31997L0068

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq

Official Journal L 059 , 27/02/1998 P. 0001 - 0086
CS.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
ET.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
HU.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
LT.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
LV.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
MT.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
PL.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
SK.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102
SL.ES Chapter 13 Volume 020 P. 17 - 102


Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta’ Diċembru 1997

dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mil-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat fil-11 ta’ Novembru 1997 mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni,

(1) Billi il-programm tal-Komunità ta’ l-istrateġija u azzjoni relatat ma’ l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli [4] jirrikonoxxi bħala prinċipju fondamentali li l-persuni kollha għandhom ikunu protetti b’mod effettiv kontra riskji tas-saħħa magħrufa mit-tniġġiż ta’ l-arja u li dan jagħmlu meħtieġ fil-kontroll partikolari ta’ l-emissjonijiet ta’ diossidu tan-nitroġenu (NO2), partikolati (PT) - duħħan iswed, u pollutanti oħrajn li jniġġsu bħal ma hu l-monossidu tal-karbonju (CO); fejn b’rigward tal-prevenzjoni ta’ formazzjoni ta’ l-ożonu troposferiku (O3) u l-impatt ta’ l-istess fuq is-saħħa u l-ambjent, l-emissjonijiet tal-prekursuri ta’ l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-idrokarburi (HC) għandhom jitnaqqsu; fejn il-ħsara ambjentali kawżata mill-aċidifikazzjoni jkollha bżonn ukoll tnaqqis inter alia fuq l-emissjoni ta’ NOx u HC;

(2) Billi il-Komunità iffirmat il-Protokoll tal-UN/ECE fuq it-tnaqqis ta’ taħlit organiku volatili (VOC) f’April ta’ l-1992 u aderiet il-Protokoll fuq it-tnaqqis ta’ NOx f’Diċembru ta’ l-1993, it-tnejn li huma huma relatati mal-Konvenzjoni dwar it-Tniġġiż fl-Arja fuq Medda Twila Trans-Fruntieri u ta’ l-1979 li ġiet approvat f’Lulju ta’ l-1982;

(3) Billi l-għan tat-tnaqqis tal-livell ta’ l-emissjonijiet tat-tniġġiż minn magni ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq u l-istabbiliment u l-operat tas-suq intern ta’ magni u makkinarju ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti bi Stat Membru individwali, u b’hekk jista’ jintlaħaq b’mod aħjar permezz ta’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li huma relatati ma’ miżuri kontra t-tniġġiż ta’ l-arja permezz ta’ magni li għandhom ikunu installati f’ makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(4) Billi investigazzjonijiet riċenti li saru mill-Kummissjoni juru li l-emissjonijiet minn magni ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq jikkonsistu fi proporzjoni serju tat-tniġġiż magħmul mill-bniedem ta’ ċerti tniġġiż atmosferiku li jagħmlu l-ħsara; billi l-kategorija ta’ magni compression-ignition li huma relatati ma’ din id-Direttiva huma responsabbli ta’ sehem konsiderevoli tat-tniġġiż ta’ l-arja permezz ta’ NOx u PT, b’mod partikolari meta mqabbel ma’ dak li ġej mis-settur tat-trasport tat-triq;

(5) Billi l-emissjonijiet minn makkinarju mhux tat-triq li joperaw mill-art armati b’magni compression-ignition, u b’mod partikolari l-emissjonijiet ta’ NOx u PT, jikkostitwixxu kawża primarja ta’ inkwinament f’dan il-qasam; billi dawn is-sorsi għandhom ikunu regolati mill-ewwel; billi, però, għandu jkun xieraq ukoll biex sussegwentiment jiġi estiż l-iskop ta’ din id-Direttiva biex jinkludi l-kontoll ta’ l-Emissjonijiet minn magni ta’ makkinarju ieħor mhux tat-triq, inklużi settijiet ta’ ġenerazzjoni trasportabbli, bażat fuq ċikli ta’ testijiet xierqa, u b’mod partikolari minn magni tal-gażolina; billi tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet tal-CO u HC jista’ jintlaħaq bit-tkabbir maħsub ta’ l-iskop ta’ din id-Direttiva biex jinkludi magni tal-gażolina;

(6) Billi l-leġislazzjoni tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet fuq magni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, biex jassiguraw livell ta’ protezzjoni ambjentali ekwivalenti għal-livell stabbilit skond din id-Direttiva, bl-istandards u ħtiġiet li huma kompletament konsistenti magħha, għandhom ikunu introdotti mill-aktar fis possibbli;

(7) Billi, fir-rigward tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni, dik l-approvazzjoni tat-tip li ttieħed, bħala metodu Ewropew, għadda t-test taż-żmien għall-approvazzjonijiet ta’ vetturi tat-triq u l-komponenti tagħhom; billi, bħala element ġdid, l-approvazzjoni ta’ magna prinċipali li tirrappreżenta grupp ta’ magni mibnija bl-użu ta’ komponenti simili skond prinċipji tal-kostruzzjoni simili, ġie introdott;

(8) Billi l-magni manifatturati skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mmarkati b’mod xieraq u notifikati lill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni; billi sabiex iżommu l-piż ta’ l-amministrazzjoni baxxa, l-ebda dati ta’ kontroll tal-magni mill-awtorità tal-manifattura tal-magni relatati ma’ ħtiġiet aktar iebsa ma hija maħsuba; billi din il-libertà għall-manifatturi tirrekjedi minn għandhom li jagħmluha eħfef għall-preparazzjoni tal-kontrolli fuq il-post mill-awtorità u jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-ippjanar tal-produzzjoni f’intervalli regolari; billi l-ħarsien assolut tan-notifika magħmula skond din il-proċedura mhix obligatorja iżda l-livell għoli ta’ ħarsien għandu jiffaċilita l-approvazzjoni tal-pjanti ta’ l-estimi ta’ l-awtoritajiet u jikkontribwixxu għal relazzjoni ta’ fiduċja miżjuda bejn il-manifatturi u l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip;

(9) Billi l-approvazzjonijiet mogħtija skond id-Direttiva 88/77/KEE [5] u bir-Regolament UN/EC 49 ta’ Serje 02, kif hu elenkat fl-Anness IV, Appendiċi II tad-Direttiva 92/53/KEE [6] huma magħrufa bħala ekwivalenti ta’ dawk meħtieġa minn din id-Direttiva fl-ewwel stadju;

(10) Billi magni li jilħqu il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u koperti bl-iskop tagħha għandhom jitħallew li jitqiegħdu fis-swieq ta’ l-Istati Membri; billi dawn il-magni ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ħtiġiet nazzjonali oħrajn dwar l-emissjonijiet; billi l-Istat Membru li qed jagħti l-approvazzjoni għandu jieħu l-miżuri tal-kontroll meħtieġa;

(11) Billi, fit-tfassil tal-proċeduri ġodda tat-testijiet u l-valuri tal-limiti, huwa meħtieġ li jittieħed kont tad-drawwiet speċifiċi ta’ l-użu ta’ dawn il-magni;

(12) Billi huwa xieraq li jkunu introdotti dawn l-istandards ġodda skond il-prinċipju ppruvat ta’ approċċ f’żewġ stadji;

(13) Billi, għall-magni ta’ saħħa prodotta għola, jidher li jintlaħaq tnaqqis sostanzjali ta’ l-emissjonijiet, għax teknoloġija eżistenti li ġiet żviluppata għal vetturi tat-toroq tista’ tintuża; billi, jittieħed kont ta’ din l-implimentazzjoni mqassma tal-ħtiġiet kien mistenni, li jibda minn l-ogħla ta’ tliet gruppi ta’ saħħa għal stadju I; billi dan il-prinċipju nżamm għal stadju II bl-eċċezzjoni tar-raba’ grupp ta’ saħħa mhux kopert bl-istadju I;

(14) Billi għal dan is-settur ta’ makkinarju għal applikazzjonijiet mhux tat-triq, li huwa regolat bħalissa u li huwa l-aktar wieħed importanti apparti minn tratturi għall-agrikoltura jekk huma mqabbla ma’ l-emissjonijiet li ġejjin mit-trasport tat-toroq, tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet jistgħu jkunu mistennija bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi minħabba, b’mod ġenerali, l-għemil tajjeb ħafna tal-magni li jaħdmu bid-diesel fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ CO u HC, il-marġini tat-titjib fir-rigward ta’ l-ammont totali li jinħareġ huwa żgħir ħafna;

(15) Billi, sabiex issir disposizzjoni għall-każ ta’ ċirkustanzi tekniċi jew ekonomiċi eċċezzjonali, proċeduri kienu integrati sabiex ikun possibbli li manifatturi jistgħu jkunu eżentati mill-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn din id-Direttiva;

(16) Billi, sabiex tkun assigurata "l-konformità mal-produzzjoni" (COP) la darba tingħata l-approvazzjoni għal magna, manifatturi għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu arranġamenti korrispondenti; billi saru disposizzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità skoperta li tistabbilixxi l-proċeduri ta’ l-informazzjoni, l-azzjonijiet korrettivi u l-proċedura ta’ koperazzjoni li għandhom jippermettu r-riżoluzjoni ta’ tilwim possibbli ta’ l-opinjonijiet bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-konformità ta’ magni ċertifikati;

(17) Billi l-intitolament ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxu ħtiġiet li jassiguraw li l-ħaddiema huma prottetti meta jkun jintuża l-makkinarju mobbli mhux tat-triq, din ma għandhiex tkun affettwata b’din id-Direttiva;

(18) Billi id-disposizzjonijiet tekniċi f’ċerti Annessi ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu supplimentati u, meta ikun meħtieġ, addattati għall-progress tekniku skond proċedura ta’ kumitat;

(19) Billi d-disposizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw li t-testijiet ta’ magni jkun skond ir-regoli ta’ prattika laboratorja tajba;

(20) Billi hemm bżonn li ssir promozzjoni tal-kummerċ globali hemm il-ħtieġa bl-armonizzar f’dan is-settur, sa kemm ikun possibbli, ta’ l-istandards ta’ l-emissjonijiet fil-Komunità ma’ dawk applikati jew ippjanati f’pajjiżi terzi;

(21) Billi huwa b’hekk meħtieġ li jkun maħsub għall-possibbiltà ta’ rikonsiderazzjoni tas-sitwazzjoni fuq il-bażi tad-disponibbiltà u l-possibbiltà ekonomika ta’ teknoloġiji ġodda u jittieħed kont tal-progress li jintlaħaq fl-implimentazzjoni tat-tieni stadju;

(22) Billi l-ftehim fuq modusvivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jikkonċernaw il-miżuri implimentati għal atti adottati skond il-proċeduri elenkata fl-Artikolu 189b tat-Trattat intlaħaq fl-20 ta’ Diċembru 1994 [7];

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettivi

Din id-Direttiva għandha l-għan ta’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-istandards ta’ l-emissjoni u l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal magni li se jkunu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq. Għandha tikkontribwixxi għal funzjoni tas-suq intern mingħajr xkiel, waqt li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

- makkinarju mobbli mhux tat-triq għandu jfisser kwalunkwe makkinarju mobbli, mhux maħsub għall-użu tat-trasportazzjoni ta’ passiġġieri - jew ta’ merkanzija - fit-triq, li fih magna ta’ kombustjoni interna hija installata kif speċifikat fl-Anness I tas-Sezzjoni 1,

- l-approvazzjoni tat-tip għandha tfisser il-proċedura li permezz tagħha Stat Membru jiċċertifika li magna ta’ kombustjoni interna tat-tip jew familja ta’ magni b’rigward il-livell ta’ l-emissjoni tat-tniġġiż tal-gass u tal-partikolati mill-magna(i), jissodisfa l-ħtiġiet tekniċi meħtieġa ta’ din id-Direttiva,

- it-tip tal-magna għandu jfisser il-kategorija ta’ magni li ma humiex differenti f’tali karatteristiċi essenzjali tal-magna kif hemm speċifikat fl-Anness II, Appendiċi 1,

- familja ta’ magni għandha tfisser l-ġbir flimkien fi grupp ta’ magni tal-manifatturi, permezz tad-disinn tagħhom, huma mistennija li jkollhom karatteristiċi simili ta’ l-emissjonijiet u li jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva,

- magna prinċipali għandha tfisser magna magħżula minn familja ta’ magni b’tali mod li tilħaq il-ħtiġiet elenkati fis-sezzjonijiet 6 u 7 ta’ l-Anness I,

- is-saħħa prodotta tal-magna għandha tfisser is-saħħa netta kif hu speċifikat fis-sezzjoni 2.4 ta’ l-Anness I,

- id-data tal-produzzjoni ta’ magna għandha tfisser il-jum meta l-magna tgħaddi l-aħħar verifika wara li tkun telqet mil-linja tal-produzzjoni. F’dan l-istadju l-magna hija lesta li titwassal jew li titqiegħed fil-ħażna,

- tqegħid fis-suq għandu jfisser l-azzjoni li jagħmel disponibbli fis-suq tal-Komunità, għall-ħlas jew b’xejn, prodott kopert b’din id-Direttiva, bl-għan tad-distribuzzjoni u/jew l-użu fil-Komunità,

- manifattur għandu jfisser il-persuna jew l-entità li hija responsabbli lejn l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta’ l-approvazzjoni tat-tip u għall-assigurazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni. Ma huwiex essenzjali li l-persuna jew l-entità jkunu nvoluti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-magna,

- l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tfisser l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru jew l-awtoritajiet responabbli għall-aspetti kollha ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ magna jew ta’ familja ta’ magni, għall-ħruġ jew ir-revoka ta’ ċertifikati ta’ l-approvazzjoni li jservu bħala l-punt tal-kuntatt ma’ l-awtoriatjiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra, u għall-verifika tal-konformità ta’ l-arranġamenti tal-produzzjoni tal-manifattur,

- servizzi tekniku għandu jfisser l-organizazzjoni(jiet) jew entità(jiet) li kien(u) maħtura bħala laboratorju tat-testijiet biex iwettqu t-testijiet jew ispezzjonijiet f’isem l-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru. Din il-funzjoni tista’ ssir ukoll mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni nnifisha,

- dokument ta’ l-informazzjoni għandu jfisser id-dokument kif muri fl-Anness II li jippreskrivi l-informazzjoni li għandha tingħata mill-applikant,

- folder ta’ l-informazzjoni għandu jfisser il-folder totali jew file tad-dettalji, tpinġijiet, ritratti, eċċ. provduti mill-applikant lis-servizz tekniku jew lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni kif hu preskritt fid-dokument ta’ l-informazzjoni,

- pakkett ta’ l-informazzjoni għandu jfisser folder ta’ l-informazzjoni u kull rapport tat-testijiet jew dokumenti oħra li s-servizz tekniku jew l-awtorità ta’ l-approvazzjoni żied mal-folder ta’ l-informazzjoni fil-kors ta’ l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha,

- indiċi tal-pakkett ta’ l-informazzjoni għandha tfisser id-dokument li fih il-kontenuti tal-pakkett ta’ l-informazzjoni, innumerati b’mod xieraq jew immarkat b’mod ieħor biex ikun possibbli li kull paġna tkun identifikata b’mod ċar, huma elenkati.

Artikolu 3

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-magna jew tal-familja tal-magni għandha tkun ippreżentata mill-manifattur lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru. Applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’folder ta’ l-informazzjoni, li l-kontenut tagħha huwa mogħti fid-dokument ta’ l-informazzjoni fl-Anness II. Magna li tkun konformi mal-karatteristiċi tat-tip tal-magna deskritta fl-Anness II, Appendiċi 1, għandha tkun preżentata lis-servizz tekniku responsabbli sabiex iwettaq it-testijiet.

2. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ familja tal-magni, jekk l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tiddetermina li, rigward il-magna prinċipali magħżula, l-applikazzjoni preżentata ma tirrappreżentax kompletament il-familja tal-magni deskritta fl-Anness II, Appendiċi 2, magna prinċipali alternattiva u, jekk ikun meħtieġ, magna prinċipali addizzjonali li tkun determinata mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tkun provduta għall-approvazzjoni skond il-paragrafu 1.

3. L-ebda applikazzjoni fir-rigward ta’ tip wieħed tal-magni jew familja ta’ magni ma tista’ tkun ippreżentata lil aktar minn Stat Membru wieħed. Applikazzjoni separata għandha tkun preżentata għal kull tip ta’ magna jew familja ta’ magna biex tkun approvata.

Artikolu 4

Proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip

1. L-Istat Membru li jirċievi l-applikazzjoni għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip lit-tipi kollha ta’ magni jew familji ta’ magni li huma konformi mal-partikolaritajiet fil-folder ta’ l-informazzjoni u li jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2. L-Istat Membru għandu jimla t-taqsimiet kollha applikabbli taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, il-mudell li hemm mogħti fl-Anness VI, għal kull tip ta’ magna jew familja ta’ magni li jkun approva u għandu jiġbor jew jivverifika l-kontenut ta’ l-indiċi tal-pakkett ta’ l-informazzjoni. Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandhom inkunu numerati skond il-metodu deskritt fl-Anness VII. Iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip mimli u dawk mhemuża miegħu għandhom ikunu mibgħuta lill-applikant.

3. Meta l-magna biex tkun approvata tilħaq il-funzjoni jew toffri fattur speċifiku biss flimkien ma’ partijiet oħra ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq, u għal din ir-raġuni l-konformità ta’ wieħed jew aktar mill-ħtiġiet jista’ jkun ivverifikat biss meta l-magna għall-approvazzjoni topera flimkien mal-partijiet l-oħrajn tal-makkinarju, sew jekk humiex reali jew simulattivi, l-iskop ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-magna(i) għandu jkun ristrett kif xieraq. Iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ magna jew familja ta’ magni għandu għalhekk jinkludi xi restrizzjonijiet dwar l-użu tieġħu u għandu jindika l-kondizzjoniiet għall-immuntar tagħha.

4. L-approvazzjoni ta’ l-awtorità għall-kull Stat Membru għandha:

(a) tibgħat lill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri kull xahar lista (li jkun fiha l-partikolaritajiet li jidhru fl-Anness VIII) ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip tal-magna u tal-familja ta’ magni li tkun tat, irrifjutat li tagħti jew li rrevokat matul dak ix-xaħar;

(b) malli tirċievi talba minn awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru ieħor, tibgħat minnufih:

- kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-magna jew tal-familja ta’ magni bi/mingħajr il-pakkett ta’ l-informazzjoni għal kull tip ta’ magna jew fmailja ta’ magni li kienu approvati jew irrifjutat li tapprova jew li rrevokat l-apporvazzjoni, jew/u

- il-lista ta’ magni manifatturati skond l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija, kif hemm deskritt fl-Artikolu 6(3), li fih il-partikolaritajiet murija fl-Anness IX, u/jew

- kopja tad-dikjarazzjoni deskritta fl-Artikolu 6(4).

5. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ kull Stat Membru għandha ta’ kull sena, jew ukoll malli tirċievi applikazzjoni korrispondenti, tibgħat lill-Kummissjoni kopja tal-folja tad-dettalji kif hemm muri fl-Anness X relatat mal-magni approvati sa minn meta saret l-aħħar notifika.

Artikolu 5

Emendi għall-approvazzjonijiet

1. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura li jkun informat b’kull tibdil fil-partikolaritajiet li jidhru fil-pakkett ta’ l-informazzjoni.

2. L-applikazzjoni għall-emendi jew l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun preżentata esklussivament lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

3. Jekk partikolaritajiet li jidhru fil-pakkett ta’ l-informazzjoni inbidlu, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru f’dak il-każ għandha:

- toħroġ paġna(i) riveduta/i tal-pakkett ta’ l-informazzjoni kif ikun meħtieġ, timmarka kull paġna riveduta biex turi, b’mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Kull meta paġni riveduti jkunu maħruġa l-indiċi tal-pakkett ta’ l-informazzjoni (li hu mwaħħal maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip) għandu jkun emendat biex juri l-aħħar dati tal-paġni riveduti, u

- joħroġ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip rivedut (denotat b’numru ta’ l-estensjoni) jekk xi informazzjoni fuqha (esklużi dawk imwaħħla magħha) tinbidel jew l-istandards ta’ din id-Direttiva jinbidlu mid-data kurrenti li jkun hemm fuq l-approvazzjoni. Iċ-ċertifikat rivedut għandu juri b’mod ċar r-raġuni tar-reviżjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid.

Jekk l-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru f’dak il-każ issib li emenda lill-pakkett ta’ l-informazzjoni jistħoqilha testijiet jew verifiki mill-ġdid, għandha tinfomra lill-manifattur b’dan u toħroġ id-dokumenti msemmija hawn biss wara li twettaq b’suċċess testijiet jew verifiki mill-ġdid.

Artikolu 6

Konformità

1. Il-manifattur għandu jwaħħal ma’ kull unità manifatturata b’konformità mat-tip approvat il-marki kif hemm definit fis-Sezzjoni 3 ta’ l-Anness I, inkluż in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

2. Meta ċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, skond l-Artikolu 4(3), jinkludi restrizzjonijet dwar l-użu, il-manifattur għandu jipproduċi ma’ kull unità manifatturata, informazzjoni dettaljata dwar dawn ir-restrizzjonijiet u għandu jindika l-kondizzjonijiet kollha għat-twaħħil tagħha. Meta serje ta’ tipi ta’ magni hu mogħti lill-manifattur wieħed ta’ makkinarju, huwa suffiċjenti li hu jkun provdut b’dokument wieħed biss minn dawn, mhux aktar tard mid-data tal-forniment ta’ l-ewwel magna, li addizzjonalment telenka n-numri ta’ l-identifikazzjoni relevanti tal-magni.

