31997D0837



Official Journal L 346 , 17/12/1997 P. 0095 - 0096


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Diċembru 1997

li temenda d-Deċiżjoni 83/247/KEE li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Politika Komunitarja rigward il-Forestrija u l-Industriji bbażati fuq il-Forestrija

(97/837/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi, fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni ekonomika tal-forestrija u l-industriji bażati fuq il-forestrija fil-Komunità u l-bżonn li tiġi żgurata r-rappreżentazzjoni tad-diversi oqsma tagħha fil-kumitat, huwa xieraq li tiġi emendata d-Deċizjoni tal-Kummissjoni 83/247/KEE [1],

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-Deċiżjoni 83/247/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikoli 1, 2, u 3 qed jinbidlu b’dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Kumitat konsultattiv fuq il-politika dwar il-politika Komunitarja rigward il-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-forestrija minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-kumitat";, qiegħed b’hekk jiġi stabbilit taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni. Il-kumitat għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’l-organizzazzjonijiet Ewropej ta’l-industriji bbażati fuq il-forestrija.

Artikolu 2

Il-kumitat għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, jagħti parir lill-Kummissjoni fuq l-aspetti industrijali tal-politika Komunitarja li teffettwa l-forestrija u l-industriji bażati fuq il-forestrija, kif ukoll fuq is-swieq u kunsiderazzjonijet ekonomiċi oħra li jeffettwaw prodotti tal-forestrija fil-Komunità jew it-talba għalihom.

Artikolu 3

Il-kumitat għandu jkun magħmul minn 23 membru:

- ħames membri li jirrappreżentaw is-settur tal-forestrija,

- sitt membri li jirrappreżentaw l-industrija mekkanika ta’ l-injam,

- sitt membri li jirrappreżentaw l-industriji li jipproduċu u jikkonvertu l-polpa, il-karta u l-boards,

- sitt membri li jirrappreżentaw l-industrija ta’l-istampar u l-pubblikazzjoni.";

2. L-Artikoli 5 u 6 qed jinbidlu b’dan li ġej:

"L-Artikolu 5

Iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-kumitat għandu jkun ta’ sentejn, u jista’ jiġi mġedded wara għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Meta jagħlaq il-perjodu ta’ sentejn, il-membri tal-kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sakemm iż-żmien tal-kariga tagħhom jiġġedded.

Iż-żmien tal-kariga ta’membru għandu jintemm qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ sentejn fil-każ tar-riżenja jew il-mewt tiegħu.

Huwa għandu jiġi sostitwit għall-bqija taż-żmien tiegħu fil-kariga skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

Il-Membri ma għandhomx jitħallsu tas-servizzi tagħhom.

Artikolu 6

Il-lista tal-membri tal-kumitat għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni għal skop ta’ informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.";

3. L-Artikolu 10 qed jinbidel b’dan li ġej:

"L-Artikolu 10

1. Il-kumitat u l-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu mlaqqgħin mill-president. Il-kumitat għandu jiltaqa’ fil-kwartieri generali tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentanti tad-dipartimenti konċernati tal-Kummissjoni għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-kumitat u tal-gruppi ta’ ħidma."

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 137, tas-26.5.1983, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-KUMITAT DWAR POLITIKA KOMUNITARJA RIGWARD IL-FORESTRIJA U L-INDUSTRIJI BBAŻATI FUQ IL-FORESTRIJA

1. | Is-settur tal-forestrija | 5 membri |

| Il-foresti pubbliċi | 1 |

| CEPF – Confederation européene des produceurs forestiers | 1 |

| USSE – Union de Silvicultores del Sur de Europa | 1 |

| UFE – Union of European Foresters | 1 |

| FECOF – Fédération européenne des communes forestieres | 1 |

2. | L-industrija mekkanika ta’l-injam | 6 membri |

| CEI-Bois – Confederation europeenne des industries du bois | 1 |

| OES – Organisation europeenne des scieries | 1 |

| FESYP – Federation europeenne des syndicates de fabricants de panneaux de particules | 1 |

| FEROPA – Federation europeenne des fabricants de panneaux de fibres | 1 |

| FEIC – Federation europeenne des industries du contreplaque | 1 |

| Euro MDF – European Association of Medium Density Fireboard | 1 |

3. | Il-fabbrikazzjoni u l-konverżjoni tal-polpa, tal-karta u tal-bord | 6 membri |

| CEPI – Confederation of European Paper Industries | 1 |

| EPIS – European Pulp Industry Sector | 1 |

| CEPI – Cartonboard/Procarton | 1 |

| SEKF – European Tissue Symposium | 1 |

| EDANA – European Disposables and Non-wovens Association | 1 |

| CITPA – Confederation internationale des transformateurs de papier et carton en Europe | 1 |

4. | L-istampar u l-pubblikazzjoni | 6 membri |

| INTERGRAF – Confederation internationale de l’industrie graphique et des industries annexes | 1 |

| FAEP – Federation des associations d’editeurs de periodiques de la CEE | 1 |

| ENPA – European Newspaper Publishers Association | 1 |

| EAPD – European Association of Directory Publishers | 1 |

| KEP – European Publishers Council | 1 |

| FEP – Federation of European Publishers | 1 |

| Total | 23 |

--------------------------------------------------