31998D0362



Official Journal L 163 , 06/06/1998 P. 0048 - 0049


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta' Mejju 1998 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE, li tikkonċerna garanziji addizzjonali relatati ma' rhinotracheitis infettiva bovina għall-bovini destinati għall-Istati Membri jew għal reġjuni tal-Istati Membri li huma ħielsa mill-marda, fir-rigward ta' l-Isvezja u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/109/KE (notifikata taħt id-dokument C(1998) 1355) (Test b'rilevanza għaż-ZEE) (98/362/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali ta' l-ifrat u tal-majjal(1), kif l-aħħar emendata u aġġornata mid-Direttiva tal-Kunsill 97/12/KE (2), u partikolarment l-Artikoli 9(3) u 10(2) tagħha, Billi kien approvat programm ta' eradikazzjoni ta' rhinotracheitis infettiva ta' l-ifrat (IBR) fl-Isvezja, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/71/KE (3); billi l-programm kien ikkunsidrat bħala ta' suċċess fl-eradikazzjoni ta' din il-marda mill-Isvezja; Billi biex ikun żgurat il-progress u jintemm b'suċċess il-programm mibdi IBR, l-Isvezja kienet mogħtija ċerti garanziji addizzjonali mid-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 95/109/KE (4); Billi l-Isvezja tikkonsidra li t-territorju tagħha huwa ħieles mir-rhinotracheitis infettiva ta' l-ifrat u ssottomettit lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li juri dan; (1) ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. (2) ĠU L 109, tal-25.4.1997, p. 1. (3) ĠU L 59, tas-17.3.1997, p. 33. (4) ĠU L 79, tas-7.4.1995, p. 32. Billi l-awtoritajiet ta' l-Isvezja japplikaw għal regoli ta' moviment nazzjonali tal-annimali ta' l-ifrat mill-inqas ekwivalenti bħal dawk maħsuba fid-Deċiżjoni preżenti; Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE(5) kif emendata mid-Deċiżjoni 94/962/KEE(6), tagħti garanziji addizzjonali għar-rigward ta' rhinotracheitis infettiva ta' l-ifrat destinati għad-Danimarka u l-Finandja; Billi huwa xieraq li jkunu proposti ċerti garanziji addizzjonali biex ikun protett il-progress magħmul fl-Isvezja; billi huwa għalhekk xieraq li tkun emendata din id-Deċiżjoni biex jingħataw l-istess garanziji lill-Isvezja; Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 93/42/KEE huwa sostitwit bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 It-tieni linja tal-Anness tad-Deċiżjoni 95/109/KE hija mħassra. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, fid-19 ta' Mejju 1998. Għall-Kommissjoni Franz FISCHLER Membru tal-Kommissjoni (5) ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 50. (6) ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 27. ANNESS Stat Membru Reġjun Danimarka Ir-reġjuni kollha Finlandja Ir-reġjuni kollha Svezja Ir-reġjuni kollha

.