31997E0193



Official Journal L 081 , 21/03/1997 P. 0001 - 0002


Pożizzjoni Komuni

tas-17 ta' Marzu 1997

definita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 fit-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, jirrestrinġi persuni li jkunu wettqu atti vjolenti fl-inċidenti ta' Mostar nhar l-10 ta' Frar 1997

(97/193/PESK)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu J.2 tiegħu,

billi l-Unjoni Ewropea hija marbuta ma' politikà ta' rikonċiljazzjoni u koperazzjoni bejn il- Komunitajiet ta' Mostar u it-tisħiħ tal-Federazzjoni;

billi il- Kunsill iqis li l-inċidenti li ġraw gewwa Mostar fl-10 ta' Frar 1997 jheddu l- implimentazzjoni ta' din il- politikà;

billi, f'dan il-kuntest, il-Kunsill jidhirlu li jkun xieraq li jimxi fuq ir-rikomandazzjonijiet ta' l- Uffiċċju ta' l-Ogħla Rapprezentant ġewwa Sarajevo, li skont dawn dawk li kienu identifikati bħala l-instigaturi tal-vjolenza fl-inċidenti msemmija hawn fuq għandhom ikunu miżmuma milli jivvjaġġaw għall-Ewropa u f'pajjiżi barranin.,

IDDEFINIXXA L-POŻIZZJONI KOMUNI KIF GEJ:

1. Il-persunal imniżżla f'dan l-Anness għandhom ikunu rrappurtati bl-iskop li ma jitħallewx jidħlu fit-teritorji ta' l-Istati Membri. Din il-lista għandha tiġi mġedda wara r-riżultat ta' aktar investigazzjonijiet u proċeduri ġuridiċi.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji li hemm referenza għalihom f'punt 1 mid-data tad-definizzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni.

3. Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussell, fis-17 ta' Marzu 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Zalm

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TAL-PERSUNAL MSEJĦA F'PUNT 1

HRKAC Ivan

PLANINIC Zeljko

PERIC Bozo

--------------------------------------------------