3. Il-manifattur għandu mat-talba ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, fi żmien 45 ġurnata wara l-aħħar ta’ kull sena kalendarja, u mingħajr dewmien wara kull data ta’ l-applikazzjoni meta l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jinbidlu, u immedjatament wara kull data addizzjonali li tista’ tistipula l-awtorità, lista li fih is-selezzjoni ta’ numri ta’ l-identifikazzjoni ta’ kull magna tat-tip manifatturata skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva minn meta sar l-aħħar rapport, jew minn meta l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva kienu applikabbli għall-ewwel darba. Meta ma jkunx ikkjarifikat mis-sistema tal-kodiċi tal-magni, din il-lista għandha tispeċifika l-korrelazzjonijiet tan-numri ta’ l-identifikazzjoni li jikkorripondu mat-tipi tal-magni jew tal-familji ta’ magni u man-numri ta’ l-approvazzjoni tat-tip. B’żieda ma’ dan, din il-lista għandu jkollha informazzjoni partikolari jekk il-manifattur jieqaf jipproduċi l-magna tat-tip jew il-familja ta’ magni approvati. Meta din il-lista mhijiex meħtieġa li tintbagħat b’mod regolari lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, il-manifattur għandu jżomm dawn id-dettalji għal perjodu ta’ mill-anqas 20 sena.

4. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, fi żmien 45 ġurnata wara l-aħħar ta’ kull sena kalendarja u f’kull data ta’ l-applikazzjoni li hemm referut dwarha fl-Artikolu 9, dikjarazzjoni li tispeċifika t-tipi tal-magni u l-familji ta’ magni flimkien tal-kodiċi relevanti ta’ l-identifikazzjoni għal dawk il-magni li bi ħsiebu jipproduċi minn dik il-ġurnata ’l quddiem.

Artikolu 7

Aċċettazzjoni ta’ l-approvazzjonijiet ekwivalenti

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni, jistgħu jirrikonoxxu l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet u d-disposizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ magni stabbilit f’din id-Direttiva u l-proċeduri stabbiliti bir-regolamenti internazzjonali jew bir-regolamenti ta’ pajjiżi terzi, f’dan il-qafas ta’ ftehim multilaterali jew bilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

2. L-approvazzjonijiet tat-tip skond id-Direttiva 88/77/KEE li huma konformi ma’ l-istadji A jew B, kif hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 2 u fis-Sezzjoni 6.2.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 91/542/KEE [8], u, meta applikabbli, il-marki ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istess għandhom ikunu aċċettati għal stadju I li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva. Din il-validità għandha tintemm b’effett mill-implimentazzjoni mandatorja ta’ l-istadju II li hemm provediment dwaru fl-Artikolu 9(3) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 8

Reġistrazzjoni u tqegħid fis-suq

1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw reġistrazzjoni, meta applikabbli, jew it-tqegħid fis-suq ta’ magni ġodda, sew jekk humiex diġà installati f’makkinarju jew le, li jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu biss jippermettu r-reġistrazzjoni, meta applikabbli, jew it-tqegħid fis-suq ta’ magni ġodda, sew jekk humiex diġà installati f’makkinarju jew le, li jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

3. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip għandha tieħu l-miżuri meħtieġa relatati ma’ dik l-approvazzjoni biex tirreġistra u tikkontrolla, jekk hemm bżonn bil-koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn, in-numri ta’ l-identifikazzjoni ta’ dawk il-magni manifatturati b’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

4. Kontroll addizzjonali tan-numri ta’ l-identifikazzjoni jistgħu jsiru flimkien mal-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni kif hemm deskritt fl-Artikolu 11.

5. F’dak li jikkonċerna l-kontroll tan-numri ta’ l-identifikazzjoni, il-manifattur jew l-aġenti tiegħu stabbiliti fil-Komunità, għandu jagħti mingħajr dewmien, mat-talba, lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni responsabbli, l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata max-xerrejja tiegħu/tagħhom flimkien man-numri ta’ l-identifikazzjoni tal-magni rapportati li kienu prodotti skond l-Artikolu 6(3). Meta magni jinbigħu lill-manifattur tal-makkinarju, mhix meħtieġa aktar informazzjoni.

6. Jekk, mat-talba ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni, il-manifattur ma huwiex kapaċi li jivverifika li l-ħtiġiet kif speċifikati fl-Artikolu 6 partikolarment b’rabta mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tal-magna tat-tip jew tal-familja ta’ magni korrispondenti ma’ din id-Direttiva tista’ tkun revokata. Il-proċedura ta’ l-informazzjoni għandha ssir kif hemm deskritt fl-Artikolu 12(4).

Artikolu 9

Orarju

1. L-GĦOTI TA’ APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP

2. APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP STADJU I

(KATEGORIJI TA’ MAGNI A/B/Ċ)

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ magna jew familja ta’ magni u li joħorġu d-dokument kif deskritt fl-Anness VI, u għandhom jirrifjutaw l-għoti ta’ kull tip ieħor ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih hemm magna installata:

wara t-30 ta’ Ġunju 1998 għal magni li għandhom saħħa prodotta ta’ potenza:

—A: | 130kW ≤ P ≤ 560kW, |

—B | 75 kW ≤ P < 130kW, |

—Ċ: | 37 kW ≤ P < 75 kW, |

Jekk il-magna tonqos milli tilħaq il-ħtiġiet speċifikati f’din id-Direttiva u meta l-emmissjonijiet tal-gass u tal-partikulati ta’ tniġġiż mill-magna ma jilħqux il-valuri tal-limiti stabbiliti fit-tabella fis-Sezzjoni 4.2.1 ta’ l-Anness I.

3. APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP STADJU II

(KATEGORIJI TAL-MAGNI: D, E, F, G)

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ magna jew familja ta’ magni u li joħorġu d-dokument kif deskritt fl-Anness VI, u għandhom jirrifjutaw l-għoti ta’ kull tip ieħor ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal makkinarju mobbli mhux tat-triq li fiha hemm magna installata:

—D: | wara l-31 ta’ Diċembru 1999 għal magni li għandhom output ta’ potenza ta’: 18 kW ≤ P < 37 kW, |

—E: | wara l-31 ta’ Diċembru 2000 għal magni li għandhom output ta’ potenza ta’: 130 kW ≤ P < 560 kW, |

—F: | wara l-31 ta’ Diċembru 2001 għal magni li għandhom output ta’ potenza ta’: 75 kW ≤ P < 130 kW, |

—G: | wara t-31 ta’ Diċembru 2002 għal magni li għandhom output ta’ potenza ta’: 37 kW ≤ P < 75 kW, |

Jekk il-magna ma jirnexxilhiex tilħaq il-ħtiġiet speċifikati f’din id-Direttiva u meta l-emmissjjonijiet tal-gass u tal-partikulati tat-tniġġiż mill-magna ma jilħqux il-valuri tal-limiti stabbiliti fit-tabella fis-Sezzjoni 4.2.3 ta’ l-Anness I.

4. REĠISTRAZZJONI U TQEGĦID FIS-SUQ: DATI TAL-PRODUZZJONI TAL-MAGNI

Stadju 1

- kategorija A: 31 ta’ Diċembru 1998

- kategorija B: 31 ta’ Diċembru 1998

- kategorija Ċ: 31 ta’ Marzu 1999

Stadju II

- kategorija D: 31 ta’ Diċembru 2000

- kategorija E: 31 ta’ Diċembru 2001

- kategorija F: 31 ta’ Diċembru 2002

- kategorija Ġ: 31 ta’ Diċembru 2003

Artikolu 10

Eżenzjonijiet u proċeduri alternattivi

1. Il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 8(1) u (2) u ta’ l-Artikolu 9(4) ma japplikkawx għal:

- magni għall-użu mis-servizzi armati,

- magni eżentati skond il-paragrafu 2.

2. Kull Stat Membru jista’, mat-talba tal-manifattur, jeżenta magni ta’ l-aħħar tas-serje li għadhom fl-imħażen, jew ħażniet ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-rigward tal-magni tagħhom, mil-limitu(i) taż-żmien għat-tqegħid tagħhom fis-suq kif stabbilit fl-Artikolu 9(4) skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-manifattur għandu jippreżenta l-applikazzjoni lill-awtoritajiet ta’ l-apporvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru li jkun approva t-tip(i) tal-magna jew tal-familja(i) ta’ magni korrispondenti qabel id-dħul fis-seħħ tal-limitu(i) taż-żmien,

- l-applikazzjoni tal-manifattur għandha tinkludi lista kif hemm definit fl-Artikolu 6(3) ta’ dawk il-magni ġodda li ma humiex imdaħħla fis-suq sal-limitu(i) taż-żmien; f’każ ta’ magni koperti b’din id-Direttiva għall-ewwel darba, għandu jissottometti l-applikazzjoni lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ dak l-Istat Membru ta’ fejn huma maħżuna l-magni,

- it-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi fuq hiex huma bbażati,

- il-magni għandhom ikunu konformi mat-tip jew familja li għaliha l-approvazzjoni tat-tip ma għadhiex valida, jew li ma kellhiex bżonn ta’ l-approvazzjoni tat-tip qabel, iżda li ġew prodotti skond il-limitu(i) taż-żmien,

- il-magni għandhom ikunu maħżuna fiżikament fil-Komunità fil-limitu(i) taż-żmien,

- in-numru massimu ta’ magni ġodda ta’ tip wieħed jew iżjed imdaħħla fis-suq f’kull Stat Membru bl-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni ma jistaz jeċċedi l-10 % tal-magni ġodda tat-tipi kollha konċernati mdaħħla fis-suq ta’ dak l-Istat Membru fis-sena ta’ qabel,

- jekk it-talba tiġi aċċettata mill-Istat Membru, dan ta’ l-aħħar għandu, f’temp ta’ xahar, jibgħat lill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn partikolaritajiet ta’, u r-raġunijiet għalfejn l-eżenzjonijiet ingħataw lill-manifattur,

- l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjonijiet skond dan l-Artikolu għandu jkun responsabbli biex jassigura li l-manifattur iħares l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti tiegħu,

- l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha toħroġ għal kull magna bħal dawn ċertifikat tal-konformità li fuq liema tkun saret id-daħla speċjali. Jekk applikabbli, dokument konsolidat jista’ jintuża li jkun fih in-numri ta’ l-identifikazzjoni kollha tal-magna,

- L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull sena lista ta’ l-eżenzjonijet mogħtija li tispeċifika r-raġunijiet.

Din l-għażla għandha tkun limitata għal perjodu ta’ 12-il xahar mid-data minn meta l-magni kienu soġġetti għal dawn il-limitu(i) għall-ewwel darba mad-dħul fis-suq.

Artikolu 11

Konformità ta’ arranġamenti tal-produzzjoni

1. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 5 ta’ l-Anness I, jekk ikun meħtieġ bil-koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn, li arranġamenti adekwati jkunu saru biex jassiguraw kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma jagħti l-approvazzjoni tat-tip.

2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 5 ta’ l-Anness I, jekk ikun meħtieġ bil-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jibqgħu li jkunu adekwati u li kull magna tal-produzzjoni li turi n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva tkompli tibqa’ konformi mad-deskrizzjoni kif hemm mogħtija fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni u fl-Annessi tagħha għat-tip ta’ magna jew tal-familja approvata.

Artikolu 12

Nuqqas ta’ konformità mat-tip jew mal-familja approvata

1. Għandu jkun hemm nuqqas ta’ konformità mat-tip jew familja approvata meta devjazzjonijet mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip u/jew il-pakkett ta’ l-informazzjoni jinstabu li jeżistu u meta dawn id-devjazzjonijiet mhumiex awtorrizzati, skond l-Artikolu 5(3), mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip.

2. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip isib li magni akkompanjati b’ċertifikat ta’ konformità jew li juru marka ta’ l-approvazzjoni ma humiex konformi mat-tip jew mal-familja li approvat, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-magni fil-produzzjoni jerġgħu jkunu konformi mat-tip jew mal-familja ta’ l-approvazzjoni. L-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru għandhom javżaw lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda li jistgħu, meta jkunu meħtieġa, jaslu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3. Jekk Stat Membru juri li magna li ġġib in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ma tkunx konformi mat-tip jew mal-familja approvata jista’ titlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ din l-approvazzjoni biex jivverifika li l-magni fil-produzzjoni jkunu konfromi mat-tip jew mal-familja approvata. Din l-azzjoni għandha tittieħed sa fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba.

4. L-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom jinfomraw lil xulxin f’temp ta’ xahar bi kwalunkwe rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip u bir-raġunijiet ta’ din il-miżura.

5. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip jikkontesta n-nuqqas tal-konformità notifikata lilu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħdmu sabiex isolvu l-kwisjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun informata u għandha, meta jkun meħtieġ, iżżomm konsultazzjonijiet xierqa għall-iskop sabiex tintlaħaq soluzzjoni.

Artikolu 13

Ħtiġiet tal-protezzjoni tal-ħaddiem

Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jaffettwaw l-intitolament ta’ l-Istati Membri biex jistabbilixxu, skond l-osservanza xierqa tat-Trattat, dawk il-ħtiġiet li huma jħossu bħala meħtieġa sabiex jassigguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu jużaw il-makkinarju riferit f’din id-Direttiva, basta li dan ma jaffettwax it-tqegħid fis-suq tal-magni f’dan il-każ.

Artikolu 14

Addattament għal progress tekniku

Xi emendi li huma meħtieġa sabiex ikunu addattati l-Annessi ta’ din id-Direttiva, bl-eżenzjoni tal-ħtiġiet kif speċifikati fis-sezzjoni 1, is-sezzjonjijiet 2.1 sa 2.8 u s-sezzjoni 4 ta’ l-Anness I, biex jieħdu kont tal-progress tekniku, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Kumitat stabbiliti skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 92/53/KEE u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Proċedura tal-kumitat

1. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta lill-kumitat, abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president tiegħu jippreskrivi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza kif stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond il-manjiera kif provduta f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota.

2. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li għandhom japplikaw minnufih.

(b) B’dankollu, jekk il-miżuri intiżi ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, dawn għandhom jiġu komunikati minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ:

- il-Kummissjoni għandha tiddiferixxi li jiġu applikati l-miżuri li tkun iddeċidiet dwarhom għal perjodu li ma jeċċedix it-tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni,

- il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel inċiż.

Artikolu 16

Awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni u servizzi tekniċi

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi li huma responsabbli għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Is-servizzi notifikati għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 92/53/KEE.

Artikolu 17

Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet administrattivi meħtieġa biez ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1998. Għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 19

Iktar tnaqqis fil-valuri ta’ l-emissjonijiet

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu, sa l-aħħar tas-sena 2000 fuq proposta li l-Kummissjoni għandha tippreżenta qabel l-aħħar ta’ l-1999, dwar aktar tnaqqis fil-limiti tal-valuri ta’ l-emissjonijiet, waqt li jieħdu kont tat-teknikalitajiet globali għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet tat-tniġġiż ta’ l-arja mill-magni li huma mkebbsa bil-kumpressjoni u s-sitwazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja.

Artikolu 20

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

J. Lahure

[1] ĠU C 328, tas-7.12.1995, pġ. 1.

[2] ĠU C 153, tat-28.3.1996, pġ. 2.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 1995 (ĠU C 308, ta’ l-20.11.1995, pġ. 29), il-posizzjoni komuni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 1997 (ĠU C 123, tal-21.4.1997, pġ. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 1997, (ĠU C 167, tat-2.7.1997, pġ. 22). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 1997 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 1997.

[4] Ir-Resoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rapreżentattivi tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tal-1 ta’ Frar 1993 (ĠU C 138, tas-17.5.1993, pġ. 1).

[5] Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri meħudha kontra l-emissjoni tal-gass tat-tniġġiż minn magni diesel għall-użu f’vetturi (ĠU L 36, tas-9.2.1988, pġ. 33). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/1/KE (ĠU L 40, tas-17.2.1996, pġ. 1).

[6] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/53/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 li temenda Direttiva 70/156/KEE dwar l-approssimazzjonijiet tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 225, ta’ l-10.8.1992, pġ. 1).

[7] ĠU C 102, ta’ l-4.4.1996, pġ. 1.

[8] ĠU L 295, tal-25.10.1991, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, SIMBOLI U ABBREVJAZZJONIJIET, MARKI TAL-MAGNI, SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET, KONFORMITÀ TA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ L-ISTUDJI TAL-PRODUZZJONI, PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA TAL-MAGNI, L-GĦAŻLA TAL-MAGNA PRINĊIPALI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għall-magni li għandhom ikunu nstallati f’makkinarju mhux tat-triq.

Din id-Direttiva ma tapplikax dwar il-magni tal-propulsjoni ta’:

- vetturi kif hemm definit fid-Direttiva 70/156/KEE [1], u fid-Direttiva 92/61/KEE [2],

- tratturi għall-agrikoltura kif hemm definit fid-Direttiva 74/150/KEE [3].

B’żieda ma dan, sabiex ikunu koperti b’din id-Direttiva, il-magni għandhom ikunu installati f’makkinarju li jilħaq il-ħtiġiet speċifiċi li ġejjin:

A. Intiżi u addattati, biex jimxu, jew li jiċċaqilu fuq l-art, bil-, jew mingħajr triq, u b’magna (C.I.) li għandha potenza netta skond is-sezzjoni 2.4 li hija għola minn 18 kW iżda mhux iżjed minn 560 kW [4] u li hija operata b’veloċità intermittenti minflok veloċità waħda konstanti.

Makkinarju, li l-magni tiegħu huma koperti b’din id-definizzjoni, jinkludu iżda mhux limitati għal:

- riggijiet industrijali tat-tħaffir, kompressuri eċċ.,

- apparat tal-kostruzzjoni inkluż apparat ta’ tagħbija bir-roti, bulldozers, apparat ta’ tagħbija tat-tip tat-tratturi (crawler tractors), apparat ta’ tagħbija tat-tip tat-trakkijiet, trakkijiet mhux tat-toroq (off-highway trucks), skavaturi idrawliċi, eċċ,

- apparat agrikolu, magni rotanti tal-ħart,

- tagħmir tal-forestrija,

- vetturi agrikoli bil-magna tagħhom (apparti milli tratturi kif definiti hawn fuq),

- tagħmir ta’ tqandil tal-materjali,

- trakkijiet fork-lifters

- tagħmir għall-manteniment tat-toroq (graders bil-magna, rombli tat-toroq, apparat għat-tlestija ta’ l-asfalt),

- tagħmir li jintuża biex jiknes il-borra,

- tagħmir għas-sostenn mill-art fl-ajruporti,

- liftijiet tal-muntanji,

- krejnijiet mobbli.

Din id-Direttiva mhix applikabbli għall-applikazzjonijiet li ġejjin:

B. vapuri

Ċ. Lokomottivi tal-ferroviji

D. Ajruplani

E. Settijiet tal-ġenerazzjoni elettrika

2. DEFINIZZJONIJIET, SIMBOLI U ABBREVJAZZJONIJIET

Għall-għan ta’ din id-Direttiva,

2.1. magni compression-ignition (C.I.) għandha tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju ta’ compression-ignition (e.g. magna diesel);

2.2. tniġġiż gassuż għandu jfisser il-monossidu tal-karbonju, l-idrokarburi (bl-ipoteżi tar-rata ta’ C1: H1.85) u ossidi tan-nitroġenu, dak l-aħħar imsemmi għandu jkun espress fl-ekwivalenti tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2);

2.3. partikolati tat-tniġġiż għandhom ifissru kull materjal miġbur fuq medja speċifika wara li l-gass ta’ l-exhaust tal-magna C.I. jkun ġie mnaddaf b’arja iffiltrata sabiex it-temperatura ma teċċedix 325 K (52 °C);

2.4. il-potenza netta għandha tfisser il-potenza ‘KEE kW’ miksuba fuq il-bank tat-test fit-tarf tal-crankshaft, jew l-ekwivalenti tiegħu, imkejla skond il-metodu tal-KEE jew il-kejl tal-potenza ta’ magni tal-kombustjoni interni għal vetturi tat-triq kif elenkati fid-Direttiva 80/1269/KEE [5], apparti li l-potenza tal-fann li jkessaħ il-magna tkun eskluża [6] u l-kondizzjonijiet tat-test u l-karburant tar-referenza speċifikat fid-Direttiva jkunu osservati;

2.5. veloċità ratata għandha tfisser il-veloċità massima b’tagħbija sħiħa kif permissibbli mill-gvernatur kif speċifikat mill-manifattur;

2.6. tagħbija perċentwali għandha tfisser il-frazzjoni torque massima disponibbli fil-veloċità ta’ magna speċifika;

2.7. it-torque tal-veloċità massima għandu jfisser il-veloċità li fiha t-torque massimu jkun milħuq mill-magna, kif hu speċifikat mill-manifattur;

2.8. veloċità intermedja għandha tfisser l-veloċità tal-magna li tilħaq waħda mil-ħtiġiet li ġejjin:

- għal magni li huma disinjati biex joperaw fuq skala ta’ veloċitajiet fuq kurva tat-torque għal tagħbija sħiħa, il-veloċità intermedja għandha tkun il-veloċità massima tat-torque dikjarata jekk iseħħ bejn is-60 % u s-70 % tal-veloċità ratata,

- jekk it-torque tal-veloċià massima hija anqas minn 60 % tal-veloċità ratata, il-veloċità intermedja għandha tkun ta’ 60 % tal-veloċità ratata,

- jekk it-torque tal-veloċità massima ikun aktar minn 75 % tal-veloċità ratata, il-veloċità intermedja għandha tkun ta’ 75 % tal-veloċità ratata.

