31997R0323



Official Journal L 052 , 22/02/1997 P. 0008 - 0009


Ir-regolament tal-kummissijoni (KE) Nru 323/97

tal-21 ta' Frar 1997

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 li jniżżel standards ta' marketing għal ċerti prodotti tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3318/94 [2],u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 [3] jintroduċi b'mod partikolari kull skala ġdida ta' kategoriji ta' daqs ta' l-aringa ta' l-ispeċi Clupea harengus; billi fil-każ ta' l-aringa tal-Baltiku din l-iskala l-ġdida tistabbilixxi daqs speċifiku għall-prodotti maqbudin u meħudin ix-xatt tramuntana ta' 59° 30′ iżda ma jinkludix dik li qabel kienet tapplika għall-Baltiku kollu;

Billi din l-ommissjoni tonqos milli tieħu rendikont tal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni u bejgħ ta' l-aringi maqbuda fil-Baltiku, nofs in-nhar ta' 59° 30′; billi għalhekk għandhom jittieħdu passi biex tiġi stabbilita l-kategorija tad-daqs xieraq għal dan il-prodott ukoll permezz ta' emenda xierqa lir-Regolament (KE) Nru 2406/96;

Billi din l-emenda tikkostitwixxi kull aġġustament tekniku għall-istandards ta' marketing komuni kif hemm previst għaliha fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92;

Billi l-miżuri li hemm previst għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Maniġġjar għall-Prodotti ta' Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2406/96, l-iskala ta' kategoriji ta' daqs applikabbli għall-aringa tal-Baltiku (Clupea harengus) huwa b'dan emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15.

[3] ĠU L 334, tat-23.12.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Emenda għall-iskala ta' kategoriji ta' daqs għall-aringa Baltika

Speċi | Daqs | Kg/ħut | Numruta' ħut/kg |

Aringa (clupea barengus) | 1 | 0,25 u aktar | 4 jew anqas |

2 | 0,125 sa 0,25 | 5 sa 8 |

3 | 0,085 sa 0,125 | 9 sa 11 |

4 (a) | 0,05 sa 0,085 | 12 sa 20 |

Aringa Baltika, maqbuda u meħuda l-art, lejn in-nofs in-nhar ta' 59'o 30 | (b) | 0,036 sa 0,085 | 12 sa 27 |

Aringa Baltika, maqbuda u meħuda l-art, lejn it-tramuntana ta' 59'o 30 | 5 | 0,031 sa 0,085 | 12 sa 32 |

--------------------------------------------------