31997R1427



Official Journal L 196 , 24/07/1997 P. 0031 - 0038


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1427/97

tat-23 ta' Lulju 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 dwar il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 ta' dan,

Billi l-applikar tal-miżuri li għalihom saret referenza fl-Artikolu 20(3)(d), (e) u (f) tar-Regolament (KEE) No 2913/92 (minn hawn 'il quddiem irriferuta bħala l-"Kodiċi"), jista' jkun restritt għal ċertu volum ta' importazzjonijiet minħabba l-eżistenza ta' kwoti ta' tariffi jew limiti massimi ta' tariffi;

Billi, sa mill-1988, il-Kunsill kien sistematikament iddelega lill-Kummissjoni r-reponsabbiltà ta' l-immaniġġjar tal-kwoti tat-tariffi fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel u għas-sorvenjanza ta' l-importazzjonijiet fil-qafas ta' miżuri ta' tariffi preferenzjali; billi l-prinċipji ġenerali u r-regoli ta' dan l-immaniġġjar għandu jkun ikkodifikat fl-interess ta' l-istabbilità u t-trasparenza, bil-għan ta' l-akbar effiċjenza fl-operat tagħhom; billi d-disponibbiltà ta' dawk il-kwoti ta' tariffi hija llimitata għall-oġġetti ddikjarati għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa bejn id-data tal-ftuħ u d-data tal-għeluq tal-kwota ta' tariffa relevanti;

Billi r-regoli ta' l-immanniġġjar ta' dawn il-kwoti ta' tariffi għandhom jassiguraw it-trattament ugwali u xieraq ta' kull importatur fil-Komunità kollha; billi, għalhekk, kull importatur tal-Komunità għandu jiġi żgurat aċċess ugwali u kontinwu għal dawk il-kwoti ta' tariffi sakemm dawn ikunu eżawriti, u l-allokazzjonijiet għandhom isiru darba kuljum tax-xogħol, ħlief meta kondizzjonijiet tekniċi jagħmlu dan impossibli;

Billi l-preżentazzjoni ta' garanzija dwar dazji ta' l-importazzjoni li potenzjalment ma titħallas bħala riżultat ta' kull ġbid mil-kwota tat-tariffa, f'każi meta ma jkun hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissoponi li l-kwota tat-tariffa dalwaqt tkun eżawrita, toħloq piż bla bżonn fuq operaturi ekonomiċi; billi fl-interess ta' trattament ugwali, l-Istati Membri jistgħu irażżnu l-ħtieġa milli jieħdu garanzija fuq dazji ta' l-importazzjoni f'każi fejn ikun stabbilit li kwota ta' tariffa partikolari ma tkunx sejra teżawrixxi ruħa fi żmien qasir;

Billi d-dettalji għal operazzjonijiet kummerċjali individwali għandhom ikunu mħarsa bir-regoli tal-kunfidenzjalità;

Billi l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi u sorveljanza preferenzjali tenħtieġ grad aktar għoli ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri;

Billi dispożizzjonijiet għandhom isiru biex jinvalidaw id-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa għall-oġġetti ordnati bil-posta li jintbgħatu lura minn kull konsumatur lejn kull pajjiż terz;

Billi huwa konvenjenti u utili li tipermetti l-applikazzjoni, permezz ta' timbru, tal-piktogramma li tidentifika konsenji ttrasportati bil-ferrovija permezz tal-proċedura transizzjonali tal-Komunità;

Billi l-eżistenza ta' Suq Wieħed jimplika li jsir użu xieraq mill-faċilitajiet speċjali meħtieġa għat-tgħabijja u l-ħatt ta' containers kbar;

Billi sabiex jippermetti għal kull pubblikazzjoni aktar koħerenti tal-lista ta' żoni ħielsa eżistenti u operabbli fil-Komunità, huwa xieraq li pubblikazzjoni bħal din tkun magħmula fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;