2.9. Simboli u abbrevjazzjonijiet

2.9.1. Simboli għall-parametri tat-test

Simbolu | Unità | Terminu |

Ap | m2 | Il-medda transversjali ta’ l-isokinetiċi sonda tal-kampjun |

AT | m2 | Il-medda transversjali tat-tubu ta’ l-exhaust |

aver | | Il-valuri mgħobbija medji ta’: |

m3/siegħa | —il-volum tat-tnixxiegħa |

kg/siegħa | —it-tnixxiegħa tal-massa |

C1 | — | Karbonju 1 ekwivalenti idrokarbonju |

conc | ppm Vol % | Konċentrazzjoni (bis-suffiss tal-komponent nominattiv) |

concc | ppm Vol % | Konċentrazzjoni korretta ta’ l-isfond |

concd | ppm Vol % | Konċentrazzjoni ta’ l-arja mdewba |

DF | — | Fattur tat-tidwib |

fa | — | Fattur atmosferiku tal-laboratorju |

FFH | — | Fattur speċifiku tal-karburant użat għall-kalkolazzjonijiet ta’ konċentrazzjonijiet imxarrba minn konċentrazzjonijiet xotta ta’ l-idroġenu għal relattività tal-karbonju |

GAIRW | kg/siegħa | Id-dħul tal-massa tan-nixxiegħa ta’ l-arja fuq il-bażi mxarrba |

GAIRD | kg/siegħa | Id-dħul tan-nixxiegħa tal-massa ta’ l-arja fuq il-bażi xotta |

GDILW | kg/siegħa | It-taħlil tal-massa tan-nixxiegħa ta’ l-arja fuq bażi niedja |

GEDFW | kg/siegħa | l-ekwivalenti l-massa tal-gass dilwit ta’ l-exhaust b’rata ta’ nixxiegħa fuq bażi niedja |

GEXHW | kg/siegħa | Ir-rata tal-massa tan-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust fuq bażi niedja |

GFUEL | kg/siegħa | Ir-rata tal-massa tan-nixxiegħa tal-karburanti |

GTOTW | kg/siegħa | Ir-rata tal-massa dilwita tal-gass ta’ l-exhaust fuq bażi niedja |

HREF | g/kg | Referenza tal-valur ta’ l-umdità assoluta ta’ 10,71 g/kg għall-kalukazzjoni ta’ NOx u tal-fatturi tal-korrezzjoni ta’ l-umdità tal-partikolati |

Ha | g/kg | L-umdità assoluta ta’ l-arja dieħla |

Hd | g/kg | L-umdità assoluta ta’ l-arja dilwita |

i | — | Is-subskritt li juri mezz individwali |

KH | — | Fattur tal-korrezzjoni ta’ l-umdità għal NOx |

Kp | — | Fattura tal-korrezzjoni ta’ l-umdità tal-partikolati |

KW,a | — | Fattur tal-korrezzjoni xott sa niedi ta’ l-arja dieħla |

KW,d | — | Fattur tal-korrezzjoni xott sa niedi ta’ l-arja dilwita |

KW,e | — | Fattur tal-korrezzjoni xott sa niedi tal- gass maħlil ta’ l-exhaust |

KW,r | — | Fattur tal-korrezzjoni xott sa niedi tal-gass mhux proċessat ta’ l-exhaust |

L | % | Perċentaġġ tat-torque relatat mat-torque massima għall-velocità tat-test |

Massa | g/siegħa | Is-subskritt li juri r-rata tan-nixxiegħa tal-massa ta’ l-emissjonijiet |

MDIL | kg | Il-Massa tal-kampjun dilwit ta’ l-arja li għadda mill-filtri tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati |

Md | mg | Il-massa tal-partikolati mill-kampjun dilwit ta’ l-arja |

Mf | mg | Il-massa miġbura tal-kampjun tal-partikolat |

MSAM | kg | Massa tal-kampjun iddilwit ta’ l-exhaust li għadda mill-filtri tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati |

Pa | kPa | Il-pressjoni tas-saturazzjoni tal-fwar ta’ l-arja dieħla fil-magna (ISO 3046: Psy = PSY test ambjentali) |

PB | kPa | Pressjoni barometrika totali (ISO 3046): Px = PX Pressjoni totaliambjentali tas-sit Py = PY Pressjoni totali ambjentali) |

DT | kPa | Il-pressjoni tas-saturazzjoni tal-fwar ta’ l-arja dilwita |

Ps | kPa | Pressjoni atmosferika xotta |

P | kW | Potenza, brejk mhux ikkoreġut |

PAE | kW | Il-potenza dikjarata totali assorbita minn awżiljarji mwaħħla għat-test li ma humiex meħtieġa mill-paragrafu 2.4 ta’ dan l-Anness |

PM | kW | Is-saħħa massima mkejla fil-veloċità tat-test taħt il-kondizzjonijiet tat-test (ara l-Anness VI, l-Appendiċi 1) |

Pm | kW | Saħħa mkejla f’diversi metodi tat-testijiet |

q | — | Skala tad-dilwizzjoni |

r | — | Skala ta’ arja transversjali ta’ sonda isokinetika u t-tubu ta’ l-exhaust |

Ra | % | Umdità relattiva ta’ l-arja dieħla |

Rd | % | Umdità relattiva ta’ l-arja dilwita |

Rf | — | Fattur tar-rispons ta’ l-FID |

S | kW | Settjar tad-Dinamometru |

Ta | K | Temperatrua assoluta ta’ l-arja li dieħla |

TD | K | Temperatura assoluta tal-livell tan-nida |

Tref | K | Tempertatura ta’ referenza (tal-kombustjoni ta’ l-arja:298 K) |

VAIRD | m3/siegħa | Il-volum tar-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja dieħla fuq bażi xotta |

VAIRW | m3/siegħa | Il-volum tar-rata tal-mixi ta’ l-arja dieħla fuq bażi niedja |

VDIL | m3 | Il-volum tal-kampjun ta’ arja dilwita għaddejja minn filtri tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati |

VDILW | m3/siegħa | Il-volum tar-rata tal-mixi ta’ arja dilwita fuq bażi niedja |

VEDFW | m3/siegħa | Il-volum ekwivalenti tar-rata tan-nixxiegħa tal-gass dilwit ta’ exhaust fuq bażi niedja |

VEXHD | m3/siegħa | Il-volum tar-rata tan-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust fuq bażi xotta |

VEXHW | m3/siegħa | Il-volum tar-rata tan-nixxiegħa tal-gas ta’ l-exhaust fuq bażi niedja |

VSAM | m3 | Il-volum tal-kampjun għaddej minn filtri tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati |

VTOTW | m3/siegħa | Ir-rata tal-volum tan-nixxiegħa ta’ exhaust tal-gass dilwit fuq bażi niedja |

WF | — | Fattur tal-piż |

WFE | — | Fattur effettiv tal-piż |

2.9.2 Simboli għal komponenti kimiċi

CO | Monossidu tal-Karbonju |

CO2 | Dijossidu tal-karbonju |

HC | Idrokarburi |

NOx | Ossidi tan-nitroġenu |

NO | Nitroġenu ossidat |

NO2 | Dijossidu tan-nitroġenu |

O2 | Ossiġenu |

C2H6 | Etanju |

PT | Partikolat |

DOP | Dio-otilftalat |

CH4 | Metanju |

C3H8 | Propina |

H2O | Ilma |

PTFE | Politetrafloroetilina |

2.9.3. Abbrevjazzjonijiet

FID | Ditettur tal-jonizzazzjoni tal-fjamma |

HFID | Ditettur tal-jonizzazzjoni tal-fjamma msaħħna |

NDIR | Analizzatur infra-ħamrani mhux dispersiv |

CKD | Ditettur tal-Kemiluminixxenti |

HCLD | Ditettur tal-Kemiluminixxenti imsaħħan |

PDP | Pompa tal-dispostament pożittiv |

CFV | Venturi tan-nixxiegħa kritika |

3. MARKI TAL-MAGNI

3.1. Il-magna approvata bħala unità teknika għandha turi:

3.1.1. il-marka tal-kummerċ jew l-isem id-ditta tal-manifattur tal-magna;

3.1.2. it-tip tal-magna, il-familja tal-magna (jekk applikabbli), u numru uniku ta’ l-identifikazzjoni tal-magna.

3.1.3. in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE kif hemm deskritt fl-Anness VII.

3.2. Dawn il-marki għandhom ikunu ta’ tip dewwiemi għall-ħajja utenti tal-magna u għandhom ikunu leġibbli kjarament u ma jitħassrux. Jekk jintużaw tikketti jew pjanċi, għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li b’żieda mat-twaħħil li jkun dewwiemi għall-ħajja utenti tal-magna, u t-tikketti/pjanċi ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jkunu distrutti jew sfreġjati.

3.3. Dawn il-marki għandhom ikunu mwaħħla b’mod sigur ma’ parti neċessarja għall-operazzjoni normali tal-magna u li ma tkunx normalment mibdula matul il-ħajja tal-magna.

3.3.1. Dawn il-marki għandhom jinstabu f’post biex ikunu viżibbli faċilment għall-persuna ordinarja wara li l-magna tkun kompletata bl-awżiljarji kollha tagħha meħtieġa għall-operazzjoni tal-magna.

3.3.2. Kull magna għandha tkun ipprovduta bi pjanċa supplimentari mobbli ta’ materjali dewwiemi, li għandu juri l-informazzjoni kollha indikata taħt is-Sezzjoni 3.1, li tkun f’posizzjoni, jekk neċessarja, sabiex tagħmel il-marka msemmija fis-Sezzjoni 3.1 viżibbli faċilment għall-persuna ordinarja u b’aċċess faċli meta l-magna tkun installata fil-makkinarju.

3.4. Il-mod ta’ kif ikunu kkodifikati l-magni fil-kuntest man-numri ta’ l-identifikazzjoni għandhom ikunu tali li jippermettu għad-determinazzjoni tas-sekwenza tal-produzzjoni.

3.5. Qabel ma jitilqu mil-linja tal-produzzjoni l-magni għandhom juru l-marki kollha.

3.6. Il-lokazzjoni eżatta tal-marki tal-magna għandhom ikunu dikjarati fl-Anness VI, Is-Sezzjoni 1.

4. SPEĊFIKAZZJONIJET U TESTIJIET

4.1. Ġenerali

Il-komponenti li kapaċi jaffettwaw l-emissjonijiet ta’ tniġġiż tal-gass tal-partikolati għandhom ikunu disinjati, kostrutti u armati b’tali mod sabiex jagħmluha possibbli li l-magna, fl-użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li tkun soġġetta għalihom, tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Il-miżuri tekniċi meħudha mill-manifattur għandhom ikunu tali sabiex jassiguraw li l-emissjonijiet imsemmija huma effetivament limitati, skond din id-Direttiva, matul il-ħajja normali tal-magna u f’kondizzjonijiet ta’ l-użu normali. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jitqiesu li jkunu intlaħqu jekk id-disposizzjonijiet tas-sezzjonjiet 4.2.1, 4.2.3 u 5.3.2.1 huma rispettivament imħarsa.

Jekk konvertitur katalitiku u/jew nassa għall-partikolati li jintużaw mill-manifattur juru li permezz ta’ testijiet tad-durabbiltà, li hu stess jista’ jagħmel jew skond prattika ta’ l-inġinerija tajba, u permezz ta’ reġistri korrispondenti, li dan l-apparat ta’ trattament posterjuri jista’ jkun mistenni li jiffunzjona kif suppost għall-ħajja tal-magna. Ir-reġistru għandu jkun magħmul b’konformità mas-Sezzjoni 5.2 u b’mod partikolari mas-Sezzjoni 5.2.3. Garanzija korrispondenti għandha tingħata lill-konsumatur. Sostituzzjoni sistematika ta’ l-apparat, wara ċertu żmien tat-tħaddim tal-magna, hija permissibbli. Kull aġġustament, tiswija, żarmar, tindif, jew sostituzzjoni tal-komponenti tal-magna jew tas-sistemi li jsiru fuq bażi perjodika sabiex ma jippermettux malfunzjoni tal-magna fil-kuntest ta’ wara l-apparat tat-trattament posterjuri, għandu jsir sal-punt li hu teknoloġikament meħtieġ sabiex jassiguraw funzjonament kif suppost tas-sitema tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet. Għalhekk il-ħtiġiet ta’ manteniment skedat għandu jkun inkluż fil-manwal tal-konsumatur, u għandu jkun kopert bid-disposizzjonijiet tal-garanzija msemmija hawn fuq, u approvat qabel ma tingħata l-approvazzjoni. L-estratt korrispondenti mill-manwal fir-rigward tal-manteniment/sostituzzjonijiet ta’ l-apparat tat-trattament, u għall-kondizzjonijiet tal-garanzija, għandhom ikunu inklużi fl-informazzjoni tad-dokument kif hemm elenkat fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

4.2. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjonijiet tat-tniġġiż

Il-komponenti tal-gass u l-partikolati li jintefgħu mill-magna preżentata għat-test għandhom jitkejlu bil-metodi deskritti fl-Anness V.

Sistemi oħrajn ta’ l-analizzar jistgħu jkunu aċċettati jekk iwasslu għal riżultati ekwivalenti għas-sistemi ta’ referenza li ġejjin:

- għall-emissjonijiet tal-gass imkejla fl-exhaust mhux proċessat, is-sistema li tidher fil-Figura 2 ta’ l-Anness V,

- għall-emissjonijiet tal-gass imkejla fl-exhaust dilwit ta’ sistema tan-nixxiegħa kompletament dilwita, is-sistema li tidher fil-Figura 3 ta’ l-Anness V,

- għall-emissjonijiet partikolati, is-sistema tan-nixxiegħa kompletament dilwita, li topera jew b’filtru separat għal kull mod jew b’metodu tal-filtru singolu kif jidher fil-Figura 13 ta’ l-Anness V.

Is-sistema tad-determinazzjoni ta’ l-ekwavalenza għandha tkun ibbażata fuq ċiklu ta’ seba’ testijiet (jew iżjed) korrelazzjoni bejn is-sistema fil-konsiderazzjoni u wieħed jew iktar mis-sistemi ta’ referenza msemmija hawn fuq.

Il-kriterja ta’ l-ekwivalenza hija definita bħala qbil ta’ ± 5 % tal-medji tal-valuri ta’ l-emissjonijiet taċ-ċiklu mkejla. Iċ-ċiklu li għandu jintuża għandu jkun dak mogħti fl-Anness III, is-Sezzjoni 3.6.1.

Għall-introduzzjoni ta’ sistema ġdida fid-Direttiva id-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għandha tkun ibbażata fuq il-kalkulazzjoni tal-possibbiltà ta’ ripetibbiltà u riproduċibbiltà, kif hemm deskritt fil-ISO 5725.

4.2.1. L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, l-emissjonijiet ta’ idrokarburi, l-emissjonijiet ta’ l-ossidi tan-nitroġenu u l-emissjonijiet ta’ partikolati miksuba ma għandux jeċċedi l-ammont muri fit-tabella t’hawn taħt:

Potenza netta (P) (kW) | Monossidu tal-karbonju (CO) (g/kWh) | Idrokarburi (HC) (g/kWh) | Ossidi tan-nitroġenu (NO?) (g/kWh) | Partikolati (PT) (g/kWh) |

130 ≤ P ≤ 560 | 5,0 | 1,3 | 9,2 | 0,54 |

75 ≤ P < 130 | 5,0 | 1,3 | 9,2 | 0,70 |

37 ≤ P < 75 | 6,5 | 1,3 | 9,2 | 0,85 |

4.2.2. Il-limiti ta’ l-emissjoni mogħtija fil-punt 4.2.1 huma l-limiti ta’ barra mill-magni li għandhom jintlaħqu qabel kwalunkwe apparat tat-trattament ta’ l-exhaust posterjuri.

4.2.3. L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, l-emissjonijiet ta’ idrokarburi, l-emissjonijiet ta’ l-ossidi tan-nitroġenu u l-emissjonijiet ta’ partikolati miksuba għandhom għall-istadju II ma jeċċedux l-ammonti murija fit-tabella ta’ hawn taħt:

Potenza netta (P) (kW) | Monossidu tal-karbonju (CO) (g/kWh) | Idrokarburi (HC) (g/kWh) | Ossidi tan-nitroġenu (NOx) (g/kWh) | Partikolati (PT) (g/kWh) |

130 ≤ P ≤ 560 | 5,0 | 1,0 | 6,0 | 0,2 |

75 ≤ P < 130 | 5,0 | 1,0 | 6,0 | 0,3 |

37 ≤ P < 75 | 5,0 | 1,3 | 7,0 | 0,4 |

18 ≤ P < 37 | 5,5 | 1,5 | 8,0 | 0,8 |

4.2.4. Meta, kif definit skond is-Sezzjoni 6 flimkien ma’ l-Anness II, Appendiċi 2, familja waħda ta’ magni tkopri aktar minn grupp ta’ saħħa waħda, il-valuri ta’ l-emissjonijiet tal-magna prinċipali (l-approvazzjoni tat-tip) u tat-tipi kollha fl-istess familja (COP) għandhom jilħqu l-ħtiġiet aktar iebsa ta’ l-għola grupp tas-saħħa. L-applikant għandu l-għażla sabiex jirrestrinġi d-definizzjoni ta’ familji ta’ magni għal gruppi ta’ saħħa singoli u biex b’mod korrispondenti japplika għaċ-ċertifikazzjoni.

4.3. Installazzjoni fuq makkinarju mobbli

L-installazzjoni tal-magna fuq makkinarju mobbli għandha tkun konformi mar-restrizzjonijiet elenkati fl-iskop ta’ l-approvazzjoni tat-tip. B’żieda ma’ dawn il-karatteristiċi li ġejjin fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tal-magna għandhom jintlaħqu dejjem:

4.3.1. id-dipressjoni tad-dħul ma għandhiex teċċedi dak speċifikat għall-magna approvata fl-Anness II, Appendiċi 1 jew 3 rispettivament;

4.3.2. il-pressjoni posterjuri ta’ l-exhaust ma għandhiex teċċedi dak speċifikat għall-magna approvata fl-Anness II, Appendiċi 1 jew 3 rispettivament.

5. SPEĊIFIKAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TA’ L-ISTUDJI TAL-MANIFATTURA

5.1. F’dak li jirrigwardja l-verifika ta’ l-eżistenta ta’ l-arranġamenti u l-proċeduri biex jassiguraw kontroll effettiv tal-konformità tal-manifattura qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha taċċetta wkoll ir-reġistrazzjoni tal-manifattur ma’ l-istandard armonizzat EN 29002 (li l-iskop tagħha jkopri l-magni konċernati) jew l-istandard ta’ l-akkreditazzjoni ekwivalenti li jissodisfa l-ħtiġiet. Il-manifattur għandu jipprovdi dettalji tar-reġistrazzjoni u jintrabat sabiex jinforma lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni b’kull reviżjoni tal-validità jew l-iskop tagħha. Sabiex jivverifika li l-ħtiġiet tas-Sezzjoni 4.2 huma imħarsa kontinwament, kontrolli adekwati tal-produzzjoni għandhom jsiru.

5.2. Id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

5.2.1. jassigura l-eżistenza ta’ proċeduri għal kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodott;

5.2.2. ikollu aċċess għall-apparat ta’ kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma’ kull tip approvat;

5.2.3. jassigura li d-dettalji tar-riżultati tat-testijiet huma rreġistrati u li d-dokumenti annessi għandhom jibqgħu disponnibbli għal perjodu li għandu jkun determinat bi ftehim ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni;

5.2.4. janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex jivverifika u jassigura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-magna, waqt li jippermettu għal varjazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni industrijali;

5.2.5. jassigura li kull kampjunar tal-magni jew tal-komponenti li jagħtu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip tat-test ikkonsidrat għandu jagħti lok għal kampjunar ieħor u test ieħor. Il-passi kollha meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex jerġa’ jistabbilixxi l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

5.3. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-mezzi ta’ kontrolli tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni.

5.3.1. F’kull inspezzjoni, il-kotba tat-testijiet u r-reġistri ta’ l-istudju tal-produzzjoni għandhom ikunu preżentati lill-ispettur waqt iż-żjara tiegħu.

