31998D0285



Official Journal L 128 , 30/04/1998 P. 0070 - 0070


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 April 1998

li temenda d-Decizjoni Nru 95/539/EC li tistabbilixxi Kumitat ta' esperti dwar it-transitu ta' gass naturali minn grilji [1]

(98/285/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Billi għal raġunijiet ta' kontinwità tax-xogħol tal-Kumitat ta' esperti dwar it-transitu ta' gass naturali minn grilji stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/539/KE [2], huwa xieraq li titħassar id-dispożizzjoni stipulata fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 6 ("żmien ta' kariga");

Billi d-Deċiżjoni Nru 95/539/KE għandha tkun hekk emendata,

IDDECIDIET KIF GEJ:

Artikolu uniku

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 95/539/KE, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' April 1998.

Għall-Kummissjoni

Christos Papoutsis

Membru tal-Kummissjoni

[1] (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

[2] ĠU L 304, tas-16.12.1995, p. 57.

--------------------------------------------------