Billi l-Artikolu 859 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 89/97 [4], hemm fiħ kull lista restrittiva ta' każi li ma jkollhomx effett sinifikattiv, li fihom l-ebda dejn doganali ma jkun intefaq anki jekk waħda mis-sitwazzjonijiet li għalihom hemm referenza dwarha fl-Artikolu 204(1)(a) jew (b) tal-Kodiċi tkun tippartjeni; billi dawn il-każi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda ma dik il-lista; Billi oġġetti impurtati mill-ġdid wara pproċessar il-barra u mqiegħda għall-ħażna temporanja jew taħt kull proċedura doganali sospensiva qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa u oġġetti li jkunu għaddew minn operazzjoni ta' ipproċessar 'il ġewwa meta r-rinovament ta' l-awtorizzazzjoni ma tkunx mitluba fil-ħin;

Billi huwa xieraq, sabiex ikunu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali, f'ċerti każi llimitati, li ma jkunx hemm ħtieġa ta' esportazzjoni mill-ġdid ta' l-oġġetti li dwarhom pagament mill-ġdid jew kull rinunzja tad-dazji ta' l-importazzjoni tkun mgħotija u biex jippermetti t-tqegħid tagħhom taħt l-arranġamenti ta' magażinaġġ doganali, jew f'kull żona ħielsa jew f'magażinaġġ ħieles;

Billi l-lista ta' rati standardizzati tal-produzzjoni applikabli għal ipproċessar 'il ġewwa ta' żejt taż-żebbuġa għandha tkun emendata biex tiffaċilita l-applikar uniformi matul il-Komunità u tissimplifika t-twettieq tal-proċedura;

Billi huwa mixtieq li jkunu mfissra aktar ċari l-kondizzjonijiet li bihom kumpens ekwivalenti jista' jkun użat għall-operazzjonijiet ta' ipproċessar 'il ġewwa fis-settur tal-qamħirrum sabiex ikun evitat kull tgħawwiġ fis-settur;

Billi l-lista ta' l-Anness 78 għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandha tkun imkabbra sabiex tiddiffenixxi b'akbar dettal l-okkażjonijiet u l-kondizzjonijiet li fihom kumpens ekwivalenti jista' jkun wżat għall-operazzjonijiet ta' ipproċessar 'il ġewwa fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa;

Billi l-lista ta' prodotti kumpensanti li dwarha dazji speċifiċi tista' tkun applikabbli għandha tkun estiża;

Billi huwa mixtieq li tkun estiża l-lista fl-Anness 87 ta' dak ir-Regolament fuq bażi ekonomika;

Billi iżda l-misuri kif previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. is-segwenti paragrafu 4 għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 248:

"4. Minkejja paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jibqgħu lura milli jieħdu garanzija fir-rigward ta' l-oġġeti li jkunu suġġetti għal talba ta' teħid minn kull kwota ta' tariffi jekk huma jistabbilixxu, f'dak il-waqt ta' meta d-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa tkun aċċettata, li l-kwota tat-tariffa ma tkunx kritika fis-sens tal-Artikolu 308ċ.";

2. is-segwenti punt 1b għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 251:

"1b. Fil-każ ta' l-oġġetti ordnati bil-posta li jintbagħtu lura, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw id-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa jekk kull talba għal dan issir fi żmien tliet xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, kemm-il darba li l-oġġetti jkunu ġew esportati lejn l-indirizz tal-fornitur oriġinali jew xi indirizz ieħor indikat mill-imsemmi furnitur;"

3. L-Artikolu 256(2) għandu jkun mibdul b'dan it-test li ġej:

"2. Meta rata mnaqqsa jew żero ta' dażu ta' l-importazzjoni tkun applikabbli għall-oġġetti rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-kwoti tat-tariffi jew, kemm-il darba li l-impożizzjoni ta' dazji normali ta' l-importazzjoni ma jkunux introdotti mill-ġdid, fil-limiti massimi tat-tariffi jew f'miżuri oħra ta' tariffi preferenzjali, il-benefiċċju tal-kwota tat-tariffa jew il-miżuri ta' tariffa preferenzjali għandhom jingħataw biss wara l-preżentazzjoni lejn l-awtoritajiet doganali tad-dokument li biħ l-għoti tar-rata mnaqqsa jew żero tkun ikkondizzjonata. F'kull każ id-dokument għandu jkun ippreżentat:

- qabel il-kwota tat-tariffa tkun ġiet eżawrita, jew

- fil-każi l-oħra, qabel id-data li fiha kull miżura tal-Komunità ddaħħal mill-ġdid l-impożizzjoni tad-dazji normali ta' l-importazzjoni.";

4. is-segwenti Kapitolu 3 għandu jkun magħdud ma Part II, Titolu I:

"L-KAPITOLU 3:

Immanniġġjar tal-miżuri ta' tariffi

It-Taqsima 1

L-immaniġġjar ta' kwoti ta' tariffi maħsub biex ikunu użati skond l-ordni kronoloġika tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali

L-Artikolu 308a

1. Ħlief fejn hemm previst mod ieħor, meta l-kwoti ta' tariffi jkunu miftuħa b'kull dispożizzjoni tal-Komunità, dawk il-kwoti ta' tariffi għandhom ikunu amministrati b'mod konformi ma' l-ordni kronoloġika tad-dati ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa.

2. Meta kull dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa tinkorpora kull talba valida mid-dikkjarant biex jibbenefika minn kull kwota ta' tariffa tkun aċċettata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu mill-kwota tat-tariffa, permezz tal-Kummissjoni, kull kwantità korrespondenti għall-ħtiġiet tiegħu.

3. Stati Membri m'għandhomx jippreżentaw kull talba għal teħid sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 256(2) u (3) jkunu ġew sodisfatti.

4. Suġġett għall-paragrafu 8, allokazzjonijiet għandhom jingħataw mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni rilevanti għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, u sal-limitu li l-bilanċ tal-kwota rilevanti tat-tariffa hekk tippermetti. Prijorità għandha tkun stabbilita b'mod konformi ma' l-ordni kronoloġika ta' dawn id-dati.

5. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-talbiet kollha validi għal teħid. Dawk il-komunikazzjonijiet għandhom jinkludu d-data li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4, u l-ammont eżatt li tkun saret applikazzjoni għalih fuq id-dikjarazzjoni doganali rilevanti.

6. Għall-iskopijiet ta' paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ordni tan-numri meta dawn ma jkunux ġew previsti mid-dispożizzjoni tal-Komunità li tiftaħ il-kwota tat-tariffa.

7. Jekk il-kwantitajiet mitluba għal teħid minn kull kwota ta' tariffa jkunu akbar mill-bilanċ disponibbli, allokazzjoni għandha ssir fuq bażi pro rata f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet mitluba.

8. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, l-aċċettazzjoni ta' kull dikjarazzjoni mill-awtoritajiet doganali fl-1, 2 jew 3 ta' Jannar għandu jkun meqjus bħala aċċettazzjoni fit-3 ta' Jannar. Madankollu, jekk waħda minn dawn il-ġranet taħbat is-Sibt jew il-Ħadd, din l-aċċettazzjoni għandha tkun meqjusa bħala li seħħet fl-4 ta' Jannar.

9. Meta kull kwota ġdida ta' tariffa tkun miftuħa, it-teħid m'għandux ikun mgħoti mill-Kummissjoni qabel il-11-il jum tax-xogħol wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-dispożizzjoni li tkun ħolqot dik il-kwota tat-tariffa.

10. Stati Membri għandhom minnufiħ jibgħatu lura lill-Kummissjoni l-ammont ta' teħid li huma ma jgħamlux użu minnu. Madankollu, meta teħid żbaljat li jirrapreżenta kull dejn doganali ta' ECU 10 jew anqas ikun misjub wara l-ewwel xhar ta' wara t-tmiem tal-perjodu tal-validità tal-kwota tat-tariffa kkonċernata, Stati Membri ma jkollhomx bżonn li tingħata dikjarazzjoni.

11. Jekk l-awtoritajiet doganali jinvalidaw kull dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-oġġetti li huma s-suġġett ta' talba għal benefiċju minn kull kwota ta' tariffa, it-talba sħiħa għandha tkun ikkanċellata f'dak li jirrigwardja dawk l-oġġetti. L-Istati Membri kkonċernati għandhom immedjetament jibgħatu lura lill-Kummissjoni kull kwantità meħuda, f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk l-oġġetti, mill-kwota tat-tariffa.