5.3.2. Meta l-livell tal-kwalità jidher li ma huwiex sodisfaċenti jew meta jidher meħtieġ li għandha tkun ivverifikata l-validità tad-dettalji ppreżentati ma’ l-applikazzjoni tas-Sezzjoni 4.2, il-proċedura li ġejja hija adottata:

5.3.2.1. tittieħed magna mis-serje u tkun soġġetta għat-test li hemm deskritt fl-Anness III. L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, l-emissjonijiet ta’ l-idrokarburi, l-emissjonijiet ta’ l-ossidi tan-nitroġenu u l-emissjonijiet ta’ partikolati miksuba ma għandux jeċċedi l-ammonti li jidhru fit-tabella fis-Sezzjoni 4.2.1, soġġetta għal-ħtiġiet tas-Sezzjoni 4.2.2, jew dawk murija fit-tabella fis-Sezzjoni 4.2.2 rispettivament;

5.3.2.2. x

- tar-riżultati miksuba bl-istess kampjun għandha imbagħad tkun iddeterminata għal kull tinġġis. Il-produzzjoni tas-serje għandha imbagħad tkun iddeterminata jekk tkun konformi mal-kondizzjoni li ġejja:

[7]

meta:

L hu l-valur tal-limitu kif stabbilit fis-Sezzjoni 4.2.1/4.2.3 għal kull tniġġiż kkunsidrat,

k hu l-fattur statistiku li jiddependi fuq n u mogħti fit-tabella li ġejja:

n | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

k | 0,973 | 0,613 | 0,489 | 0,421 | 0,376 | 0,342 | 0,317 | 0,296 | 0,279 |

n | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 |

k | 0,265 | 0,253 | 0,242 | 0,233 | 0,224 | 0,216 | 0,210 | 0,203 | 0,198 |

k =

0,8602n

5.3.3. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni jew is-servizz tekniku resonsabbli għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni għandu jagħmel it-testijiet fuq magni li kellhom ir-run-in parzjalment jew kompletament lest, skond l-ispeċifikazzjonijet tal-manifattur.

5.3.4. Il-frekwenza normali ta’ l-ispezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun darba fis-sena. Jekk il-ħtiġiet tas-Sezzjoni 5.3.2 ma jintlaħqux, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jerġa’ jkun stabbilit il-konformità tal-manifattura malajr kemm jista’ jkun.

6. PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA TA’ MAGNI

Il-familja ta’ magni tista’ tkun definita b’parametri ta’ disin bażiku li għandu jkun komuni fil-familja. F’ċerti każi jista’ jkun hemm interazzjoni tal-parametri. Dawn l-effetti għandhom jittieħdu ukoll fil-konsiderazzjoni sabiex jassiguraw li l-magni b’karatteristiċi simili ta’ l-emissjoni ta’ l-exhaust huma inklużi fil-familja tal-magni.

Sabiex magni jkunu jistgħu jitqiesu li huma ta’ l-istess familja ta’ magni, il-lista tal-parametri li ġejjin għandhom ikunu komuni:

6.1. Ċiklu tal-kombustjoni:

- 2 ċikli

- 4 ċikli

6.2. Medjum li jkessaħ:

- arja

- ilma

- żejt

6.3. Spostament individwali taċ-ċilindri:

- magni li jkunu fi ħdan firxa totali ta’ 15 %

- n-numru ta’ ċilindri għal magni b’apparat tat-trattrament posterjuri

6.4. Il-metodu ta’ l-aspirazzjoni ta’ l-arja:

- aspirat b’mod naturali

- ikkargat bil-pressjoni

6.5. It-tip/disinn kabinett tal-kombustjoni:

- il-post ta’ qabel il-kabinett

- il-kabinett tad-tidwir

- kabinett miftuħ

6.6. Valvola u porting

- konfigurazzjoni, daqs u numru:

- cylinder head

- il-ħajt taċ-ċilindru

6.7. Sisema tal-karburanti:

- injettatur fil-linja tal-pompa

- pompa fil-linja

- il-pompa tad-distrubuzzjoni

- element singolu

- injettatur ta’ l-unità

6.8. Fatturi mixxellanji:

- riċirkulazzjoni tal-gass ta’ l-exhaust

- injezzjoni/emulżjoni ta’ l-ilma

- injezzjoni ta’ l-arja

- sistema li tkessaħ b’ċarġ

6.9. Trattament posterjuri ta’ l-exhaust

- katalista ta’ l-ossidazzjoni

- katalista tat-tnaqqis

- reattur termali

- nassa tal-partikolati

7. L-GĦAŻLA TAL-MAGNA PRINĊIPALI

7.1. Il-magna prinċipali tal-familja għandha tingħażel bl-użu tal-kriterji primarji ta’ l-għola forniment tal-karburant kull dawra fit-torque massimu dikjarat. F’każ li tnejn jew aktar magni għandhom din il-kriterja primarja komuni, il-magna prinċipali għandha tingħażel skond il-kriterja sekondarja ta’ l-għola forniment tal-karburant kull dawra fil-veloċità ratata. Taħt ċerti ċirkostanzi, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tista’ tikkonkludi li l-għar każ tar-rata ta’ l-emissjonijiet ta’ familja tista’ tkun karatterizzata b’test fuq it-tieni magna. B’hekk, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tista’ tagħżel magna addizzjonali għal test ibbażat fuq il-fatturi li jindikaw li jista’ jkollhom l-għola livelli ta’ l-emissjonijiet tal-magni fi ħdan dik il-familja.

7.2. Jekk magni fl-istess familja jinkorporaw fatturi varjabbli oħrajn li jistgħu jkunu meqjusa li jaffettwa l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, dawn il-fatturi għandhom ikunu identifikati u jittieħdu b’kont fis-selezzjoni tal-magna prinċipali.

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emandata bid-Direttiva 93/81/KEE (ĠU L 264, tat-23.10.1993, pġ. 49).

[2] ĠU L 225, ta’ l-10.8.1992, pġ. 72.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, pġ. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE (ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, pġ. 52).

[4] L-Approvazzjoni mogħtija skond ir-Regolament 49 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, serje ta’ emendi 02, corriġenda 1/2 għandha titqies ekwivalenti ta’ l-approvazzjoni mogħtija skond id-Direttiva 88/77/KEE (ara d-Direttiva 92/53/KEE, l-Anness IV, Sezzjoni II).

[5] ĠU L 375, tal-31.12.1980, pġ. 46. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/491/KEE (ĠU C 238, tal-15.8.1989, pġ. 43).

[6] Dan ifisser li, kontrarju tal-ħtiġiet tas-Sezzjoni 5.1.1.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 80/1269/KEE, il-fan li jkessaħ il-magna m’għandux ikun installat waqt it-test sabiex tkun ittestjata s-saħħa netta tal-magna; jekk għall-kuntrarju l-manifattur jagħmel it-test bil-fan installat fuq il-magna, is-saħħa assorbita mill-fan stess għandha tkun miżjuda mas-saħħa totali hekk imkejla.

[7] St2 = ∑ x − x-2n − 1 meta x hija waħda mir-riżultati individwali akwistati b’kampjun ta’ n.

--------------------------------------------------

ANNESS II

DOKUMENT TA’ L-INFORMAZZJONI Nru…

relatat ma’ l-approvazzjoni tat-tip u jirreferi għall-miżuri kontra l-emissjoni tat-tniġġiż tal-gass u l-partikolati minn magni b’combustion ignition li għandhom ikunu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq

(Id-Direttiva 97/68/KE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva../…KE)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-PROĊEDURA TAT-TEST

1. INTRODUZZJONI

1.1. Dan l-Anness jiddiskrivi l-metodu biex ikunu determinati l-emissjonijiet tal-gass u tal-partikolati tat-tniġġiż minn magni li għandhom ikunu ttestjati.

1.2. It-test għandu jitwettaq bil-magna mtella’ fuq il-bank tat-test u konnessa mad-dinamometru.

2. KONDIZZJONIJIET TAT-TESTIJIET

2.1. Ħtiġiet ġenerali

Il-volumi kollha u rati volumetrċi tan-nixxiegħa għandhom ikunu relatati ma’ 273 K (0 °Ċ) u 101,3 kPa.

2.2. Il-kondizzjonijiet tat-test tal-magna

2.2.1. It-temperatura assoluta Ta ta’ l-arja dieħla fil-magna espressa fi Kelvin, u l-pressjoni atmosferika xotta, espressa fi kPa, għandha titkejjel, u l-parametru fa għandu jkun determinat skond id-disposizzjonijiet li ġejjin:

Magni b’aspirazzjoni naturali u mekkanikament supercharged:

f

=

p

sT2980,7

Magna bi jew mingħajr it-tkessiħ tad-dħul ta’ l-arja:

f

=

p

×

T2981,5

2.2.2. Il-validità tat-test

Biex test ikun rikonoxxut bħala wieħed validu, il-parametru fa għandu jkun tali li:

0,98 ≤ f

≤ 1,02

2.2.3. Magni b’charge tat-tkessiħ ta’ l-arja

It-temperatura tal-medja tat-tkessieħ u t-temperatura taċ-charge ta’ l-arja għandhom ikunu reġistrati.

2.3. Is-sistema tad-dħul ta’ l-arja fil-magna

Il-magna tat-test għandha tkun armata b’sistema tad-dħul ta’ l-arja li tippreżenta daħla tar-restrizzjoni ta’ l-arja fil-limitu massimu speċifikat mill-manifattur għall-apparat li jnaddaf l-arja nadifa fil-kondizzjonijiet operattivi tal-magna speċifikati mill-manifattur li jirriżulta fi tnixxiegħa massima ta’ l-arja.

Sistema tal-laboratorju tat-test tista’ tkun użata, basta li l-kondizzjonijiet attwali ta’ l-operazzjoni tal-magna huma duplikati.

2.4. Sistema ta’ l-exhausttal-magna

Il-magna tat-test għandha tkun armata b’sistema ta’ l-exhaust li tirrappreżenta pressjoni posterjuri ta’ l-exhaust fin-naħa l-għolja tal-limitu speċifikat mill-manifattur għall-kondizzjonijet operattivi tal-magna b’riżultat tas-saħħa massima dikjarata.

2.5. Is-sistema li tkessaħ

Sistema li tkessaħ ta’ magna b’kapaċità suffiċjenti li żżomm il-magna f’temperaturi operattivi normali preskritti mill-manifattur.

2.6. Żejt lubrikanti

L-ispeċifikazzjonijiet għaż-żejt tal-lubrikazzjoni użat għat-test għandu jkun reġistrat u preżentat mar-riżultati tat-test.

2.7. Il-karburanti tat-test

Il-karburant għandu jkun il-karburant ta’ referenza speċifikat fl-Anness IV.

In-numru tal-kontenut tas-cetane u tal-kubrit tal-karburant tar-referenza għandu jkun reġistrat fis-sezzjonijiet 1.1.1 u 1.1.2 rispettivament ta’ l-Anness VI, Appendiċi 1.

It-temperatura tal-karburant fid-daħla tal-pompa ta’ l-injezzjoni għandha tkun 306-316 K (33-43 °Ċ).

2.8. Determinazzjoni tas-settingtad-dinamometru

Is-settings tar-restrizzjoni tad-daħla u l-pressjoni posterjuri ta’ l-exhaust għandhom ikunu aġġustati skond il-limiti l-għolja tal-manifattur, bi qbil mas-sezzjonijiet 2.3 u 2.4.

Il-valuri massimi tat-torque fil-veloċitajiet speċifikati tat-test għandhom ikunu determinati bl-esperimentazzjoni sabiex ikunu kalkolati l-valuri tat-torque għal-metodi speċifikati tat-testijiet. Għal magni li mhumiex disinjati biex joperaw fuq skala ta’ veloċità fuq kurva sħiħa tat-torque, it-torque massimu fil-veloċitajiet tat-test għandhom ikunu dikjarati mill-manifattur.

Is-setting tal-magna għal kull metodu tat-testijiet għandu jkun kalkulat skond il-formula:

S =

P

+ P

L

100

− P

AE

jekk ir-rata

P

P

≥ 0,03

il-valur tal-PAE jista’ jkun verifikat mill-awtorità teknika li tagħti l-approvazzjoni tat-tip.

3. ĠIRJA TA’ PROVA

3.1. Preparazzjoni tal-filtri li jiġbru l-kampjuni

Mill-anqas siegħa qabel it-test, kull filtru (par) għandu jitqiegħed fuq dixx petri magħluq iżda mhux issiġillat u mqiegħed f’kabinett li jkejjel il-piż għall-istabbilizzazzjoni. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ l-istabbilizzazzjoni, kull filtru (par) għandu jittieħed il-piż tiegħu u għandu jkun reġistrat il-piż mogħti mnaqqas minnu l-piż tad-dixx petri. Il-filtru (par) għandu mbagħad ikun maħżun fid-dixx petri magħluq jew taż-żamma tal-filtri sakemm ikun meħtieġ għat-test. Jekk il-filtru (par) ma jintużax f’temp ta’ tmien sigħat tat-tneħħija tiegħu mill-kabinett li fih jitkejjel il-piż, għandu jerġa’ jintiżen qabel ma jintuża.

3.2. L-installazzjoni ta’ l-apparat tal-kejl

L-istrumentazzjoni u s-sondi biex jittieħdu l-kampjuni għandhom ikunu installati kif jinħtieġ. Waqt l-użu tas-sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa kollha għad-dilwizzjoni ta’ l-exhaust, it-tubu ta’ wara għandu jkun imqabbad mas-sistema.

3.3. Il-bidu tas-sitema tad-dilwizzjoni u tal-magna

Is-sistema tad-dilwizzjoni u tal-magna għandhom jinxtegħlu u msaħħna sakemm it-temperaturi u l-pressjoni kollha jkunu stabbilizzati fit-tagħbija sħiħa u l-veloċità kalkolata (is-Sezzjoni 3.6.2).

3.4. Aġġustament tar-ratio tad-dilwizzjoni

Is-sistema ta’ l-ikkampjunar tal-partikolati għandha tibda u taħdem fuq bypass għall-metodu tal-filtru singolu (mhux obligatorju għall-metodu tal-filtri multipli). Il-livell tal-partikolati fl-isfond ta’ l-arja dilwita jista’ jkun determinat billi tgħaddi arja mill-filtri tad-dilwizzjoni. Jekk l-arja filtrata tad-dilwizzjoni tkun użata, kejl wieħed jista’ jsir f’kull ħin qabel ma, waqt, jew wara t-test. Jekk l-arja ratba ma tkunx iffiltrata, kejl ta’ mill-anqas ta’ tliet punti, wara l-bidu, qabel il-waqfien, u f’punt qrib in-nofs taċ-ċiklu, huma meħtieġa u l-valuri kalkolati fuq medja.

L-arja dilwita għandha tkun issettjata biex tintlaħaq temperatura massima tal-wiċċ tal-filtru ta’ 325 K (52 °Ċ) jew anqas f’kull metodu. Ir-rata totali tad-dilwizzjoni ma għandhiex tkun anqas minn erbgħa.

Għall-metodu ta’ filtru singolu, in-nixxiegħa tal-massa tal-kampjun mill-filtru għandha tinżamm fi proporzjoni kostanti tar-rata tan-nixxiegħa tal-massa ta’ l-exhaust iddilwit għal sistemi ta’ nixxiegħa sħiħa għall-metodi kollha. Din ir-rata tal-massa għandha tkun fi ± 5 %, apparti milli għall-ewwel 10 sekondi ta’ kull metodu għal sistemi mingħajr il-kapaċità tal-bypass. Għal sistemi ta’ dilwizzjoni ta’ nixxiegħa parzjali bil-metodu tal-filtru singolu, ir-rata tan-nixxiegħa tal-massa mill-filtru għandha tkun konstanti fi skala ta’ ± 5 % waqt kull metodu, apparti milli għall-ewwel 10 sekondi ta’ kull metodu għal sistemi mingħajr il-kapaċità tal-bypass.

Għal sistemi ta’ konċentrazzjoni kontrollata ta’ CO2 u NOx, il-kontenut tas-CO2 jew NOx ta’ l-ilma mħallat għandu jitkejjel fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull test. It-test tas-CO2 u ta’ l-NOx tal-konċentrazzjoni mkejla ta’ qabel u wara ta’ l-isfond ta’ l-arja dilwita għandu jkun fi 100 ppm jew 5 ppm ta’ xulxin, rispettivament.

Meta tituża sistema ta’ l-analiżi ta’ l-exhaust dilwit, il-konċentrazzjonijiet fl-isfond relevanti għandhom ikunu determinati permezz ta’ kampjunar ta’ l-arja dilwita f’borża tal-kampjunar waqt is-sekwenza kompleta tat-test.

Jistgħu jittieħdu kampjuni tal-konċentrazzjoni fl-isfond kontinwu (bla borża) minn-tliet punti, fil-bidu, fl-aħħar u l-punt qrib in-nofs taċ-ċiklu u tittieħed il-medja. Mat-talba tal-manifattura il-kejl ta’ l-isfond jista’ jkun imħolli barra.

3.5. Iċċekkjar ta’ l-analizzatturi

L-analizatturi ta’ l-emissjonijiet għandhom ikunu issettjati f’żero u jkunu mqassma matul it-test.

3.6. Iċ-ċiklu tat-test

3.6.1. Speċifikazzjoni A ta’ makkinarju skond is-Sezzjoni 1 ta’ l-Anness I:

3.6.1.1. Iċ-ċiklu ta’ 8-metodi li ġej [1] għandu jkun segwit fl-operazzjoni tad-dinamometru fuq il-magna tat-test:

Numru tal-metodu | Veloċità tal-magna | Tagħbija (%) | Fattur tal-kejl tal-piż |

1 | Veloċità ratata | 100 | 0,15 |

2 | Veloċità ratata | 75 | 0,15 |

3 | Veloċità ratata | 50 | 0,15 |

4 | Veloċità ratata | 10 | 0,1 |

5 | Intermedja | 100 | 0,1 |

6 | Intermedja | 75 | 0,1 |

7 | Intermedja | 50 | 0,1 |

8 | Taħdem bil-mod | — | 0,15 |

3.6.2. Il-kondizzjoni tal-magna

L-operazzjoni fil-bidu tal-magna sabiex tisħon il-magna u s-sistema għandha issir f’veloċità u torque massima sabiex tistabbilizza l-parametri tal-magna skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

Nota:

Il-perjodu ta’ kondizzjonament għandu jipprevjeni ukoll l-influenza ta’ depożiti minn test ta’ qabel fis-sistema ta’ l-exhaust. Hemm ukoll perjodu meħtieġ ta’ l-istabbilizzazzjoni bejn il-punti tat-test li kienu nklużi sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-influwenzi minn punt għal ieħor.

3.6.3. Is-sekwenza tat-test

Is-sekwenza tat-test għandha tkun mibdija. It-test għandu jsir fl-ordni tal-mod tan-numri kif hemm provdut hawn fuq fiċ-ċiklu tat-test.

Waqt kull metodu taċ-ċiklu tat-test wara l-perjodu inizjali tat-transizzjoni, il-veloċità speċifikata għandha tinżamm fi ± 1 % tal-veloċità kalkulata jew ± 3 min-1 skond liema huwa l-akbar apparti milli għal tidwir bil-mod li għandu jkun fit-toleranzi dikjarati mill-manifattur. It-torque speċifikata għandha tinżamm sabiex il-medja matul perjodu waqt liema l-kejl li jittieħed hu fi ± 2 % tat-torque massima fil-veloċità tat-test.

Għal kull punt ta’ kejl ħin minimu ta’ 10 minuti huwa meħtieġ. Jekk għat-test ta’ magna, ħinijiet ta’ kampjunar huma meħtieġa għal raġunijiet biex tinkiseb massa partikolata suffiċjenti fuq il-filtru tal-kejl, il-perjodu tal-metodu tat-test jista’ jkun estiż kif ikun meħtieġ.

It-tul tal-metodu għandu jkun irreġistrat u rapportat.

Il-valuri tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-emissjonijiet tal-gass ta’ l-exhaust għandhom jitkejlu u jkunu reġistrati waqt l-aħħar tliet minuti tal-metodu.

L-ikkampjunar tal-partikolati u l-kejl ta’ l-emissjonijiet tal-gass ma għandux jibda qabel l-istabbilizzazzjoni tal-magna, kif definit mill-manifattur, ikun intlaħaq u t-tkomplija tagħhom għandha tkun koinċidenti.

It-temperatura tal-karburant għandha titkejjel fid-daħla tal-pompa ta’ l-injezzjoni tal-karburant jew kif speċifikat mill-manifattur, u l-lokazzjoni tkun reġistrata.

3.6.4. Ir-rispons ta’ l-analizzatur

Il-prodott ta’ l-analizzaturi għandu jkun irreġistrat fuq apparat li jirrekordja fuq strixxa grafika jew imkejjel b’sistema ekwivalenti ta’ l-akkwist tad-dettalji bl-exhaust għaddej mill-analizzaturi waqt mill-anqas l-aħħar tliet minuti ta’ kull metodu. Jekk borża ta’ l-ikkampjunar hija applikata għall-kejl tas-CO u CO2 idilwita (ara Appendiċi 1, is-Sezzjoni 1.4.4), il-kampjun għandu jkun imdaħħlal fil-borża waqt l-aħħar tliet minuti ta’ kull metodu, u l-kampjun tal-borża jkun analizzata u rreġistrat.

3.6.5. Kampjunar tal-partikolati

Il-kampjunar tal-partikolati jista’ jsir jew bil-metodu tal-filtru singolu jew bil-metodu ta’ filtri multipli (Appendiċi 1, Sezzjoni 1.5). Peress li r-riżultati tal-metodi jista’ jkunu kemm xejn differenti, il-metodu użat għandu jkun dikjarat mir-riżultati.

Għall-metodu tal-filtru singolu l-fatturi tal-kejl modali ta’ kull metodu speċifikat fil-proċedura taċ-ċiklu tat-test għandu jittieħed fl-kont waqt l-ikkampjunar bl-addattament tar-rata tan-nixxiegħa u/jew il-ħin tal-kampjunar, kif xieraq.

