31997R2494



Official Journal L 343 , 13/12/1997 P. 0017 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2494/97

tat-12 ta’ Diċembru 1997

dwar il-ħruġ ta’ liċenzi għall-importazzjoni tar-ross li jinsabu fil-kodiċi NM 1006 u li joriġina f’ pajjiżi barranin u territorji skond il-miżuri speċifiċi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 2352/97

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal-25 ta’ Lulju 1991 dwar is-sħubija ta’ pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ekonomika Ewropea [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/803/KE [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Numru 2352/97 tas-27 ta’ Novembru 1997 li jistipula miżuri speċifiċi dwar l-importazzjoni tar-ross li joriġina f’ pajjiżi u territorji barranin [3], u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Waqt li r-Regolament (KE) Numru 2352/97 jistipula miżuri speċifiċi dwar l-importazzjoni tar-ross li joriġina f’ pajjiżi u territorji barranin, minn hawn ’il quddiem imsejħa "OCTs"; billi dawk il-miżuri jaħsbu għal eżenżjoni mid-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni b’ sistema ta’ sorveljanza; billi jaħsbu partikularment għal limitu għal kull jum għal kull operatur dwar applikazzjonijiet għall-liċenzi; billi l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament jistipula li fejn il-kwantitajiet li jkun hemm applikazzjoni għalihom jeċċedu f’ xahar it-total ta’ 13300 tunnellata metrika ta’ ross espressi bħala ekwivalenti ta’ ross imnaddaf u fejn, fuq il- bażi ta’ stima tas-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità, li x’aktarx ser ikun hemm eċċess li jiddisturba sostanzjalment lil dan tal-aħħar, il-Kummissjoni għandha, f’ 10 ġranet tax-xogħol tal-eċċess, tiffissa perċentwali ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet kollha sottomessi fil-jum tal-eċċess, ma tilqax applikazzjonijiet sottomessi wara l-jum tal-eċċess, u tissospendi s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet oħra dak ix-xahar;

Waqt li l-kwantitajiet li jkun hemm applikazzjonijiet għalihom fit-2 ta’ Diċembru 1997 li jeċċedu t-total għax-xahar ta’ 13300 tunellata metrika jeċċedu 7072 tunnellata metrika; waqt li dawk il-kwantitajiet ikunu rċevew konsiderazzjoni speċjali mill-Kummissjoni wara li tiġi konsidrata l-istima tas-sitwazzjoni u xejriet fuq is-suq tar-ross fil-Komunità; waqt li dik il-konsiderazzjoni uriet li l-ħsad tar-ross indica li kien għal bejgħ fl-1997/98 ġie lura għal livelli normali u minħabba l-prezzijiet għal dak it-tip ta’ ross fuq is-suq tal-Komunità, dawk il-kwantitajiet x’ aktarx ifixklu lis-suq serjament, partikolarment billi jimbottaw ’il barra l-produzzjoni tar-ross indica fil-Komunità u jwaqqgħu l-prezz tiegħu; waqt li l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Numru 2352/97 għandu għalhekk jiġi applikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Liċenzi ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet imniżżla fl-applikazzjonijiet għar-ross imfarrak skond il-kodiċi NM 1006 sottomessi skond l-arranġamenti stipulati fir-Regolament (KE) Numru 2352/97, mnaqqsa bil-perċentwali kif ġej:

69,8575 % għall-applikazzjonijiet sottomessi fit-2 ta’ Diċembru 1997.

Artikolu 2

L-ebda liċenza għall-importazzjoni ma għandha tinħareġ skond l-arranġamenti mniżżla fir-Regolament (KE) Numru 2352/97 għar-ross u ross imfarrak irregolat mill-kodiċi NM 1006 dwar l-applikazzjonijiet sottomessi mit-3 ta’ Diċembru 1997.

Artikolu 3

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal liċenzi għall-importazzjoni tar-ross u ross imfarrak irregolat mill-kodiċi NM 1006 skond l-arranġamenti stipulati fir-Regolament (KE) Numru 2352/97 huma hawnhekk sospiżi sal-31 ta’ Diċembru 1997.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fit-12 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 263, tad-19.9.1991, p. 1.

[2] ĠU L 329, tad-29.11.1997, p. 50.

[3] ĠU L 326, tat-28.11.1997, p. 21.

--------------------------------------------------