12. Dettalji ta' teħid mitluba minn Stati Membri individwali għandhom ikunu meqjusa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri l-oħra bħala kunfidenzjali.

L-Artikolu 308b

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull allokazzjoni għal kuljum tax-xogħol, ħlief:

- ġranet li huma vakanzi għall-istituzjonijiet tal-Komunità fi Brussel, jew

- f'ċirkostanzi eċċezzjonali, kuljum ieħor, kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu ġew infurmati bil-quddiem.

2. Bla ħsara għall-Artikolu 308a(8), kull allokazzjoni għandha tieħu akkont it-talbiet kollha li ma jkunux imwieġba li għandhom x'jaqsmu mad-dikjarazzjonijiet għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa li kienu ġew aċċettati sal u li jinkludi t-tieni jum preċedenti, u li kienu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 308c

1. Kull kwota ta' tariffa għandha tkun meqjusa, wara l-ewwel allokazzjoni, bħala mhux-kritika fil-każi meta:

- kull kwota ta' tariffa għall-istess prodotti u oriġini, miftuħa f'kull waħda mill-aħħar sentejn għal kull perjodu minimu ta' sitt xhur, ma kienetx eżawrita qabel l-aħħar jum tax-xogħol tas-seba' xhar tal-perjodu tagħha tal-kwota matul dawk is-sentejn, u

- il-volum inizjali tal-kwota l-ġdid tat-tariffa ma jkunx anqas minn kull wieħed minn dawk ta' l-aħħar sentejn.

2. Malli 75 % tal-volum inizzjali ta' kull kwota ta' tariffa mhux-kritika jkun ġie użat, jew fuq id-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, dik il-kwota ta' tariffa għandha minn hemm 'il quddiem tibda titqies bħala kritika.

It-Taqsima 2

Sorveljanza ta' importazzjoni preferenzjali

L-Artikolu 308d

1. Meta sorveljanza ta' l-importazzjoni preferenzjali tkun sejra ssir mill-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni darba kull xhar, jew fl-intervalli aktar ta' spiss jekk hekk mitluba mill-Kummissjoni, dettalji tal-kwantitajiet ta' prodotti li jkunu tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa għal benefiċċju ta' l-arranġamenti ta' tariffa preferenzjali matul ix-xhur preċedenti.

2. Ir-rapporti ta' sorveljanza mill-Istati Membri għandhom jindikaw il-kwantitajiet totali mqiegħda f'ċirkolazzjoni ħielsa, sa mill-ewwel jum tal-perjodu kkonċernat, bil-benefiċju ta' l-arranġamenti tat-tariffa preferenzjali.

3. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu r-rapport tagħhom ta' sorveljanza ta' kull xhar lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15-il jum tax-xhar ta' wara t-tmiem tal-perjodu li dwaru jkun qiegħed isir ir-rapport.

4. L-informazzjoni kkomunikata minn Stati Membri individwali għandha tkun ittrattata bħala kunfidenzjali."

;

5. dan il-paragrafu li ġej għandu jkun magħdud ma' l-Artikolu 417:

"It-tiketta li għaliha hemm referenza fl-ewwel paragrafu tista' tkun mibdula b'kull timbru li jirriproduċi l-piktogramma murija fl-Anness 58 b'linka ħadra.";

6. l-Artikolu 426 għandu jkun mibdul b'dan it-test li ġej:

"L-Artikolu 426

Meta l-proċedura transita tal-Komunità tkun tapplika, formalitajiet taħt dik il-proċedura għandhom ikunu ssimplifikatai b'mod konformi ma' l-Artikoli 427 sa 442 għall-oġġetti li jiġu mġarra minn kumpaniji tal-ferrovija f'containers kbar li jużaw intrapriżi tat-trasport bħala intermedjarji, koperti b'noti ta' trasferiment li għalihom hemm referenza bħala "noti ta' trasferiment TR";. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinkludu it-tagħbija tal-konsenji bl-intrapriżi tat-trasport li jużaw metodi ta' trasport apparti minn dawk tal-ferrovija, lejn l-eqreb stazzjon addattat tal-ferrovija sal-punt tat-tagħbija u mill-istazzjoni xieraq tal-ferrovija lejn il-punt tal-ħatt, u kull trasport bil-baħar matul il-korsa taċ-ċaqlieq bejn dawk iż-żewġ stazzjonijiet.";