Il-kampjunar għandu jseħħ tard kemm jista’ jkun possibbli f’kull metodu. Il-ħin tal-kampjunar għal kull metodu jrid jkun mill-anqas 20 sekonda għal filtru singolu u mill-anqas 60 sekonda għal-metodu ta’ filtri multipli. Għal sistemi mingħajr il-kapaċità tal-bypass, il-ħin tal-kampjunar għandu jkun mill-anqas 60 sekonda għall-metodi ta’ filtri singoli u multipli.

3.6.6. Il-kondizzjonijiet tal-magna

Il-veloċità u t-tagħbija tal-magna, it-temperatura ta’ l-arja dieħla, in-nixxiegħa tal-karburant jew nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust għandu jitkejjel għal kull metodu la darba l-magna tkun ġiet stabbilita.

Jekk il-kejl tan-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust jew il-kejl ta’ l-arja tal-kumbustjoni u l-konsum tal-karburant ma jkunx possibbli, jista’ jkun ikkalkulat bl-użu tal-metodu tal-bilanċ tal-karbonju u l-ossiġenu (ara Appendiċi 1 is-Sezzjoni 1.2.3).

Kull dettall addizzjonali meħtieġ għall-kalkulazzjoni għandu jkun irreġistrat (ara Appendiċi 3, sezzjonijiet 1.1 u 1.2).

3.7. Il-verifikar mill-ġdid ta’ l-analizzaturi

Wara t-test ta’ l-emissjonijiet, gass ta’ żero u l-istess firxa ta’ gass għandha tintuża għall-ivverifikar mill-ġdid. It-test għandu jkun ikkonsidrat aċċettabbli jekk id-differenza bejn iż-żewġ riżultati tal-kejl ivarjaw inqass minn 2 %.

[1] Identiku maċ-ċiklu C1 ta’ l-abbozz tal-istandard ISO 8178-4

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-KARBURANTI TAR-REFERENZA PRESKRITTI GĦAT-TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI U BIEX TKUN IVVERIFIKATA L-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

KARBURANTI TA’ REFERENZA GĦAL MAKKINARJU MOBBLI MHUX TAT-TRIQ (1)

Nota:

Proprjetajiet prinċipali għal kapaċitajiet ta’ l-inġenji/emissjonijiet ta’ l-ispurgar huma emfasizzati.

Nota 1:

Jekk ikun meħtieġ li tiġi kalkolata l-effiċjenza termali ta’ l-inġenji jew tal-vettura, il-valur kalorifiku tal-karburanti jista’ jkun ikkalkolat minn:

Enerġija speċifika

MJ/kg =

×

+ 9,42 · s − 2,499 · x

meta:

d = hija d-densità fi 288 K (15ºC)

x = hu l-proporzjon skond il-massa ta’ l-ilma (%/100)

y = huwa l-proporzjon skond il-massa ta’ l-irmied (%/100)

s = huwa l-proporzjon skond il-massa tal-kubrit (%/100)

Nota 2:

Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjoni huma ‘valuri reali’. Fl-istabbiliment tal-valuri limitanti tagħhom il-kondizzjonijiet ta’ ASTM D 3244 ‘Id-Definizzjoni ta’ bażi għal disputazzjonijiet dwar il-kwalità tal-prodott tal-petroleum’ ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, ġie meħud kont tad-differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hi 4R (R = riproduċibbiltà).

Minkejja din il-miżura, li hi neċessarja għal raġunijiet statistiċi, il-manifattur tal-karburant għandu b’danakollu jimmira għal valur żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u l-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Fil-każ li jkun neċessarju li tiġi kjarifikata l-kwistjoni dwar jekk karburant jilħaqx il-ħtiġiet ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, il-kondizzjonijiet ta’ ASTM D 3244 għandhom jiġu applikati

Nota 3:

Il-figuri kwotati juru l-kwantitajiet evaporati (perċentwali rkuprata + it-telf tal-perċentwali).

Nota 4:

Il-firxa taċ-ċetan mhijiex skond il-ħtieġa ta’ firxa minima ta’ 4R. B’danakollu, f’każi ta’ disputazzjoni bejn il-fornitur tal-karburant u l-utent tal-karburant, il-kondizzjonijiet fi ASTM D 3244 jistgħu jintużaw biex jirrisolvu dawn il-kwistjonijiet sakemm miżuri ta’ replika, ta’ numru suffiċjenti biex jilħqu il-preċiżjoni neċessarja, jsiru bi preferenza għal determinazzjonijiet singoli.

Nota 5:

Għalkemm l-istabbiltà ta’ l-ossidazzjoni hija kontrollata, x’aktarx li d-durabbiltà fil-ħażna tkun limitata. Għandha titfittex konsultazzjoni mill-fornitur dwar il-kondizzjonijiet tal-ħażna u d-durabbiltà.

Nota 6:

Dan il-karburant għandu jkun bażat biss fuq komponenti distillati straight run u cracked ta’ idrokarburi; id-desulfurizzazzjoni hi permissibbli. M’għandux ikun fih xi adittivi metallici jew adittivi ta’ titjib taċ-ċetan.

Nota 7:

Huma permissibbli valuri aktar baxxi, f’liema każ in-numru ċetan tal-karburant ta’ referenza użat għandu jiġi rappurtat.

Nota 8:

Huma permissibbli valuri ogħla, f’liema każ il-kontenut tal-kubrit tal-karburant ta’ referenza użat għandu jiġi rappurtat.

Nota 9:

Għandu jinżamm taħt reviżjoni kontinwa fid-dawl ta’ drawwiet fis-suq. Għall-iskop ta’ l-approvazzjoni inizjali ta’ l-inġenji b’ebda gass ta’ l-ispurgar wara trattament fuq talba ta’ l-applikant, massa minima tal-kubrit ta’ 0,050 % hi permissibli, f’liema każ il-livell imkejjel tal-partikolati għandu jkun korrett ’il fuq sal-valur medju li hu speċifikat nominalment għall-kontenut tal-kubrit fil-karburant (0,150 % massa) għall-formula t’hawn taħt:

PT

= PT +

SFC × 0,0917 × NSLF − FSF

Meta:

PTadj = il-valur PT aġġustat (g/kWh)

PT = il-valur imkejjel peżat u speċifiku ta’ l-emissjoni għal emissjoni ta’ partikolati (g/kWh)

SFC = il-konsum peżat speċifiku tal-karburant (g/kWh) kalkolat skond il-formula t’hawn taħt:

NSLF = il-medja ta’ l-ispeċifikazzjoni nominali tal-frazzjoni tal-massa tal-kontenut tal-kubrit (i.e. 0,15 %/100)

FSF = il-frazzjoni tal-massa tal-kontenut ta’ kubrit fil-karburant (%/100)

SFC =

G

× WF

P

× WF

i

Meta:

Pi = Pm,i+ PAE,i

Għall-iskop tal-konformità ta’ l-estimi tal-produzzjoni skond Sezzjoni 5.3.2 ta’ l-Anness I, il-ħtiġiet għandhom jintlaħqu bl-użu tal-karburant ta’ referenza b’kontenut tal-kubrit li jkun konformi mal-livell minimu/massimu ta’ 0,1/0,2 % massa.

Nota 10:

Huma permissibbli valuri ogħla sa 855 kg/m3, f’liema każ id-densità tal-karburant ta’ referenza użat għandha tkun irrappurtata. Bl-iskop tal-konformità ta’ l-estimi tal-produzzjoni skond is-Sezzjoni 5.3.2 ta’ l-Anness I, il-ħtiġiet għandhom jiġu sodisfatti bl-użu ta’ karburant ta’ referenza li jkun konformi mal-livell minimu/massimu ta’ 835/845 kg/m3.

Nota 11:

Il-karatteristiċi kollha tal-karburant u l-limiti tal-valuri għandhom jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tad-drawwiet fis-swieq.

Nota 12:

Għandha tkun mibdula bi EN/ISO 6245 b’effett mid-data ta’ l-implimentazzjoni.

| Limiti u unitajiet (2) | Metodu tat-test |

Numru taċ-Ċetan (4) | Minimu 45 (7) Massimu 50 | ISO 5165 |

Densità f’ 15ºC | Minimu 835 kg/m3 Massimu 845 kg/m3 (10) | ISO 3675, ASTM D 4052 |

Distillazzjoni (3) - 95 % punt | Massimu 370 °C | ISO 3405 |

Viskosità fi 40ºC | Minimu 2,5 mm2/s Massimu 3,5 mm2/s | ISO 3104 |

Kontenut tal-kubrit | Minimu 0,1 % massa (9) Massimu 0,2 % mass (8) | ISO 8754, EN 24260 |

Flash point | Minimu 55ºC | ISO 2719 |

CFPP | Minimu – Massimu + 5ºC | EN 116 |

Korrużjoni tar-ram | Massimu 1 | ISO 2160 |

Residwu Conradson tal-karbonju (10 % GRD) | Massimu 0,3 % massa | ISO 10370 |

Kontenut ta’ l-irmied | Massimu 0,01 % massa | ASTM D 482 (12) |

Kontenut ta’ l-ilma | Massimu 0,05 % massa | ASTM D 95, D 1744 |

Numru ta’ newtralizzazzjoni (aċidu qawwi) | Minimu 0,20 mg KOH/g | |

Stabbilità ta’ l-ossidazzjoni | Massimu 2,5mg/100 ml | ASTM D 2274 |

Adittivi (6) | | |

--------------------------------------------------

ANNESS V

1. SISTEMA ANALITIKA U TAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

SISTEMI TAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI TAL-GASS U TAL-PARTIKOLATI

In-numru tal-Figura | Deskrizzjoni |

2 | Sistema ta’ l-analizzar tal-gass ta’ l-exhaust għal exhaust mhux trattat |

3 | Sistema ta’ l-analizzar tal-gass ta’ l-exhaust għal exhaust dilwit |

4 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, tan-nixxiegħa parzjali, kurrent isokinetiku, il-kontroll tal-blower li jiġbed |

5 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, tan-nixxiegħa parzjali, kurrent isokinetiku, il-kontroll tal-blower tal-pressjoni |

6 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, tan-nixxiegħa parzjali, kontroll tal-CO2 jew NOx |

7 | Teħid tal-kampjuni tat-total, nixxiegħa parzjali, bilanċ tal-CO2 u karbonju |

8 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, nixxiegħa parzjali, kejl tal-konċentrazzjoni u venturi singoli |

9 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, nixxiegħa parzjali, kejl tal-konċentrazzjoni u venturi tewmin |

10 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, nixxiegħa parzjali, kejl tal-konċentrazzjoni u tubi multipli li jaqsmu n-nixxiegħa |

11 | Teħid tal-kampjuni tat-total, nixxiegħa parzjali, il-kontroll tan-nixxiegħa |

12 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, nixxiegħa parzjali, il-kontroll tan-nixxiegħa |

13 | Teħid tal-kampjuni frazzjonali, nixxiegħa sħiħa, pompa ta’ l-ispostament pożittiv jew venturi tan-nixxiegħa kritika |

14 | Sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati |

15 | Sistema tad-dilwizzjoni għal sistema tan-nixxiegħa sħiħa |

1.1. Determinazzjoni ta’ l-emissjonijiet tal-gass

Sezzjoni 1.1.1 u Figuri 2 u 3 fihom deskrizzjonijet dettaljati tas-sistemi tat-teħid tal-kampjuni rakkomandati u ta’ l-analizzar. Peress li konfigurazzjonijiet varji jistgħu jipproduċu riżultati ekwivalenti, konformità eżatta ma’ dawn il-figuri mhix meħtieġa. Komponenti addizzjonali bħal ma huma strumenti valvoli, solenojdi, pompi u swiċċijiet jistgħu jintużaw biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali u jikkordinaw il-funzjonijiet tal-komponenti tas-sistema. Komponenti oħrajn li mhumiex meħtieġa biex tinżam il-preċiżjoni fuq xi sistemi, jistgħu jkunu esklużi jekk l-esklużjoni tagħhom hija bażata fuq ġudizzju tajjeb ta’ l-inġenerija.

1.1.1. Komponenti tal-gass ta’ l-exhaust CO, CO2, HC, NOx

Sistema analitika għad-determinazzjoni ta’ l-emissjonijiet tal-gass fil-gass ta’ l-exhaust mhux trattat jew dilwit hija deskritta bil-bażi fuq l-użu ta’:

- analizzatur għall-kejl ta’ l-idrokarburi,

- NDIR analizzaturi għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju u tad-diossidu tal-karbonju,

- MCDL jew analizzaturi ekwivalenti għall-kejl ta’ l-ossidu tan-nitroġenu.

Għall-gass mhux trattat (ara Figura 2), il-kampjun għall-komponenti kollha jista’ jittieħed b’wieħed mis-sondi tat-teħid tal-kampjuni jew b’żewġ sondi tat-teħid tal-kampjuni lokalizzati fi prossimità viċina u maqsuma internament għall-analizzaturi differenti. Għandha tittieħed kura li l-ebda kondensazzjoni tal-komponenti ta’ l-exhaust (inkluż l-ilma u aċidu sulforiku) iseħħ fi kwalunkwe punt tas-sistema analitika.

Għall-gass ta’ l-exhaust dilwit (ara Figura 3), il-kampjun għall-idrokarburi għandu jittieħed b’sonda oħra tat-teħid tal-kampjuni milli bil-kampjun għall-komponenti l-oħrajn. Għandha titieħed kura li l-ebda kondensazzjoni tal-komponenti ta’ l-exhaust (inkluż ilma u aċidu sulforiku) ma sseħħ fi kwalunkwe punt tas-sistema analitika.

+++++ TIFF +++++

Figura 2Disinn tan-nixxiegħa tas-sistema ta’ l-analiżi tal-gass ta’ l-exhaustgħal CO, NOx u HC

+++++ TIFF +++++

Figura 3Disinn tan-nixxiegħa ta’ sistema ta’ l-analiżi tal-gass ta’ l-exhaustiddilwit għal CO, CO2, NOx u HC

Deskrizzjonijiet - Figuri 2 u 3

Stqarrija ġenerali:

Il-komponenti kollha fil-passaġġ tal-gass tat-teħid tal-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura kif speċifikata għas-sistemi rispettivi:

- SPI sonda tat-teħid tal-kampjuni ta’ gass mhux trattat (il-Figura 2 biss)

Sonda ta’ l-azzar li ma ssaddadx magħluqa dritta u b’ħafna toqob hija rakkomandata. Id-diametru ta’ ġewwa m’għandhux ikun iżjed mid-diametru tal-linja tat-teħid tal-kampjun. Il-ħxuna tal-ħajt tas-sonda m’għandux tkun aktar minn 1 mm. Għandu jkun hemm minimu ta’ tliet toqbiet, fi tliet pjanijiet radjali differenti, imdaqqsa sabiex jieħdu kampjun bejn wieħed u ieħor ta’ l-istess nixxiegħa. Is-sonda għandha testendi matul mill-anqas 80 % tad-diametru tal-pajp ta’ l-exhaust.

- SP2 sonda tat-teħid tal-kapjuni ta’ HC mill-gass ta’ l-exhaust (il-Figura 3 biss)

Is-sonda għandha:

- tkun definita bħala l-ewwel 254 mm sa 762 mm tal-linja tat-teħid tal-kampjuni tal-idrokarburi (HSL3),

- ikollha diametru minimu intern ta’ 5 mm,

- tkun installata fil-passaġġ tad-dilwizzjoni DT (is-Sezzjoni 1.2.1.2) f’punt meta l-arja tad-dilwizzjoni u l-gass ta’ l-exhaust huma mħallta tajjeb (i.e. bejn wieħed u ieħor 10 diametri tal-passaġġ ’l isfel mill-punt meta l-exhaust jidħol fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- ikun ’il bogħod biżżejjed (radjali) mis-sondi l-oħrajn u l-ħajt tal-passaġġ sabiex ikun meħlus mill-influenza taċ-ċaqlieq fil-kurrent jew fil-belliegħa,

- ikun imsaħħan sabiex jżid it-temperatura tan-nixxiegħa tal-gass għal 463 K (190 °Ċ) ± 10 K fil-ħruġ tas-sonda.

- SP3 sonda tat-teħid tal-kampjuni ta’ CO, CO2, NOx mill-gass ta’ l-exhaust dilwit (il-Figura 3 biss)

Is-sonda għandha:

- tkun fuq l-stess pjan ta’ SP2,

- tkun ’il bogħod biżżejjed (radjali) mis-sondi l-oħrajn u l-ħajt tal-passaġġ sabiex tkun meħlusa mill-influenza ta’ ċaqlieq fil-kurrent jew fil-belliegħa,

- tkun imsaħħna u insulata mat-tul kollu tagħha għal temperatura minima ta’ 328 K (55 °Ċ) biex tipprevjeni l-kondensazzjoni ta’ l-ilma.

- HSL1 linja msaħħna tat-teħid tal-kampjuni

Il-linja tat-teħid tal-kampjuni tipprovdi teħid tal-kampjuni tal-gass minn sonda singola għal punt(i) maqsuma u l-analizzatur ta’ HC.

Il-linja tat-teħid tal-kampjuni għandha:

- ikollha diametru minimu intern ta’ 5 mm u massimu ta’ 13,5 mm,

- tkun magħmula minn azzar li ma jsaddadx jew PTFE,

- iżżomm temperatura tal-ħajt ta’ 463 (190 °Ċ) ± 10 K kif hu mkejjel f’kull sezzjoni msaħħna separatament, jekk it-temperatura tal-gass ta’ l-exhaust fis-sonda tat-teħid tal-kampjuni hija ugwali ta’ jew anqas minn 463 K (190 °Ċ),

- iżżomm temperatura tal-ħajt ogħla minn 453 K (180 °Ċ) jekk it-temperatura tal-gass ta’ l-exhaust fis-sonda tat-teħid tal-kampjuni hija ogħla minn 463 K (190 °Ċ),

- iżżomm temperatura tal-gass ta’ 463 K (190 °Ċ) ± 10 K immedjatament qabel il-filtru msaħħan (F2) u l-HFID.

- HSL2 linja msaħħna tat-teħid tal-kampjuni ta’ NOx

Il-linja tat-teħid tal-kampjuni għandha:

- iżżomm temperatura tal-ħajt ta’ 328 sa 473 K (55 sa 200 °Ċ) sal-konvertitur waqt l-użu ta’ banju tat-tkessiħ, u sa’ l-analizzatur meta banju tat-tkessiħ ma jkunx użat,

- tkun magħmula minn azzar li ma jsaddadx jew PTFE.

Peress li l-linja tat-teħid tal-kampjuni tista’ tkun imsaħħna biss sabiex ma jkunx hemm kondensazzjoni ta’ l-ilma u ta’ l-aċidu sulfuriku, it-temperatura tal-linja tat-teħid tal-kampjuni tiddependi fuq il-kontenut tal-kubrit tal-karburanti.

- SL linja tat-teħid tal-kampjuni għal CO (CO2)

Il-linja għandha tkun magħmula minn PTFE jew azzar li ma jsaddadx. Tista’ tkun imsaħħna jew mhux imsaħħna.

- BK borża ta’ l-isfond (voluntarja; il-Figura 3 biss)

Għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet fl-isfond.

- BG borża tal-kampjun (voluntarja; il-Figura 3 CO u CO2 biss)

Għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet tal-kampjun.

- F1 imsaħħan qabel il-filtru (voluntarja)

It-temperatura għandha tkun l-istess bħal HSL1.

- F2 filtru msaħħan

Il-filtru għandu jestratta kull partikoli solidi mill-gass tal-kampjun qabel l-analizzatur. It-temperatura għandha tkun l-istess bħal HSL1. Il-filtru għandu jinbidel kif ikun meħtieġ.

- P il-pompa tat-teħid tal-kampjuni msaħħna

Il-pompa għandha tkun imsaħħna għat-temperatura tal-HSL1.

- HC

Sejjiebi msaħħan tal-jonizazzjoni tal-fjama (HFID) għad-determinazzjoni ta’ idrokarburi. It-temperatura għandha tinżamm fi 453 sa 473 K (180 sa 200 °Ċ).

- CO, CO2

NDIR analizzaturi għad-determinazzjoni tal-monossidu tal-karbonju u tad-diossidu tal-karbonju.

- NO2

Analizzatur (H)CLD għad-determinazzjoni ta’ l-ossidu tan-nitroġenu. Jekk jintuża HCLD dan għandu jinżamm f’temperatura ta’ 328 sa 473 K (55 sa 200 °Ċ).

- C konvertitur

Konvertitur għandu jintuża għat-tnaqqis katalitiku ta’ NO2 sa NO qabel l-analiżi fid-CDL jew HCDL.

- B banju tat-tkessiħ

Biex ikessaħ u jikkondensa l-ilma mill-kampjun ta’ l-exhaust. Il-banju għandu jinżamm f’temperatura ta’ 273 K sa 277 K (0 sa 4 °Ċ) permezz tas-silġ jew tar-refriġerazzjoni. Huwa voluntarju jekk l-analizzatur ikun ħieles minn interferenza tal-fwar ta’ l-ilma kif hemm stabbilit fl-Anness III, Appendiċi 3, Sezzjonijiet 1.9.1 u 1.9.2.

Apparat li jnixxef bil-kimiċi m’huwiex permissibbli għat-tneħħija ta’ l-ilma mill-kampjun.

- T1, T2, T3 sensuri tat-temperatura

Għall-monitraġġ tat-temperatura tal-fwar tal-gass.

- T4 sensur tat-temperatura

temperatura tal-konvertitur ta’ NO2-NO.

