31997L0079



Official Journal L 024 , 30/01/1998 P. 0031 - 0032


Id-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE

tat-18 ta’ Diċembru 1997

li temenda d-Direttivi 71/118/KEE, 72/462/KEE, 85/73/KEE, 91/67/KEE, 91/492/KEE, 91/493/KEE, 92/45/KEE u 92/118/KEE fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE, li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [4], kienet ġiet imħassra u mibdula bid-Direttiva 97/78/KE [5];

Billi l-bdil tad-Direttiva 90/675/KEE bid-Direttiva97/78/KE għandu konsegwenzi għat-testijiet eżistenti tad-Direttivi tal-Kunsill li ġejjin:

- Id-Direttiva 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi sanitarji li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam frisk tat-tjur [6],

- Id-Direttiva 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi ta’ spezzjonijiet sanitarji u veterinarji waqt l-importazzjoni ta’ annimali tal-fart, ngħaġ, mogħoż u majjali, laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [7]

- Id-Direttiva 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 dwar l-iffinanzjar ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji u l-kontrolli koperti bid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE (emendati u kkonsolidati) [8],

- Id-Direttiva 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u annimali ta’ l-akkwakultura [9],

- Id-Direttiva 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-molluski bivalvoli ħajjin [10],

- Id-Direttiva 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd [11],

- Id-Direttiva 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar il-problemi tas-saħħa tal-pubbliku u tas-saħħa ta’ l-annimali li jirrelataw mal-qtil tal-kaċċa selvaġġa u mat-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-kaċċa selvaġġa [12],

- Id-Direttiva 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li ma jkunux suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) li jinsab mad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE [13];

Billi għal dik ir-raġuni, dawk id-Direttivi għandhom jinġiebu f’konformità mat-test tad-Direttiva 97/78/KE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Id-Direttiva 71/118/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

(a) fl-Artikolu 14(b)(2)(a), it-tieni sentenza għandha titħassar:

(b) fl-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar.

2. Id-Direttiva 72/462/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

(a) fl-Artikolu 31a, "l-Artikolu 17 tad-Direttiva 90/675/KEE" għandha tiġi mibdula bi "l-Artikolu 18 tad-Direttiva 97/78/KE";

(b) L-Artikolu 31 għandu jitħassar;

3. Fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 85/73/KE, "l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/675/KEE" għandha tiġi mibdula bi "l-Artikolu 23 tad-Direttiva 98/78/KE".

4. Id-Direttiva 91/67/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

(a) L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-Artikolu 23

Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi91/496/KEE u 97/78/KE għandhom jgħoddu, b’referenza partikolari għall-organizzazzjoni u s-segwitu tal-verifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati.";

(b) l-Artikolu 24 għandu jitħassar;

5. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 91/492/KEE għandu jitħassar.

6. Id-Direttiva 91/493/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

(a) fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10, "l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 90/675/KEE" għandha tinbidel bi "l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 97/78/KE";

(b) l-Artikolu 12(2) għandu jitħassar;

7. Id-Direttiva 92/45/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

(a) l-Artikolu 17(2) għandu jitħassar;

(b) it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 19 għandu jitħassar;

8. Id-Direttiva 92/118/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

(a) fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(1) "L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 90/675/KEE" għandha tinbidel bi "l-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE".

(b) l-Artikolu 12(2) għandu jitħassar;

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1999. Dawn għandhom minnufih jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 1999.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 258, tat-23.8.1997, p. 7.

[2] ĠU C 85, tas-17.3.1997, p. 76.

[3] ĠU C 66, tat-3.3.1997, p. 43.

[4] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/EC (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[5] Ara l-paġna 9 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10).

[7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/91/KE (ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 27).

[8] ĠU L 32, tal-5.2.1985, p. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[9] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/22/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 1).

[10] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/61/KE (ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 35).

[11] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10).

[12] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10).

[13] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/90/KE (ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 24).

--------------------------------------------------