31997F0625(01)



Official Journal C 195 , 25/06/1997 P. 0001 - 0001


Att tal-Kunsill

tas-26 ta' Mejju, 1997

li jfassal, fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 (2) (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(97/K 195/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3(2)(ċ) tiegħu,

Billi l-Istati Membri jħarsu lejn it-titjib fil-ko-operazzjoni tal-ġustizzja bħala materja ta' interess komuni bħala parti mill-koperazzjoni previst fit-Titolu VI tat-Trattat;

Billi, għal dan il-għan, huwa neċessarju li tiġi mfassla Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' l-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [1];

WARA LI DDEĊIEDA li l-Konvenzjoni, li t-test tagħha hu megħmuż u li ġie ffirmat illum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, hawnhekk qed tiġi mfassla;

JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Sorgdrager

[1] ĠU C 313, tat-23.10.1996, p. 2.

--------------------------------------------------