- T5 sensur tat-temperatura

Għall-monitraġġ tat-temperatura tal-banju tat-tkessiħ.

- G1, G2, G3 arloġġ tal-kejl tal-pressjoni

Biex titkejjel il-pressjoni fil-linji tat-teħid tal-kampjuni.

- R1, R2 regolatur tal-pressjoni

Biex jikkontrola l-pressjoni ta’ l-arja u tal-karburant, rispettivament għal-HFID.

- R3, R4, R5 regolatur tal-pressjoni

Biex jikkontrolla l-pressjoni fil-linji tat-teħid tal-kampjuni u n-nixxiegħa lejn l-analizzaturi.

- MK1, MK2, MK3 arloġġ tal-kejl tan-nixxiegħa

Biex isir monitraġġ tan-nixxiegħa tal-bypass tal-kampjun.

- FL4 sa FL7 arloġġ tal-kejl tan-nixxiegħa (voluntarju)

Biex isir monitraġġ tar-rata tan-nixxiegħa matul l-analizzaturi.

- V1 sa V6 valvola biex issir l-għażla

Valvoli addattati biex jintagħżel il-kampjun, in-nixxiegħa tal-gass tal-firxa jew gass taż-żero lejn l-analizzatur.

- V7, V8 valvoli tas-solenojdi

Biex isir bypass tal-konvertitur ta’ NO2-NO.

- V9 valvola bil-labra

Biex tibbilanċja n-nixxiegħa mill-konvertitur ta’ NO2-NO u l-bypass.

- V10, V11 valvola bil-labra

biex tirregola n-nixxiegħa lejn l-analizzaturi.

- V12, V13 valvola tat-tip ta’ toggle

Biex tneħħi l-kondensat mill-banju B.

- V14 valvola biex issir l-għażla

Biex issir selezzjoni tal-kampjun jew tal-borża ta’ l-isfond.

1.2. Determinazzjoni tal-partikolati

Is-sezzjonijiet 1.2.1 u 1.2.2 u Figuri 4 sa 15 li fihom deskrizzjonijiet dettaljati tas-sistemi rakkomandati tad-dilwizzjoni u tat-teħid tal-kampjuni. Peress li l-konfigurazzjonijiet varji jistgħu jipproduċu riżultati ekwivalenti, konformazzjoni eżatta ma’ dawn il-figuri mhix meħtieġa. Komponenti addizzjonali bħal ma huma strumenti, valvoli, solenojdi, pompi u swiċċijiet jistgħu jintużaw biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali u jikkordinaw il-funzjonijiet tal-komponenti tas-sistema. Komponenti oħrajn li ma humiex meħtieġa biex tinżamm il-preċiżjoni fuq xi sistemi, jistgħu jkunu esklużi jekk l-esklużjoni tagħhom hija bażata fuq ġudizzju tajjeb ta’ l-inġenerija.

1.2.1. Sistema tad-dilwizzjoni

1.2.1.1. Sistema tad-dilwizzjoni parzjali tan-nixxiegħa (il-Figuri 4 sa 12)

Sistema tad-dilwizzjoni hija deskritta bbażata fuq id-dilwizzjoni ta’ parti tan-nixxiegħa ta’ l-exhaust. Il-qsim tan-nixxiegħa ta’ l-exhaust u l-proċess sussegwenti tad-dilwizzjoni tista’ issir minn tipi differenti ta’ sistemi tad-dilwizzjoni. Għall-kollezzjoni sussegwenti tal-partikolati, il-gass ta’ l-exhaust imrattab, kollu jew porzjon biss tal-gass dilwit, jista’ jkun mgħoddi mis-sitema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (Sezzjoni 1.2.2, Figura 14). L-ewwel metodu huwa riferut bħala t-tip tat-teħid tal-kampjun totali, it-tieni metodu bħala t-tip tat-teħid tal-kampjuni frazzjonali.

Il-kalkolazzjoni tar-rata tad-dilwizzjoni tiddependi mit-tip tas-sistema użata.

It-tipi li ġejjin huma rakkomandati:

- sistemi isokinetiċi (il-Figuri 4 u 5)

B’dawn is-sistemi, il-kurrent fit-tubu tat-trasferiment huwa mqabbel mal-biċċa l-kbira tan-nixxiegħa ta’ l-exhaust f’termini ta’ veloċità u/jew pressjoni, b’hekk jeħtieġ kurrent ta’ l-exhaust mhux distrubat u uniformi fis-sonda tat-teħid tal-kampjun. Dan jintlaħaq normalment permezz ta’ reżonatur u tubu tat-trattament dirett ’il fuq mill-punt tat-teħid tal-kampjun. Ir-rata maqsuma hija mbagħad ikkalkolata minn valuri li huma faċilment imkejla bħal ma hu d-diametru tat-tubi. Għandu jkun notat li isokinesisi jintuża biss biex ikunu mqabbla l-kondizzjonijiet tan-nixxiegħa u mhux għat-tqabbil tad-daqs tad-distribuzzjoni. Dan ta’ l-aħħar huwa tipikament mhux meħtieġ, peress li l-partikoli huma żgħar suffiċjentement biex isegwu l-linji tan-nixxiegħa tal-likwidi,

- sistemi ta’ nixxiegħa kkontrollata bil-kejl tal-konċentrazzjoni (il-Figuri 6 sa 10)

B’dawn is-sistemi, għandu jittieħed kampjun min-nixxiegħa tal-maġġoranza ta’ l-exhaust billi tkun aġġustata n-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni u n-nixxiegħa totali tad-dilwizzjoni ta’ l-exhaust. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija determinata mill-konċentrazzjonjiet ta’ gassijiet traċċi, bħal ma huma CO2 jew NOx, li jseħħu b’modula naturali fl-exhaust tal-magna. Il-konċentrazzjonijiet fid-dilwizzjoni tal-gass ta’ l-exhaust u fid-dilwizzjoni ta’ l-arja huma mkejla, mentri l-konċentrazzjoni fil-gass ta’ l-exhaust mhux trattat tista’ tkun jew imkejla direttament jew iddeterminata min-nixxiegħa tal-karburant u l-ekwazzjoni tal-bilanċ tal-karbonju, jekk tkun magħrufa l-kompożizzjoni tal-karburant. Is-sistemi jistgħu jkunu kontrollati mir-rata kalkolata tad-dilwizzjoni (Figuri 6 u 7) jew min-nixxiegħa fit-tubu tat-trasferiment (Figuri 8,9 u 10),

- sistemi ta’ kontroll tan-nixxiegħa bil-kejl tan-nixxiegħa (il-Figuri 11 u 12)

B’dawn is-sistemi, għandu jittieħed kampjun min-nixxiegħa ta’ l-exhaust billi tkun stabbilita n-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni u tan-nixxiegħa totali ta’ l-exhaust. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija determinat mid-differenza taż-żewġ rati tan-nixxiegħa. Kalibrazzjoni preċiża ta’ l-arloġġi tal-kejl tan-nixxiegħa relattivi ma’ xulxin huma meħtieġa, peress li l-importanza kbira relattiva taż-żewġ rati tan-nixxiegħa tista’ twassal għal żbalji sinifikanti fir-relattivitajiet għola tad-dilwizzjoni (Figuri 9 u ’l fuq). Il-kontroll tan-nixxiegħa huwa sempliċi ħafna billi tinżamm ir-rata konstanti tan-nixxiegħa ta’ l-exhaust dilwit u bil-varjazzjoni tar-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni, jekk ikun meħtieġ.

Sabiex ikunu miksuba l-vantaġġi potenzjali tas-sistemi tad-dilwizzjoni ta’ nixxiegħa parzjali, għandha tingħata attenzjoni biex ikunu evitati problemi potenzjali ta’ telf ta’ partikolati fit-tubu tat-trasferiment, bl-assigurazzjoni li l-kampjun rapreżentattiv jittieħed mill-exhaust tal-magna, u d-determinazzjoni tar-rata tal-qsim.

Is-sistemi deskritti jagħtu attenzjoni għall-dawn l-oqsma kritiċi.

+++++ TIFF +++++

Figura 4Sistema tan-nixxiegħa parzjali b’sonda isokinetika u teħid tal-kampjuni frazzjonali (il-kontroll SB)

Gass ta’ l-exhaust mhux trattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP għall-passaġġ tad-dilwizzjoni DT mit-tubu tat-trasferiment TT permezz tas-sonda tat-teħid tal-kampjunu isokinetika ISP. Il-pressjoni differenzjali tal-gass ta’ l-exhaust bejn il-pajp ta’ l-exhaust u d-daħla tas-sonda hija mkejla permezz tat-tranducer tal-pressjoni DPT. Dan is-sinjal huwa trasmess lejn il-kontrollatur tan-nixxiegħa FM1 li jikkontrolla l-blower li jiġbed SB sabiex iżomm il-pressjoni ta’ żero fil-ponta tas-sonda. Taħt dawn il-kondizzjonijiet, il-veloċitajiet tal-gass ta’ l-exhaust fil-EP u ISP huma identiċi, u n-nixxiegħa mill-ISP u t-TT hija frazzjoni kostanti (qsim) tan-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust. Ir-rata tal-qsim hija determinat miż-żona transversjali tal-EP u l-ISP. Ir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni hija mkejla b’apparat tal-kejl tan-nixxiegħa FM1. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kkalkolat bir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni u r-rata tal-qsim.

+++++ TIFF +++++

Figura 5Sistema tan-nixxiegħa parzjali b’sonda isokinetika u teħid tal-kampjuni frazzjonali (il-kontroll PB)

Gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT mit-tubu tat-trasferiment TT permezz tas-sonda tat-teħid tal-kampjunu isokinetika ISP. Il-pressjoni differenzjali tal-gass ta’ l-exhaust bejn il-pajp ta’ l-exhaust u d-daħla tas-sonda hija mkejla permezz tat-tranducer tal-pressjoni DPT. Dan is-sinjal huwa trasmess lejn il-kontrollatur tan-nixxiegħa FM1 li jikkontrolla l-blower tal-pressjoni PB biex iżomm pressjoni differenzjali ta’ żero fil-ponta tas-sonda. Dan isir billi tittieħed frazzjoni żgħira ta’ l-arja tad-dilwizzjoni li r-rata tan-nixxiegħa tagħha tkun diġà tkejlet b’apparat tal-kejl tan-nixxiegħa FM1, u billi din tkun mgħotija lit-TT permezz ta’ orifiċju pnewmatiku. Permezz ta’ dawn il-kondizzjonijiet, il-veloċitajiet tal-gass ta’ l-exhaust fil-EP u ISP huma identiċi, u n-nixxiegħa mill-ISP u it-TT hija frazzjoni kostanti (qsim) tan-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust. Ir-rata tal-qsim hija determinata miż-żona transversjali tal-EP u l-ISP. L-arja tad-dilwizzjoni hija miġbuda minn ġol DT bil-blower li jiġbed SB, u r-rata tan-nixxiegħa hija mkejla permezz tal-FM1 fid-daħla tal-DT. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kalkolata mir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni u r-rata tal-qsim.

+++++ TIFF +++++

Figura 6Sistema tan-nixxiegħa parzjali bil-kejl tal-konċnetrazzjoni ta’ CO2 jew NOx u t-teħid tal-kampjuni frazzjonali

Gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT minn ġos-sonda tat-teħid tal-kampjuni SP u t-tubu tat-trasferiment TT. Il-konċentrazzjonijiet tal-gass ta’ l-ittraċċjar (CO2 jew Nox) huma mkejla fil-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat u dilwit kif ukoll fl-arja tad-dilwizzjoni bl-analizzatur(i) tal-gass EGA. Dawn is-sinjali huma trasmessi lill-kontrollatur tan-nixxiegħa FC2 li jikkontrolla jekk il-blower tal-pressjoni PB jew il-blower li jiġbed SB li jżomm il-qsim ta’ l-exhaust mixtieq u r-rata tad-dilwizzjoni fil-DT. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kkalkolata mill-konċentrazzjonijiet tal-gass ta’ l-ittraċċjar fil-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat, u l-arja tad-dilwizzjoni.

+++++ TIFF +++++

Figura 7Sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa parzjali bil-kejl tal-konċentrazzjoni ta’ CO2, bilanċ tal-karbonju u teħid tal-kampjuni totali

Il-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT minn ġos-sonda tat-teħid tal-kampjuni SP u t-tubu tat-trasferiment TT. Il-konċentrazzjonijiet tas-CO2 hija mkejla fil-gass ta’ l-exhaust dilwit u fl-arja tad-dilwizzjoni ma’ l-analizzatur(i) tal-gass ta’ l-exhaust EGA. Il-CO2 u s-sinjali tan-nixxiegħa tal-karburant GFUEL huma trasmessi jew lejn il-kontrollatur tan-nixxiegħa FC2, jew lejn il-kontrollatur tan-nixxiegħa FC3 tas-sistema tat-teħid tal-kamjuni tal-partikolati (ara Figura 14). Il-FC2 jikkontrolla l-blower tal-pressjoni PB, waqt li FC3 jikkontrolla s-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (ara Figura 14), b’hekk billi jsir aġġustament tan-nixxiegħa lejn u ’l barra mis-sistema sabiex jinżamm il-qsim ta’ l-exhaust mixtieq u r-rata tad-dilwizzjoni fil-DT. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kkalkolat mill-konċentrazzjonijiet ta’ CO2 u GFUEL bl-użu tal-preżunzjoni tal-bilanċ tal-karbonju.

+++++ TIFF +++++

Figura 8Sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa parzjali b’venturi singoli, kejl tal-konċentrazzjoni u t-teħid tal-kampjuni frazzjonali

Il-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT minn ġewwa s-sonda tat-teħid tal-kampjuni u t-tubu tat-trasferiment minħabba l-pressjoni negattiva li tinħoloq mill-venturi VN fid-DT. Ir-rata tan-nixxiegħa tal-gass fit-TT tiddependi fuq il-momentum ta’ l-iskambju fiż-żona tal-venturi, u hija b’hekk affettwata mit-temperatura assoluta tal-gass fil-ħruġ tat-TT. Konsegwentiment, l-exhaust maqsum għal rata tan-nixxiegħa mogħtija ma huwiex konstanti, u r-relattività tad-dilwizzjoni f’tagħbija żgħira hija kemm kemm anqas minn tagħbija għolja. Il-konċentrazzjonijiet tal-gass li jittraċċja (CO2 jew NOx) hija mkejla fil-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat, il-gass ta’ l-exhaust dilwit, u l-arja tad-dilwizzjoni mal-analizzatur(i) tal-gass EGA, u r-rata tad-dilwizzjoni hija kalkolata mill-valuri b’hekk imkejla.

+++++ TIFF +++++

Figura 9Sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa parzjali b’venturi tewmin jew orfiċji tewmin, kejl tal-konċentrazzjoni u t-teħid tal-kampjuni frazzjonali

Il-gass ta’ l-exhaust mhux trattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT minn ġewwa s-sonda tat-teħid tal-kampjuni SP u t-tubu tat-trasferiment b’apparat li jaqsam in-nixxiegħa li fih sett ta’ orifiċji jew venturi. L-ewwel wieħed (FD1) jinstab fil-EP, it-tieni wieħed (FD2) fit-TT. Addizzjonalment, żewġ valvoli tal-kontroll tal-pressjoni (PCV1 u PCV2) huma meħtieġa għaż-żamma tal-qsim ta’ l-exhaust kostanti billi jikkontrolla l-pressjoni warranija fil-EP u l-pressjoni fil-DT. PCV1 huwa lokalizzat ’l isfel ta’ l-SP fil-EP, PCV2 bejn il-blower tal-pressjoni PB u il-DT. Il-konċenetrazzjonijiet tal-gass li jittraċċja (CO2 jew NOx) huma mkejla fil-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat, il-gass ta’ l-exhaust tad-dilwizzjoni, u l-arja tad-dilwizzjoni ma’ l-analizzatur(i) tal-gass ta’ l-exhaust EGA. Dawn huma meħtieġa għall-verifikar tal-qsim ta’ l-exhaust, u jista’ jkunu użati biex ikun aġġustat il-PCV1 u PCV2 għall-kontroll tal-qsim preċiż. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kalkolata mill-konċentrazzjonijiet tal-gass li jittraċċja.

+++++ TIFF +++++

Figura 10Sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa parzjali b’tubi tal-qsim multipli, il-kejl tal-konċentrazzjoni u t-teħid tal-kampjuni frazzjonali

Il-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT mit-tubu tat-trasferiment TT permezz ta’ l-apparat li jaqsam in-nixxiegħa FD3 li tikkonsisti f’numru ta’ tubi ta’ l-istess qisien (l-istess diametru, tul u r-raġġ ta’ taħt) installat fil-EP. Il-gass ta’ l-exhaust minn ġo wieħed minn dawn it-tubi huwa mwassal għall-DT, u l-gass ta’ l-exhaust minn ġol-kumplament tat-tubi huwa mgħoddi minn ġol-kabinett tat-tnaqqis DC. B’hekk, il-qsim ta’ l-exhaust huwa determinat bin-numru totali ta’ tubi. Kontroll konstanti tal-qasma jeħtieġ pressjoni differenzjali ta’ żero bejn il-DC u l-ħruġ tat-TT, li huwa mkejjel b’tranducer tal-pressjoni differenzjali DPT. Pressa differenzjali ta’ żero tintlaħaq permezz ta’ l-injezzjoni ta’ l-arja friska fil-DT fil-ħruġ tat-TT. Il-konċentrazzjonijiet tal-gass li jittraċċja (CO2 jew NOx) huma mkejla fil-gass ta’ l-exhaust mhux ittrattat, il-gass ta’ l-exhaust tad-dilwizzjoni, u l-arja tad-dilwizzjoni ma’ l-analizzatur(i) tal-gass ta’ l-exhaust EGA. Dawn huma meħtieġa għad-destinazzjoni tal-qsim ta’ l-exhaust u jista’ jintuża biex għall-kontroll tar-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja injetta għal kontroll preċiż tal-qsim. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kalkolata mill-konċentrazzjonijiet tal-gass li jittraċċja.

+++++ TIFF +++++

Figura 11Sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa parzjali bil-kontroll tan-nixxiegħa u teħit tal-kampjuni totali

Gass ta’ l-exhaust mhux trattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust EP lejn il-passaġġ tad-dilwizzjoni DT minn ġos-sonda tat-teħid tal-kampjuni SP u t-tubu tat-trasferiment TT. Il-nixxiegħa totali minn ġewwa t-tubu hija aġġustat permezz tal-kontrollatur tan-nixxiegħa FC3 u l-pompa tat-teħid tal-kampjuni P tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (ara Figura 16). Il-Kurrent ta’ l-arja tad-dilwizzjoni huwa kkontrollat bil-kontrollatur tan-nixxiegħa FC2, li jista’ juża GEXH, GAIR jew GFUEL bħala sinjali tal-kmand għall-qsim ta’ l-exhaust mixtieq. Il-nixxiegħa tal-kampjun fil-DT hija d-differenza tan-nixxiegħa totali u n-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni. Ir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni hija mkejla b’apparat tal-kejl tan-nixxiegħa FM1, ir-rata totali tan-nixxiegħa bl-apparat tal-kejl tan-nixxiegħa FM3 tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (ara Figura 14). Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kalkolata minn dawn iż-żewġ rati tan-nixxiegħa.

+++++ TIFF +++++

Figura 12Sistema tad-dilwizzjoni parzjali bil-kontroll tan-nixxiegħa u t-teħid tal-kampjuni frazzjonali

Gass ta’ l-Exhaust mhux trattat huwa trasferit mill-pajp ta’ l-exhaust lejn il-pajp ta’ l-exhaust EP mill-passaġġ tad-dilwizzjoni DT minn ġos-sonda tat-teħid tal-kampjuni SP u t-tubu tat-trasferiment TT. L-exhaust hu maqsum u n-nixxiegħa fil-DT hija kontrollata bil-kontrollatur tan-nixxiegħa FC2 li jirranġa l-kurrenti (jew il-veloċitajiet) tal-blower tal-pressjoni PB u l-blower li jiġbed SB, kif inhu xieraq. Dan hu possibbli għax il-kampjun huwa mbagħad meħud mis-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati u huwa ritornat fil-DT. GEXH, GAIR jew GFUEL jistgħu jkunu użati bħala sinjali tal-kmand għall-FC2. Ir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja dilwita hija mkejla bl-apparat tal-kejl tan-nixxiegħa FM1, in-nixxiegħa totali bl-apparat tal-kejl tan-nixxiegħa FM2. Ir-rata tad-dilwizzjoni hija kalkolata minn dawn iż-żewġ rati tan-nixxiegħa.

Deskrizzjoni – Figuri 4 sa 12

- EP pajp ta’ l-exhaust

Il-pajp ta’ l-exhaust jista’ jkun insulat. Biex inaqqas l-inertia termali tal-pajp ta’ l-exhaust, ħxuna tar-rata tad-diametru ta’ 0,015 jew inqas huwa rakkommandat. L-użu ta’ sezzjonijiet flessibbli għandha tkun limitata għat-tul tar-rata tad-diametru ta’ 12 jew anqas. Liwijiet għandhom ikunu minimizzati biex inaqqsu disposizzjoni inerzjali. Jekk is-sistema tinkludi silencer għat-test, is-silencer jista’ jkun insulat.

