206 | Fish Pak Tanzania Ltd | Musoma |

A-PP-207 | Tan Perch Ltd | Mwanza |

A-PP-208 | Nile Perch Fisheries Ltd | Mwanza |

A-PP-209 | Tanzania Fish Processors Ltd | Mwanza |

A-PP-210 | Mwanza Fishing Industries Ltd | Mwanza |

A-PP-211 | Victoria Fisheries Ltd | Mwanza |

A-PP-214 | Selthmar Ocean Products Ltd | Kilwa Masoko |

A-PP-215 | Omega Fish Ltd | Mwanza |

A-PP-217 | M/S Lucia Abdulle Omari | Dar es Salaam |

II. LIST OF FREEZER VESSELS

Number | Name (owner) | Port |

A-102 | MFV ARUSHA (Heltanco Ltd) | Dar es Salaam |

A-103 | MFV ODYSSEAS (Heltanco Ltd) | Dar es Salaam |

A-106 | MFV BANUSO II (Den-Tan Resources Ltd) | Dar es Salaam |

A-110 | MFV MAMA LEDA (Tramico Investment Company Ltd) | Dar es Salaam |

A-111 | MFV MARIETTA (African Fishing Co. Ltd) | Dar es Salaam |

A-112 | MFV MTONI (Ocean Fisheries (T) Ltd) | Dar es Salaam |

A-113 | MFV MAENDELBEO (African Fishing Company Ltd) | Dar es Salaam |

A-114 | MFV CONNIE (African Fishing Company Ltd) | Dar es Salaam |

A-115 | MFV CANADA (African Fishing Company Ltd) | Dar es Salaam |

A-116 | MFV DEBBIE (African Fishing Company Ltd) | Dar es Salaam |

B-110 | MFV ALWALY | Dar es Salaam |

B-111 | MFV SEASHORE I | Dar es Salaam |

B-112 | MFV SEASHORE II | Dar es Salaam |

--------------------------------------------------