7. is-segwenti punt 5 għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 427:

"5. "l-eqreb stazzjoni addattat tal-ferrovija"; jfisser kull stazzjon tal-ferrovija jew l-eqreb terminus lejn il-punt tat-tgħabija jew ħatt, li jkun mgħammar biex jimmaniġja containers kbar kif imfissra f'punt 2.";

8. dan is-segwenti paragrafu għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 432:

"It-tiketta li għaliha hemm referenza fl-ewwel paragrafu tista' tkun mibdula b'kull timbru li jirriproduċi l-piktogramma murija fl-Anness 58 b'inka ħadra.";

9. it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 801 għandu jkun imħassar;

10. l-Artikolu 840(1)(a) għandu jkun mibdul b'dan it-test li ġej:

"(a) iż-żoni ħielsa eżistenti u operabbli fil-Komunità.";

11. dawn is-segwenti punti 8 u 9 għandhom ikunu miżjuda ma' l-Artikolu 859:

"8. fil-każ ta' l-oġġetti eliġibli mar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għall-ħelsien totali jew parzjali mid-dazji ta' l-importazzjoni li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 145 tal-Kodiċi, l-eżistenza ta' waħda mis-sitwazzjonijiet li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 204(1)(a) jew (b) tal-Kodiċi waqt li l-oġġetti kkonċernati jkunu jinstabu fħażna temporanja jew taħt kull proċedura oħra doganali qabel ma jkunu rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa;

9. fil-każ ta' l-operazzjonijiet ta' ipproċessar 'il ġewwa mwettqa fuq bażi kontinwa, in-nuqqas tat-talba għal rinovament ta' l-awtoriżazzjoni rekwiżita anki jekk il-kondizzjonijiet għal ħruġ tagħha jkunu ġew milħuqa.";

12. l-Artikolu 900 għandhu jkun emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, dan is-sottoparagrafu li ġej huwa mdaħħal bejn it-tieni u t-tielet sottoparagrafi:

"Madankollu, rigward dawk il-każi li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1(g), (i) u (l), l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet tista', jekk mitluba, tippermeti l-esportazzjoni mill-ġdid ta' l-oġġetti biex ikunu mibdula billi tqegħdhom taħt arranġamenti ta' magażinaġġ doganali, jew f'kull żona ħielsa jew magażinaġġ ħieles.";

(b) fil-paragrafu 3, "u (i)" hija mħassra;

13. l-Anness 77 għandu jkun emendat b'mod konformi ma' l-Anness I hawnhekk;

14. l-Anness 78 għandu jkun emendat b'mod konformi ma' l-Anness II hawnhekk;

15. l-Anness 79 għandu jkun emendat b'mod konformi ma' l-Anness III hawnhekk;

16. l-Anness 87 għandu jkun emendat b'mod konformi ma' l-Anness IV hawnhekk;

17. l-Anness 108 għandu jkun imħassar.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Punti 1 u 4 ta' l-Artikolu 1 għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

[3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[4] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"Fl-Anness 77, it-test ta' l-ordni tan-numri 131 u 132 huwa mibdula b'dan li ġej:

Affarijiet importati | Ordni numerika | Prodotti kompensanti/b'kumpens | Kwantitá ta' prodotti kompensati ghal kull 100 kg jew affarijiet importati (kg) |

Kodici tan-NM | Deskrizzjoni | Kodici | Deskrizzjoni |

(1) | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

15091010 | Żejt vergni taż-żebbuga lampante | 131 | ex15099000ex15191990 | (a)Żejt taż-żebbuga, rfinut, jew żejt taż-żebbuga(b)Żjut aċidużi mir-raffinar | 98,00 |

15100010 | Żebbuga mhux rfinata-żejt mil-lbieba magħsura | 132 | ex15100090ex15220039ex15191990 | (a)Żejt mil-lbieba magħsura, raffinat, jew żejt mil-lbieba magħsura(b)Stearina(ċ)Żjut acidużi mir-raffinar | 95,003,00 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Fl-Anness 78, dawn il-punti li ġejjin huma miżjuda;