Għal sistema isokinetika, il-pajp ta’ l-exhaust ma għandux ikollu minkbejn, tgħawwiġ u tibdil għall-għarrieda fid-diamtru għal mill-anqas sitt diametri tal-pajp ’il fuq u tliet diametri tal-pajp ’l isfel mill-ponta tas-sonda. Il-veloċità tal-gass fil-qasam tat-teħid tal-kampjuni għandha tkun iżjed minn 10m/s apparti milli meta jkun fil-modula ta’ stennija. Oxxillaturi tal-pressjoni tal-gass ta’ l-exhaust ma jistgħux jeċċedi ± 500 Pa fuq il-medja. Kull miżura għat-tnaqqis l-oxxillaturi tal-pressjoni lil hinn mill-użu ta’ sistema ta’ l-exhaust tat-tip tax-chassis (inkluż is-silencer u l-apparat tat-trattament posterjuri) ma għandux jaffettwa l-imġieba tal-magna jew l-anqas jikkawża dispostament tal-partikolati.

Għal sistemi mingħajr sondi isokinetiċi, huwa rakkomandat li jkollhom pajp dritt ta’ sitt diametri tal-pajp ’il fuq u tliet diametri tal-pajp ’l isfel mis-sonda.

- SP sonda tat-teħid tal-kampjuni (Figuri 6 sa 12)

Id-diametru minimu intern għandu jkun ta’ 4 mm. Ir-relattività minima tad-diametru bejn il-pajp ta’ l-exhaust u s-sonda għandha tkun ta’ 4. Is-sonda għandha tkun tubu miftuħ li jħares lejn in-nixxiegħa fuq il-linja ċentrali tal-pajp ta’ l-exhaust, jew sonda ta’ toqob multipli kif hemm deskritt fil-SPI fis-sezzjoni 1.1.1.

- ISP sonda tat-teħid tal-kampjuni isokinetika (Figuri 4 u 5)

Is-sonda tat-teħid tal-kampjuni isokinetiċi għandha tkun installata tħares kontra n-nixxiegħa fuq il-linja ċentrali tal-pajp ta’ l-exhaust meta l-kondizzjonijiet tan-nixxiegħa fis-sezzjoni EP jintlaħqu, u disinjata sabiex tipprovdi kampjun proporzjonali ta’ l-exhaust tal-gass mhux trattat. Id-diametru minimu intern għandu jkun 12 mm.

Sistema ta’ kontroll hija meħtieġa għat-tqassim ta’ l-exhaust isokinetiku biż-żamma tal-pressjoni differenzjali ta’ żero bejn il-EP u l-ISP. Permezz ta’ dawn il-kondizzjonijiet il-veloċitajiet ta’ l-exhaust tal-gass fil-EP u ISP huma identiċi u n-nixxiegħa tal-massa minn ġo l-ISP hija frazzjoni konstanti tan-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust. L-ISP għandu jkun imqabbad ma’ transducer tal-pressjoni differenzjali. Il-kontroll biex jipprovdi pressjoni differenzjali ta’ żero bejn l-EP u l-ISP jintlaħaq bil-veloċità tal-blower jew tal-kontrallatur tan-nixxiegħa.

- FD1, FD2 apparat li jaqsam il-nixxiegħa (Figura 9)

Sett ta’ ventijiet jew orfiċji huma installati fil-pajp ta’ l-exhaust EP u fit-tubu tat-trasferiment TT, rispetivament, biex jipprovdi kampjun proporzjonali ta’ l-exhaust mhux ittrattat. Sistema tal-kontroll li tikkonsisti f’żewġ valvoli tal-kontroll tal-pressjoni PCV1 u PCV2 hija meħtieġa għat-taqsim proporzjonali billi tkun kontrollata l-pressjoni fl-EP u DT.

- FD3 apparat li jaqsam il-nixxiegħa (Figura 10)

Sett ta’ tubi (unità ta’ tubi multipli) huwa nstallat fil-pajp ta’ l-exhaust EP biex jipprovdi kampjun proporzjonali tal-gass mhux trattat ta’ l-exhaust. Wieħed mit-tubi li jforni l-gass ta’ l-exhaust lill-passaġġ tad-dilwizzjoni DT, waqt li t-tubi l-oħrajn joħorġu l-gas ta’ l-exhaust lejn il-kabinett għat-tibrid DC. It-tubi għandhom ikollhom l-istess qisien (l-istess diametru, tul, raġġ tal-liwja), sabiex l-exhaust maqsum jiddependi fuq in-numru totali tat-tubi. Sistema tal-kontroll hija meħtieġa għat-tqassim proporzjonali billi tinżamm pressjoni differenzjali ta’ żero bejn l-ħruġ ta’ l-unità ta’ tubi multipli fil-DC u l-ħruġ tat-TT. Permezz ta’ dawn il-kondizzjonijiet, il-veloċitajiet tal-gass ta’ l-exhaust fil-EP u FD3 huma proporzjonali, u n-nixxiegħa fit-TT hija ta’ frazzjoni kostanti tan-nixxija tal-gass ta’ l-exhaust. Iż-żewġ punti għandhom ikunu mqabbda ma’ transducer tal-pressjoni differenzjali DPT. Il-kontroll biex jipprovdi pressjoni differenzjali ta’ żero jintlaħaq bil-kontrollatura tan-nixxiegħa FM1.

- EGA analizzatur tal-gass ta’ l-exhaust (Figuri 6 sa 10)

Analizzaturi ta’ CO2 jew NOx jistgħu jintużaw (bil-metodu tal-bilanċ tal-karbonju CO2 biss). L-analizzaturi għandhom ikunu kalibrati bħall-analizzaturi għall-kejl ta’ l-emissjonijiet tal-gass. Analizzatur wieħed jew diversi jistgħu jintużaw biex ikunu determinati d-differenzi tal-konċentrazzjoni.

Il-preċiżjoni tas-sistemi tal-kejl għandha tkun tali li l-preċiżjoni ta’ l-eżatezza GEDFW,i jew VEDFW,i huwa fi ± 4 %.

- TT it-tubu tat-trasferiment (Figuri 4 sa 12)

It-tubu tat-trasferiment tal-kampjun tal-partikolati għandu jkun:

- qasir kemm jista’ jkun, iżda mhux itwal minn 5 m fit-tul,

- ugwali għall- jew akbar mid-diametru tas-soda, iżda mhux iżjed minn 25 mm fid-diametru,

- joħroġ fuq il-linja ċentrali tal-passaġġ tad-dilwizzjoni u jipponta ’l isfel.

Jekk it-tubu huwa ta’ 1 m jew inqas fit-tul, għandu jkun insulat b’materjal ta’ kondottività termali massima ta’ 0,05 W/(m 7 K) bi ħxuna ta’ insulazzjoni radjali li jikkorrispondu mad-diametru tas-sonda. Jekk it-tubu huwa itwal minn metru wieħed, għandu jkun insulat u msaħħan sa temperatura minima tal-ħajt ta’ 523 K (250 °C).

Alternattivament, it-temperatura tal-ħajt tat-tubu tat-trasferiment meħtieġa jistgħu jkunu determinanti permezz ta’ kalkoli tat-trasferiment tas-sħana standard.

- DPT transducer tal-pressjoni differenzjali (Figuri 4, 5 u 10)

It-transducer tal-pressa differenzjali għandha jkollha skala ta’ ± 500 Pa jew anqas.

- FC1 il-kontrollatur tan-nixxiegħa (Figuri 4, 5 u 10)

Għas-sistemi isokinetiċi (il-Figuri 4 u 5) kontrollatur tan-nixxiegħa huwa meħtieġ għaż-żamma tal-pressjoni differenzjali ta’ żero bejn il-EP u l-ISP. L-addattament jista’ jsir permezz ta’:

(a) l-kontroll tal-veloċità jew tan-nixxiegħa tal-blower li jiġbed (SB) u tinżamm il-veloċità tal-blower tal-pressjoni (PB) konstanti waqt kull modula (Figura 4);

jew

(b) bl-aġġustament il-blower li jiġbed (SB) għal kurrent tal-massa kostanti ta’ l-exhaust dilwit u bil-kontroll tan-nixxiegħa tal-blower tal-pressjoni PB, u b’hekk in-nixxiegħa tal-kampjun ta’ l-exhaust f’reġjun fit-tmiem tat-tubu tat-trasferiment (TT) (Figura 5).

Fil-każ ta’ sistema ta’ pressjoni kkontrollata l-iżball li jibqa’ fl-ingassa tal-kontroll ma jistax jeċċedi ± 3 Pa. L-oxxillatturi tal-pressjoni fil-passaġġ tad-dilwizzjoni ma għandhomx jeċċedu medja ta’ ± 250 Pa.

Għal sistema ta’ tubi multipli (Figura 10) kontrollatur tan-nixxiegħa huwa meħtieġ għat-tqassim proporzjonali ta’ l-exhaust biex tinżamm pressjoni differenzjali ta’ żero bejn il-ħarġa ta’ l-unità tat-tubi multipli u l-ħruġ tat-TT. L-aġġustament jista’ jsir permezz ta’ kontroll tar-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja fil-DT mal-ħruġ tat-TT.

- PCV1, PCV2 valvola tal-kontroll tal-pressjoni (il-Figura 9)

Żewġ valvoli tal-kontroll tal-pressjoni huma meħtieġa għas-sistema ta’ venturi tewmin/toqob tewmin għat-tqasssim proporzjonali tan-nixxiegħa peremzz tal-kontroll tal-pressjoni warranija ta’ l-EP u l-pressjoni fil-DT. Il-valvoli għandhom ikunu lokalizzati ’l isfel mill-SP fl-EP u bejn il-PB u l-DT.

- DC kabinett tat-tibrid (il-Figura 10)

Kabinett għat-tibrid għandu jkun installat fil-ħruġ ta’ l-unità tat-tubi multipli sabiex tkun minimizzata l-oxxillazzjoni tal-pressjoni fil-pajp ta’ l-exhaust EP.

- VN venturi (il-Figura 8)

Ventilatur għandu jkun installat fil-passaġġ tad-dilwizzjoni DT sabiex joħloq pressjoni negattiva fir-reġjun tal-ħruġ tat-tubu tat-trasferiment TT. Ir-rata tan-nixxiegħa tal-gass mit-TT hija ddeterminata bl-iskambju tal-momentum fiż-żona tal-venturi, u hija bażikament proporzjonali tar-rata tan-nixxiegħa tal-blower tal-pressjoni PB li jwassal għal relattività kostanti tad-dilwizzjoni. Peress li l-iskambju tal-momentum hu affettwat bit-temperatura tal-ħruġ tat-TT u d-differenza tal-pressjoni bejn l-EP u d-DT, ir-rata tad-dilwizzjoni attwali hija kemm kemm anqas f’tagħbija zgħira milli f’tagħbija għolja.

- FC2 kontrollatur tan-nixxiegħa (Figuri 6, 7, 11 u 12; voluntarju)

Kontrollatur jista’ jkun użat biex jikkontrolla n-nixxiegħa tal-blower tal-pressjoni PB u/jew il-blower li jiġbed SB. Jista’ jkun konness man-nixxiegħa ta’ l-exhaust jew is-sinjal tan-nixxiegħa tal-karburant u/jew tas-sinjal differenzjali ta’ CO2 jew NOx.

Waqt l-użu tal-forniment ta’ l-arja (Figura 11) FC2 tikkontrolla direttament in-nixxiegħa ta’ l-arja.

- FM1 apparat tal-kejl tan-nixxiegħa (il-Figuri 6, 7, 11 u 12)

Arloġġ tal-kejl tal-gass jew istrumentazzjoni oħra biex titkejjel in-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni. FM1 hija voluntarja jekk il-PB ikun ikkalibrat biex ikejjel il-nixxiegħa.

- FM2 apparat tal-kejl tan-nixxiegħa (Figura 12)

Arloġġ tal-kejl tal-gass jew strumentazzjoni oħra biex titkejjel in-nixxiegħa tal-gass dilwit ta’ l-exhaust. FM2 hija voluntarja jekk il-blower li jiġbed SB ikun ikkalibrat sabiex ikejjel in-nixxiegħa.

- PB blower tal-pressjoni (Figuri 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 12)

Għall-kontroll tar-rata tan-nixxiegħa ta’ l-ajra tad-dilwizzjoni, PB jista’ jkun imqabbad mal-kontrollaturi tan-nixxiegħa FC1 jew FC2. PB ma huwiex meħtieġ waqt l-użu ta’ valvola tat-tip farfett. PB jista’ jkun użat sabiex titkejjel l-arja tad-dilwizzjoni, jekk ikun kalibrat.

- SB blower li jiġbed (Figuri 4, 5, 6, 9, 10 u 12)

Għal sistemi tat-teħid tal-kampjuni frazzjonali biss. SB jista’ jintuża sabiex titkejjel in-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust, jekk ikun kalibrat.

- DAF filtru ta’ l-arja tad-dilwizzjoni (Figuri 4 sa 12)

Huwa rakkomandat li l-arja tad-dilwizzjoni tkun iffiltrata u mnaddfa permezz tal-faħam tal-kannol sabiex ikunu eliminati l-idrokarburi li jkunu fl-isfond. L-arja tad-dilwizzjoni għandha tkun ta’ temperatura ta’ 298 K (25 °Ċ) ± 5 K.

Mat-talba tal-manifattur għandu jittieħed kampjun ta’ l-arja tad-dilwizzjoni skond il-prattika tajba ta’ l-inġenerija sabiex ikun iddeterminat il-livelli tal-partikolati fl-isfond, li mbagħad jistgħu jkunu mnaqqsa mill-valuri fl-exhaust dilwit.

- PSP sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (Figuri 4, 5, 6, 8, 9, 10 u 12)

Is-sonda hija s-sezzjoni ta’ quddiem tal-PTT u

- għandha tkun installata tħares lejn in-nixxiegħa f’punt meta l-arja tad-dilwizzjoni u l-gass ta’ l-exhaust huma mħallta tajjeb, i.e. fil-passaġġ tad-dilwizzjoni DT l-linja taċ-ċentru tas-sistemi tad-dilwizzjoni huma bejn wieħed u ieħor 10 diametri tal-passaġġi ’l isfel tal-punt meta l-exhaust jidħol fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- għandha tkun 12 mm fid-diametru minimu ta’ ġewwa,

- tista’ tkun imsaħħna sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) it-temperatura tal-ħajt permezz ta’ sħana diretta jew għax isaħħan l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-exhuast fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- tista’ tkun insulata.

- DT passaġġ tad-dilwizzjoni (il-Figuri 4 sa 12)

Il-passaġġ tad-dilwizzjoni:

- għandu jkun ta’ tul suffiċjenti li joħloq it-taħlit komplet ta’ l-exhaust u ta’ l-arja tad-dilwizzjoni waqt kondizzjonijiet ta’ nixxiegħa turbulenti,

- għandu jkun kostruwit minn azzar li ma jsaddadx:

- reattività ta’ diametru ta’ ħxuna ta’ 0,025 jew anqas għal passaġġi tad-dilwizzjoni ta’ diametru intern aktar minn 75 mm,

- ħxuna nominali tal-ħajt ta’ mhux anqas minn 1,5 mm għall-passaġgi tad-dilwizzjoni ta’ diametru intern ugwali jew anqas minn 75 mm,

- għandha tkun mill-anqas 75 mm ta’ diametru għat-tip tat-teħid tal-kampjuni frazzjonali,

- huwa rakkomandat li tkun mill-anqas 25 mm fid-diametru għat-tip tat-teħid tal-kampjuni totali.

Tista’ tkun imsaħħna sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) it-temperatura tal-ħajt permezz ta’ sħana diretta jew għax isaħħan l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-exhuast fil-passaġġ tad-dilwizzjoni.

Tista’ tkun insulata.

L-exhaust tal-magna għandu jkun imħallat sewwa ma’ l-arja tad-dilwizzjoni. Għal sistemi tat-teħid tal-kampjuni frazzjonali, il-kwalità tat-taħlit għandha tkun eżaminata wara l-introduzzjoni fis-servizz permezz ta’ passaġġ ta’ profili ta’ CO2 bil-magna qed taħdem (mill-anqas erba’ punti tal-kejl mifruxa ugwalment). Jekk meħtieġ, jista’ jintuża orifiċju tat-taħlit.

Nota:

Jekk it-temperatura ambjentali fil-viċinità tal-passaġġ tad-dilwizzjoni (DT) hija inqas minn 293 K (20 °Ċ), għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ikun evitat it-telf ta’ partikoli mal-ħitan kesħin tal-passaġġ tad-dilwizzjoni. Għalhekk, is-sħana u/jew l-insulazzjoni tal-passaġġ fil-limiti mogħtija hawn fuq huwa rakkomandat.

Meta l-magna tkun mgħobbija ħafna, il-passaġġ jista’ jkun imkessaħ b’mezz mhux aggressiv bħal fan taċ-ċirkulazzjoni, basta li t-temperatura tal-medja li tkessaħ ma tkunx anqas minn 293 K (20 °Ċ).

- HF skambjatura tas-sħana (Figuri 9 u 10)

L-iskambjatur tas-sħana għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti biex tinżamm it-temperatura fid-daħla tal-blower li jiġbed SB fi ± 11 K mat-temperatura medja ta’ l-operazzjoni osservata waqt it-test.

1.2.1.2. Sistema ta’ nixxiegħa sħiħa tad-dilwizzjoni (Figura 13)

Sistema tad-dilwizzjoni hija deskritta bil-bażi fuq id-dilwizzjoni ta’ l-exhaust totali bl-użu tal-kunċett tat-teħid tal-kampjuni tal-volum konstanti (CVS). Il-volum totali tat-taħlita ta’ l-arja tad-dilwizzjoni għandu jitkejjel. Jew sistema ta’ PDP jew CFV tista’ tintuża.

Għall-ġbir sussegwenti tal-partikolati, kampjun ta’ gass ta’ l-exhaust dilwit għandu jkun mgħoddi mis-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (Sezzjoni 1.2.2, Figuri 14 u 15). Jekk dan isir b’modula diretta, huwa riferit bħala dilwizzjoni singola. Jekk il-kampjun hu dilwit għal darba oħra fil-passaġġ sekondarju tad-dilwizzjoni, huwa referit bħala dilwizzjoni doppja. Dan huwa utili, jekk il-ħtieġa tat-temperatura ta’ wiċċ il-filtru ma tistax tintlaħaq bi dilwizzjoni singola. Għalkemm parzjalment sistema tad-dilwizzjoni, is-sistema tad-dilwizzjoni doppja hija deskritta bħala modifikazzjoni tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati fis-Sezzjoni 1.2.2, Figura 15, minħabba li taqsam il-biċċa l-kbira tal-partijiet ta’ sistema tipika tat-teħid tal-kampjuni.

L-emissjonijiet tal-gass jistgħu wkoll ikunu stabbiliti fil-passaġġ tad-dilwizzjoni ta’ sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa sħiħa. Għalhekk, is-sondi tat-teħid tal-kampjuni għal komponenti tal-gass huma murija fil-Figura 13 imma ma jidhrux fil-lista tad-deskrizzjoni. Il-ħtiġiet rispettivi huma deskritti fis-Sezzjoni 1.1.1.

Deskrizzjonijet - Figura 13

- EP pajp ta’ l-exhaust

It-tul tal-pajp ta’ l-exhaust mill-ħruġ tal-manifold ta’ l-exhaust tal-magna, il-ħruġ tat-turbocharger jew l-apparat tat-trattament posterjuri tal-passaġġ tad-dilwizzjoni hu meħtieġ li ma jkunx iżjed minn 10 m. Jekk is-sistema teċċedi l-4 m fit-tul, it-tubi kollha li jeċċedu l-4 m m’għandhomx ikunu insulati, ħlief għall-arloġġ tal-kejl li jkun fil-linja tad-duħħan, jekk jintuża. Il-ħxuna radjali ta’ l-insulazzjoni għandha tkun mill-anqas ta’ 25 mm. Il-konduttività termali tal-materjal insulattiv għandha jkollha valur ta’ mhux aktar minn 0,1 W/(m 7 K) imkejjel fi 673 K (400 °Ċ). Biex inaqqas l-inertia termali tal-pajp ta’ l-exhaust ħxuna tar-rata tad-diametru ta’ 0,015 jew anqas huwa rakkomandat. L-użu ta’ sezzjonijiet flessibbli għandhu jkun limitat għat-tul tar-relattività tad-diametru ta’ 12 jew anqas.

+++++ TIFF +++++

Figura 13Sistema ta’ nixxiegħa sħiħa tad-dilwizzjoni

L-ammont totali ta’ l-exhaust mhux ipproċessat hu mħallat fil-passaġġ tad-dilwizzjoni DT ma’ l-arja tad-dilwizzjoni.

Ir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-exhaust tal-gass dilwit titkejjel permezz ta’ pompa ta’ dispostament pożittiv PDP jew b’venturi tal-kurrrent kritiku CFV. Apparat li jagħmel skambju tas-sħana HF jew kumpens elettroniku tan-nixxiegħa PDP jistgħu jkunu użati għal kampjunar proporzjonali tal-partikolati u għall-nixxiegħa tad-determinazzjoni. Peress li d-determinazzjoni tal-massa hija bbażata fuq in-nixxiegħa totali tal-gass ta’ l-exhaust, ma huwiex meħtieġ li tkun ikkalkolata r-rata tad-dilwizzjoni.

- PDP pompa ta’ l-ispostament pożittiv

Il-PDP tkejjel b’arloġġ it-total tan-nixxiegħa ta’ l-exhaust dilwit min-numru tad-dawrien tal-pompa u l-ispostament tal-pompa. Is-sistema tal-pressjoni posterjuri ta’ l-exhaust m’għandhiex tkun artifiċjalment imnaqqsa bil-PDP jew bis-sistema tad-dħul ta’ l-arja dilwita. Il-pressjoni statika posterjuri ta’ l-exhaust hija mkejla bis-sistema tas-CVS li tkun topera u għandha tibqa’ ± 1,5 kPa tal-pressjoni statika mkejla mingħajr konnessjoni mas-CVS f’veloċità u tagħbija identika.

It-temperatura tat-taħlita tal-gass immedjatament qabel il-PDP għandha tkun fi ± 6 K tat-temperatura operatorja medja osservata waqt it-test, meta l-ebda kumpens tan-nixxiegħa ma jintuża.

Il-kumpens tan-nixxiegħa jista’ jintuża biss jekk it-temperatura fid-daħla tal-PDP ma teċċedix 50 °C (323 K).

- CFV Ventilaturi tan-nixxiegħa kritika

CFV ikejjel in-nixxiegħa totali ta’ l-exhaust billi jżomm in-nixxiegħa f’kondizzjonijiet mifqugħa (nixxiegħa kritika). Il-pressjoni statika posterjuri ta’ l-exhaust titkejjel permezz tas-sistema tas-CFV li għandha tibqa’ fi ± 1,5 kPa tal-pressjoni statika mkejla mingħajr konnessjoni mas-CFV f’veloċità u tagħbija tal-magna identika. It-temperatura tat-taħlita tal-gass immedjatament qabel is-CFV għandha tkun fi ± 11 K tat-temperatura operatorja medja osservata waqt it-test, meta l-ebda kumpens tan-nixxiegħa ma jintuża.

- HE Skambjatur tas-sħana (voluntarju jekk EFC tkun użata)

L-iskambjatur tas-sħana għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti biex iżomm it-temperatura fil-limiti tal-ħtiġiet imsemmija hawn fuq.

- EFC Kumpens elettroniku tal-nixxiegħa (voluntarju jekk tintuża HE)

Jekk it-temperatura fid-daħla ta’ kemm il-PDP jew il-CFV ma jinżammx fil-limiti elenkati hawn fuq, sistema ta’ kumpens tan-nixxiegħa tkun meħtieġa għall-kejl kontinwu tar-rata tan-nixxiegħa u l-kontroll tat-teħid tal-kampjuni proporzjonali fis-sistema tal-partikolati.

Għal dak l-iskop, is-sinjali tar-rata tan-nixxiegħa huma kontinwament imkejla biex jikkoreġu r-rata tan-nixxiegħa mill-filtri tal-partikolati tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni (ara Figuri 14 u 15), kif xiearq.

- DT passaġġ tad-dilwizzjoni

Il-passaġġ tad-dilwizzjoni:

- għandu jkollu diametru żgħir biżżejjed li jikkawża nixxiegħa turbulenti (Numru ta’ Reynolds akbar minn 4000) ta’ tul suffiċjenti li jikkawża taħlit komplet ta’ l-exhaust ma’ l-arja tad-dilwizzjoni. Ftuħ għat-taħlit jista’ jintuża,

- għandha tkun mill-anqas ta’ diametru ta’ 75 mm,

- tista’ tkun insulata.

L-exhaust tal-magna għandu jkun dirett ’l isfel fil-punt meta hu introdott fil-passaġġ tad-dilwizzjoni, u mħallat tajjeb.

Waqt l-użu tad-dilwizzjoni, kampjun minn kull passaġġ tad-dilwizzjoni hu trasferit għas-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (-Sezzjoni 1.2.2, Figura 14). Il-kapaċità tan-nixxiegħa tal-PDP jew CFV għandha tkun suffiċjenti biex l-exhaust dilwit jinżamm f’temperatura ta’ anqas minn, jew egwali ta’ 325 K (52 °Ċ) immedjatament qabel il-filtru primarju tal-partrikolati.

Meta jintuża dilwizzjoni doppju, il-kampjun mill-passaġġ tad-dilwizzjoni huwa trasferit għal-passaġġ sekondarju tad-dilwizzjoni fejn jitkompla li jsir id-dilwizzjoni, u minn hemm mgħoddi mill-filtri tat-teħid tal-kampjuni (Sezzjoni 1.2.2, Figura 15).

Il-kapaċità tan-nixxiegħa tal-PDP jew tas-CFV għandha tkun suffiċjenti biżżejjed biex iżżomm in-nixxiegħa ta’ l-exhaust dilwit fit-temperatura DT ta’ anqas minn, jew ugwali għal 464 K (191 °Ċ) fiż-żona tat-teħid tal-kampjuni. Is-sistema sekjondarja tad-dilwizzjoni tista’ tipprovdi arja tad-dilwizzjoni sekondarja suffiċjenti biex iżżomm in-nixxiegħa ta’ l-exhaust dilwit darbtejn fit-temperatura ta’ anqas minn, jew ugwali għal 325 K (52 °Ċ) immedjatament qabel il-filtru primarju tal-partikolati.

- DAF Filtru ta’ l-arja tad-dilwizzjoni

Huwa rakkomandat li l-arja tad-dilwizzjoni tkun iffiltrata u mnaddfa permezz tal-faħam tal-kannol sabiex ikunu eliminati l-idrokarburi fl-isfond. L-arja tad-dilwizzjoni għandha jkollha temperatura ta’ 298 K (25 °Ċ) ± 5 K. Mat-talba tal-manifattur għandu jittieħed kampjun ta’ l-arja tad-dilwizzjoni skond prattika ta’ l-inġenerija tajba biex ikun determinat il-livelli tal-partikolati fl-isfond, li minn hemm jistgħu jitnaqqsu mill-valuri mkejla fl-exhaust dilwit.

- PSP sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati

Is-sonda hija s-sezzjoni ta’ quddiem tal-PTT u

- għandha tkun installata tħares lejn in-nixxiegħa fil-punt meta l-arja tad-dilwizzjoni u l-gass ta’ l-exhaust huma mħallta tajjeb, i.e. fil-passaġġ tad-dilwizzjoni DT l-linja ċentrali tas-sistemi tad-dilwizzjoni huma bejn wieħed u ieħor 10 diametri tal-passaġġi ’l isfel tal-punt meta l-exhaust jidħol fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- għandha tkun 12 mm fid-diametru minimu intern,

- tista’ tkun imsaħħna sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) it-temperatura tal-ħajt permezz ta’ sħana diretta jew għax isaħħan l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-exhuast fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- tista’ tkun insulata.

1.2.2. Sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (Figuri 14 u 15)

Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati hija meħtieġa għall-ġbir tal-partikolat fuq il-filtru tal-partikolati. Fil-każ tat-teħid tal-kampjuni totali tan-nixxiegħa tad-dilwizzjoni parzjali, li jikkonsisti fil-mogħdija tal-kampjun totali ta’ l-exhaust dilwit mill-filtri, id-dilwizzjoni (Sezzjoni 1.2.1.1, Figuri 7 u 11) u s-sistema tat-teħid tal-kampjuni normalment minn unità integrali. Fil-każ ta’ teħid tal-kampjuni frazzjonali tan-nixxiegħa parzjali tad-dilwizzjoni, li tikkonsisti fil-mogħdija mill-filtri ta’ porzjon biss tal-exhaust dilwit, id-dilwizzjoni (Sezzjoni 1.2.1.1, Figuri 4, 5, 6, 8, 9, 10 u 12 u Sezzjoni 1.2.1.2, Figura 13) u s-sistemi tat-teħid tal-kampjuni li huma s-soltu differenti minn unitajiet differenti.

F’din id-Direttiva, is-sistema tad-dilwizzjoni doppja DDS (Figura 15) ta’ sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa sħiħa hija meqjusa bħala modifika speċifika għal sistema tipika tat-teħid tal-kampjuni kif murija fil-Figura 14. Is-sistema ta’ dilwizzjoni doppju tinkludi l-partijiet kollha tas-sistema tal-kampjunar tal-partikolati, bħalma huma d-detenturi tal-filtri u pompa tat-teħid tal-kampjuni, u addizzjonalment ċerti fatturi tad-dilwizzjoni, bħalma hija l-forniment ta’ l-arja tad-dilwizzjoni u l-passaġġ sekondarju tad-dilwizzjoni.

Sabiex ikun evitat kwalunkwe impatt fuq l-ingassi tal-kontroll, huwa rakkomandat li l-pompa tal-kampjun tkun taħdem matul il-proċedura tat-test kollu. Għall-metodu tal-filtru singolu, sistema ta’ bypass għandha tintuża għall-mogħdija tal-kampjun mill-filtri tat-teħid tal-kampjuni fil-ħinijiet mixtieqa. Interferenza mal-proċedura tal-qlib ta’ l-ingassi tal-kontroll għandha tkun imnaqqsa kemm jista’ jkun.

Deskrizzjonijiet – Figuri 14 u 15

- PSP sonda tad-teħid tal-kampjuni tal-partikolati (Il-Figuri 14 u 15)

Is-sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati murija fil-figuri hija l-parti ta’ quddiem tat-tubu tat-trasferiment tal-partikolati PTT.

Is-sonda:

- għandha tkun installata tħares lejn in-nixxiegħa fil-punt minn fejn l-arja tad-dilwizzjoni u l-gass ta’ l-exhaust huma mħalta tajjeb, i.e. fil-passaġġ tad-dilwizzjoni DT il-linja ċentrali tas-sistemi tad-dilwizzjoni (ara Sezzjoni 1.2.1), huma bejn wieħed u ieħor 10 diametri tal-passaġġi ’l isfel tal-punt meta l-exhaust jidħol fil-passaġġ tad-dilwizzjoni),

- għandha tkun 12 mm fid-diametru minimu intern,

- tista’ tkun imsaħħna sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) it-temperatura tal-ħajt permezz ta’ sħana diretta jew għax issaħħan l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-exhaust fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- tista’ tkun insulata.

+++++ TIFF +++++

Figura 14Sistema tat-teħid tal-kampjuni tal-Partikolati

Kampjun ta’ l-exhaust tal-gass dilwit li jittieħed mill-passaġġ tad-dilwizzjoni DT ta’ nixxiegħa parzjali jew ta’ sistema tad-dilwizzjoni minn sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati PSP u t-tubu tat-trasferiment tal-partikolati PTT permezz ta’ pompa P tat-teħid tal-kampjuni. Il-Kampjun huwa mgħoddi mid-detentur(i) tal-filtri FH li fihom il-filtri tat-teħid ta’ kampjuni tal-partikolati. Ir-rata tan-nixxiegħa tal-kampjun hija kontrollat bin-nixxiegħa tal-kontrollatur FC3. Jekk kumpens elettroniku tan-nixxiegħa EFC (ara l-figura 13) ikun użat, in-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust dilwit tkun użata bħala sinjal ta’ l-ordni għal FC3.

+++++ TIFF +++++

Figura 15Sistema tad-dilwizzjoni (sistema tan-nixxiegħa sħiħa biss)

Kampjun tal-gass ta’ l-exhaust dilwit huwa trasferit mill-passaġġ tad-dilwizzjoni DT tas-sistema tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa sħiħa minn sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati PSP u t-tubu tat-trasferiment tal-partikolati PTT minn passaġġ sekondarju tad-dilwizzjoni SDT, jerġa’ jkun dilwit għal darba oħra. Il-kampjun ikun imbagħad mgħoddi mid-detentur(i) tal-filtri FH li fihom l-filtri tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati. Ir-rata tan-nixxiegħa ta’ l-arja tad-dilwizzjoni hija konstanti normalment iżda r-rata tan-nixxiegħa tal-kampjun hija kkontrollata bin-nixxiegħa tal-kontrollatur FC3. Jekk kumpens elettroniku tan-nixxiegħa EFC (ara figura 13) jintuża, in-nixxiegħa tal-gass ta’ l-exhaust dilwit totalment hija użata bħala sinjal ta’ l-ordni għal FC3.

- PTT it-tubu tat-trasferiment tal-partikolati (il-Figuri 14 u 15)

It-tubu tat-trasferiment tal-partikolati ma jistax jeċċedi 1020 mm fit-tul, u għandu jkun minimizzat fit-tul kull meta jkun possibbli.

Il-qisien huma validi għal:

- it-tip tat-teħid tal-kampjuni tad-dilwizzjoni frazzjonali tan-nixxiegħa parzjali u tas-sistema tad-dilwizzjoni singolu tan-nixxiegħa sħiħa mill-ponta tas-sonda sad-detentur tal-filtru,

- it-tip tat-teħid tal-kampjuni tad-dilwizzjoni tan-nixxiegħa parzjali minn tarf tal-passaġġ tad-dilwizzjoni sad-detentur tal-filtru,

- is-sistema tad-dilwizzjoni doppja tan-nixxiegħa sħiħa mill-ponta tas-sonda sal-passaġġ tad-dilwizzjoni sekondarju.

It-tubu tat-trasferiment:

- jista’ jkun imsaħħan sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) it-temperatura tal-ħajt permezz ta’ sħana diretta jew għax isaħħan l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-exhaust fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- jista’ jkun insulat.

- SDT it-tubu tad-dilwizzjoni sekondarju (Figura 15)

It-tubu tad-dilwizzjoni sekondarju għandu jkollu diametru minimu ta’ 75 mm u għandu jkun ta’ tul suffiċjenti sabiex jipprovdi ħin ta’ resistenza ta’ mill-anqas 0,25 sekondi għall-kampjun dilwit darbtejn. Id-detentur tal-filtru primarju, FH, għandu jinstab fi 300 mm tal-ħruġ tat-SDT.

Il-passaġġ tad-dilwizzjoni sekondarju:

- jista’ jkun imsaħħan sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) it-temperatura tal-ħajt permezz ta’ sħana diretta jew għax isaħħna l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ) qabel l-introduzzjoni ta’ l-exhaust fil-passaġġ tad-dilwizzjoni,

- jista’ jkun insulat.

- FH detentur tal-filtru(i) (Figuri 14 u 15)

Għall-filtri primarji u tar-rinforzar jistgħu jintużaw detentur ta’ filtru wieħed jew detenturi tal-filtri separati. Il-ħtiġiet ta’ l-Anness III, Appendiċi 1, Sezzjoni 1.5.1.3 għandhom ikunu mħarsa.

Id-dentur(i) tal-filtru(i):

- jistgħu jkunu msaħħna sa mhux iżjed minn 325 K (52 °Ċ) temperatura tal-ħajt bi sħana diretta jew billi jsaħħnu minn qabel l-arja tad-dilwizzjoni, basta li t-temperatura ta’ l-arja ma teċċedix 325 K (52 °Ċ),

- jista’ jkun insulat.

- P pompa tat-teħid tal-kampjuni (Figuri 14 u 15)

Il-pompa tat-teħid tal-kampjuni tal-partikolati għandha tkun tinstab ’il bogħod biżżejjed mill-passaġġ sabiex it-temperatura tal-gass fid-daħla għandha tibqa’ konstanti (± 3 K), jekk il-korrezzjoni tan-nixxiegħa FC3 ma tintużax.

- DP il-pompa tad-dilwizzjoni ta’ l-arja (Figura 15) (in-nixxiegħa sħiħa tad-dilwizzjoni doppju biss)

Il-pompa tad-dilwizzjoni għandha tkun hekk lokalizzata li l-arja tad-dilwizzjoni sekondarja tkun provduta f’temperatura ta’ 298 K (25 °Ċ) ± 5 K.

- FC3 il-kontrollur tan-nixxiegħa (il-Figuri 14 u 15)

Kontrollur tan-nixxiegħa għandu jintuża sabiex jikkumpensa n-nixxiegħa tal-partikolat tal-kampjun għat-temperatura u l-varjazzjonijiet tal-pressjoni warranija fil-passaġġ tal-kampjun, jekk l-ebda mezz ieħor ma huwa disponnibbli. Il-kontrollur tan-nixxiegħa huwa meħtieġ jekk jintuża l-kumpens elettroniku tan-nixxiegħa EFC (ara figura 136).

- FM3 apparat li jkejjel in-nixxiegħa (Figuri 14 u 15) (in-nixxiegħa tal-kampjun tal-partikolati)

L-arloġġ tal-kejl tal-gass jew l-istrumentazzjoni tan-nixxiegħa għandu jkun lokalizzat ’il bogħod biżżejjed mill-pompa tal-kampjun sabiex it-temperatura tad-daħla tal-gass tibqa’ konstanti(± 3 K), jekk il-korrezzjoni tan-nixxiegħa FC3 ma tintużax.

- FM4 apparat li jkejjel in-nixxiegħa (Figura 15) (arja tad-dilwizzjoni, nixxiegħa sħiħa tad-dilwizzjoni doppju)

L-arloġġ tal-kejl tal-gass jew l-istrumentazzjoni tan-nixxiegħa għandu jkun lokalizzat f’tali post li t-temperatura tad-daħla tal-gass tibqa’ fi 298 K (25 °Ċ) ± 5 K.

- BV valvola tal-ballun (voluntarja)

Il-valvola tal-ballun għandha jkollha diametru ta’ mhux anqas mid-diametru intern tat-tubu tat-teħid tal-kampjuni u ħin ta’ tibdil ta’ anqas minn 0,5 sekondi.

Nota:

Jekk it-temperatura ambjentali fil-viċinanza ta’ PSP, PTT, SDT, u FH huwa taħt il-239 K (20 °Ċ), prekawzjonijiet għandhom jittieħdu sabiex jevitaw telf tal-partikolati fuq il-ħitan kesħin ta’ dawn il-partijiet. Għalhekk, saħħan u/jew insulazzjoni ta’ dawn il-partijiet fil-limiti mogħtija fid-deskrizzjonijiet rispettivi huma rakkomandati. Huwa rakkomandat ukoll li t-temperatura tal-wiċċ tal-filtru ma tkunx taħt 293 K (20 °Ċ).

Meta l-magna tkun mgħobbija ħafna, il-pattijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jkunu mkesħa b’mezz mhux aggressiv bħalma hu fan taċ-ċirkulazzjoni, basta li t-temperatura tal-mezz li jkessaħ ma tkunx taħt 293 K (20 °Ċ).

--------------------------------------------------

ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VII

SISTEMA TAN-NUMERAZZJONI TAĊ-ĊERTIFIKATI TA’ L-APPROVAZZJONI

(ara l-Artikolu 4(2))

1. In-numru għandu jikkonsisti f’ħames sezzjonijiet separati bil-karattru ‘*’.

Sezzjoni 1 1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda

Sezzjoni 2 in-numru ta’ din id-Direttiva. Li fih dati differenti ta’ l-implimentazzjoni u l-istandards tekniċi differenti, żewġ karattri alfabetiċi huma miżjuda. Dawn il-karattri jirreferu għad-dati differenti ta’ l-applikazzjoni għall-istadji tal-gravità u ta’ l-applikazzjoni tal-magna għal speċifikazzjoni differenti għal makkinarju mobbli, fuq il-bażi ta’ liema l-approvazzjoni tat-tip ingħatat. L-ewwel karattru hu definit fl-Artikolu 9. It-tieni karattru hu definit fl-Anness I, Sezzjoni 1 fir-rigward tal-modula tat-test definit fl-Anness III, Sezzjoni 3.6.

Sezzjoni 3 in-numru tad-Direttiva l-aktar riċenti li temenda, kif applikabbli għall-approvazzjoni. Jekk applikabbli, żewġ karattri oħra alfabetiċi għandhom jiżdiedu jiddependi fuq il-kondizzjonijiet deskritti fis-Sezzjoni 2, anke jekk huwa riżultat tal-parametri ġodda, wieħed biss mill-karattri għandu jinbidel. Jekk l-ebda tibdil ta’ dawn il-karattri ma jkun applikabbli dawn għandhom jitħallew barra.

Sezzjoni 4 numru sekwenzjali b’erba’ ċifri (biż-żero ta’ qabel kif ikun applikabbli) biex juri n-numru ta’ l-approvazzjoni bażika. Is-sekwenza għandha tibda minn 0001.

Sezzjoni 5 numru sekwenzjali b’żewġ ċifri (b’żero ta’ qabel jekk applikabbli) biex juri l-estensjoni. Is-sekwenza għandha tibda minn 01 għal bażi ta’ kull numru ta’ l-approvazzjoni.

2. Eżempju għat-tielet approvazzjoni (ma’, sa issa, bl-ebda estensjoni) li tikkorrispondi mad-data ta’ l-applikazzjoni A (stadju I, is-Sezzjoni tal-potenza maġġuri) u għall-applikazzjoni tal-magna għall-ispeċifikazzjoni A ta’ makkinarju mobbli, maħruġa mir-Renju Unit:

e 11*98/…AA*00/000XX*0003*00

3. Eżempju tat-tieni estensjoni tar-raba’ approvazzjoni li tikkorrispondi mad-data ta’ l-applikazzjoni E (stadju II, Sezzjoni tal-medda ta’ potenza medja) għall-istess speċifikazzjoni ta’ makkinarju (A), maħruġa mill-Ġermanja:

e 1*01/…EA*00/000XX*0004*02

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS X

+++++ TIFF +++++

Stqarrija mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 15

Il-Kummissjoni tikkonferma li, skond l-ittra u l-ispirtu tal-modus vivendi dwar il-proċedura tal-Kumitat, hi sejra żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat fir-rigward tal-miżuri ta’ l-implimetazzjoni li joriġinaw minn din id-Direttiva li hi tipproponi li tadotta.

--------------------------------------------------