"5. Qamħirrum

Talba għal kumpens ekwivalenti bejn qamħirrum tal-Komunità u li mhux tal-Komunità huwa possibli biss f'dawn il-każi li ġejjin u bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. Fil-każ ta' qamħirrum għal użu ta' għalf ta' l-annimali, kumpens ekwivalenti huwa possibli kemm-il darba huwa previst li kull sistema ta' kontroll doganali tkun stabbilita biex tassigura li l-qamħirrum li ma jkunx tal-Komunità jkun fil-fatt użat għal ipproċessar f'għalf ta' l-annimali.

2. Fil-każ ta' qamħirrum użat fil-manifattura ta' lamtu u prodotti tal-lamtu, kumpens ekwivalenti huwa possibli bejn kull varjetà bl-eċċezzjoni ta' qamħirrum li jkun qawwi fil-amylopectin (qamħirrum qisu xema jew qamħirrum "bħax-xema") li huma biss ekwivalenti bejniethom infushom.

3. Fil-każ ta' qamħirrum użat fil-manifattura ta' prodotti tan-nuħħala, kumpens ekwivalenti huwa possibli bejn kull varjetà bl-eċċezzjoni ta' qamħirrum tat-tip vitreju (qamħirrum "Plata" tat-tip "Duro", qamħirrum "Flint") li huma biss ekwivalenti bejniethom infushom.

6. Żejt taż-żebbuġa

A. Talba għall-kumpens ekwivalenti hija permissibli biss fil-każi li ġejjin u b'dawn il-kondizzjonijiet:

1. Żejt taż-żebbuġa verġini

(a) Bejn żejt taż-żebbuġa extra verġini tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091090 li jikkorrespondi fid-deskrizzjoni għal punt 1(a) ta' l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1581/96 [2], u żejt taż-żebbuġa extra verġini li mhux tal-Komunità ta' l-istess kodiċi NM, kemm-il darba li l-operazzjoni ta' l-ipproċessar tipproduċi żejt taż-żebbuġa extra verġini li jidħol fl-istess kodiċi NM u jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-imsemmi punt 1(a).

(b) Bejn żejt taż-żebbuġa verġini tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091090 li jikkorrespondi fid-deskrizzjoni għal punt 1(b) ta' l-Anness għal Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE u żejt taż-żebbuġa verġini li mhux tal-Komunità ta' l-istess kodiċi NM, kemm-il darba li l-operazzjoni ta' l-ipproċessar tipproduċi żejt taż-żebbuġa verġini li jidħol fl-istess kodiċi NM u jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-imsemmi punt 1(b).

(ċ) Bejn żejt taż-żebbuġa ordinarju tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091090 li jikkorrispondi fid-deskrizjoni f'punt 1(ċ) ta' l-Anness ta' Regolament Nru 136/66/KEE u żejt taż-żebbuġa verġni li mhux tal-Komunità ta' l-istess kodiċi NM, kemm-il darba li l-prodott li jikumpensa jkun:

- żejt taż-żebbuġa raffinat li jidħol fil-kodiċi NM 15099000 li jikkorrespondi għad-deskrizzjoni f'punt 2 ta' l-Anness imsemmi hawn fuq,

- żejt taż-żebbuġa li jidħol fil-kodiċi NM 15099000 li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni f'punt 3 ta' l-imsemmi l-Anness u li jkun akwistat b'taħlit ma' żejt verġini tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091090.

(d) Bejn żejt taż-żebbuġa lampanti tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091010 li jikkorispondi fid-deskrizzjoni f'punt 1(d) ta' l-Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE u żejt taż-żebbuġa lampanti li mhux tal-Komunità ta' l-istess kodiċi NM, kemm-il darba li l-prodott li jikkumpensa jkun:

- żejt taż-żebbuġa raffinat li jidħol fil-kodiċi NM 15099000 li jikkorrespondi għad-deskrizzjoni f'punt 2 ta' l-Anness imsemmi hawn fuq, jew

- żejt taż-żebbuġa li jidħol fil-kodiċi NM 15099000 li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni f'punt 3 ta' l-imsemmil-Anness u li jkun akwistat b'taħlit ma' żejt verġini tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091090.

2. Żejt taż-żebbuġa pomaċi

Bejn żejt taż-żebbuġa pomaċi nhux raffinat tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15100010 li jikkorrespondi mad-deskrizzjoni f'punt 4 ta' l-Anness ta' Regolament Nru 136/66/KEE u ma żejt taż-żebbuġa pomaċi mhux raffinat li mhux tal-Komunità ta' l-istess kodiċi NM, kemm-il darba l-prodott li jikkumpensa ż-żejt taż-żebbuġa pomaċi jidħol fl-istess kodiċi NM 15100090 u jikkorrispondi għad-deskrizzjoni f'punt 6 ta' l-imsemmi l-Anness ikun akkwistat b'taħlit ma żejt taż-żebbuġa verġini tal-Komunità li jidħol fil-kodiċi NM 15091090.

B. It-taħlit li għaliħ hemm referenza f'punt A.1(ċ) tieni inċiż u (d) tieni inċiż u punt A.2, ma żejt taż-żebbuġa vergini mhux tal-Komunità, użat f'kull manjiera identika, jkun awtoriżżat biss meta l-arranġamenti għal superviżjoni tal-proċedura jkunu rranġanti b'tali manjera li jagħmluha possibli li tkun identifikata l-proporzjon ta' żejt taż-żebbuġa verġini mhux tal-Komunità fit-total ta' żejt imħallat esportat.

Ċ. Il-prodotti kumpensanti għandhom jitqiegħu mmedjetament fl-ippakkjar ta' 220 litri jew anqas. Bħala derogazzjoni, fil-każ ta' containers mifthema ta' 20 tunnellata massimu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu l-esportazzjoni taż-żjut misjuba fil-punti preċedenti bil-kondizzjonijiet li jkun hemm kontroll sistematiku tal-kwalità u l-kwantità tal-prodott esportat.

D. Ekwivalenza għandha tkun ivverifikata bl-użu ta' rekords kummerċjali biex jiġu vverifikati l-kwantità ta' żjut użati għal taħlit u, għall-iskop ta' verifika l-kwalità ikkonċernata, billi jitqabblu l-karatteristiċi tekniċi ta' kampjuni ta' żejt mhux tal-Komunità meħud meta kien imdaħħal għal proċedura mal-karatteristiċi tekniċi tal-kampjuni taż-żejt tal-Komunità użat meta l-prodott li jikkumpensa kkonċernat ġie ipproċessat kontra l-karatteristiċi tekniċi tal-kampjuni meħuda filwaqt attwali ta' l-esportazzjoni tal-prodott li jikkumpensa fil-punt tal-ħruġ.

Kampjuni għandhom jittieħdu b' mod konformi mal-istandards internezzjonali EN ISO 5555 (kampjunar) u EN ISO 661 (twassil ta' kampjuni lejn laboratorji u tħejjija ta' kampjuni għal testijiet). L-analiżi għandha titwettaq b'referenza għal parametri fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2527/95 [4]."

[1] ĠU L 172, tat-30.9.1996, p. 3025/66.

[2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 11.

[3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1.

[4] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 49.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

"Fl-Anness 79, din l-ordni ta' numru 69a hija mdaħħla

Nru tas-sensiela | Kodici NM u d-deskrizzjoni tal-prodotti li jikkumpensaw | Operazzjonijiet pprocessati minn fejn dawn jirriżultaw |

| |

69a | ex28275100 | Soluzzjoni tal-potassju tal-bromid | 1,3-bromochloropropane tal-kodici NM 29034980" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

"Fl-Anness 87, dan il-punt li ġej huwa miżjud;

Nru ta' l-ordni | Kolonna 1 | Kolonna 2 |

Affarijiet li ghalihom pprocessar taħt il-kontroll doganali huwa awtorizzat | Processar li jista' jseħħ |

17 | Każijiet ("chassis") tal-magni fittjati ma' kabini, tal-kodiċi NM 87042131 | Processar f'magni tat-tifi tan-nar fittjati b'tagħmir tat-tifi tan-nar u/jew li jsalva l-ħajja, tal-kodici NM 87053000" |

--------------------------------------------------