31997D0264



Official Journal L 104 , 22/04/1997 P. 0035 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ April 1997

dwar ir-rikonoxximent tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993, li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn kumpanniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent u verifika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/264/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993, li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-kumpanniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent u verifika [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93 jistabbilixxi illi l-kumpanniji li jimplimentaw standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali għal sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent u verifiki u ċċertifikati, skond il-proċeduri approprjati ta’ rikonoxximent, li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-ħtiġiet korrispondenti tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93, sakemm, b’mod partikolari, l-istandards u l-proċeduri jkunu rrikonoxxuti mill-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19 ta’ l-istess Regolament;

Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 jiddikjara illi r-referenzi għall-istandards u l-kriterji rrikonoxxuti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;

Billi l-Kummissjoni intalbet li tirrikonoxxi din l-akkreditazzjoni skond il-kriterji stabbiliti f’kull wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin sabiex jiġu akkreditati l-korpi taċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent, għandu jiġi żgurat illi jkuni ġew użati l-proċeduri approprjati taċ-ċertifikazzjoni mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jkunu ġew akkreditati skond dawn il-ħtiġiet u l-linji gwida:

1. l-approċċ imsejjes fuq il-leġislazzjoni Awstrijaka li ġejja: is-622 Liġi Federali ta’ l-1995 - L-Att dwar il-Verifikaturi ta’ l-Ambjent u l-Listi tas-Siti, il-549 Ordinanza ta’ l-1996 - L-Ordinanza dwar l-istima tal-kompetenza, Gwida ta’ l-EAC Nru 5 ta’ Ġunju 1996;

2. Il-linji gwida sabiex jiġu akkreditati l-korpi taċ-ċertifikazzjoni għas-sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent (EMS) u proċeduri rigward iċ-ċertifikazzjoni għall-EMS - maħruġa f’Settembru ta’ 1996 mill-Ministeri Ġermaniżi Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Salvagward Nukleari u għall-Istudji ta’ l-Ekonomija u approvati mill-Kumitat tal-Verifika Ambjentali skond l-Artikolu 21 ta’ l-Att Ġermaniż dwar l-EMAS (Umweltauditgesetz);

3. Il-linji gwida ta’ l-akkreditazzjoni Ewropea taċ-ċertifikazzjoni (EAC) sabiex jiġu akkreditati l-korpi taċ-ċertifkazzjoni għas-sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent - Gwida ta’ l-EAC Nru 5 ta’ Ġunju 1996;

Billi l-kriterji stabbiliti bit-tliet approċċi, imsemmija hawn fuq, sabiex jiġu akkreditati l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jiżguraw illi l-verifika interna tindirizza t-twettiq tax-xogħol ambjentali u huma approprjati għall-għanijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1836/93, il-Kummissjoni hawnhekk tirrikonoxxi din l-akkreditazzjoni skond il-kriterji stabbiliti f’kull wieħed mill-approċċi li ġejjin dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, huma u jaġixxu fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-akkreditazzjoni tagħhom, li jkunu ġew akkreditati skond dawn il-ħtiġiet u l-linji gwida:

1. l-approċċ imsejjes fuq il-leġislazzjoni Awstrijaka li ġejja: is-622 Liġi Federali ta’ l-1995 - L-Att dwar il-Verfikaturi ta’ l-Ambjent u l-Listi tas-Siti, il-549 Ordinanza ta’ l-1996 - L-Ordinanza dwar l-istma tal-kompetenza, Gwida ta’ l-EAC Nru 5 ta’ Ġunju 1996;

2. Il-linji gwida sabiex jiġu akkreditati l-korpi taċ-ċertfikazzjoni għas-sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent (EMS) u l-proċeduri rigward iċ-ċertifikazzjoni għall-EMS – maħruġin f’Settembru ta’ l-1996 mill-Ministeri Ġermaniżi Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Salvagward Nukleari u għall-Istudji ta’ l-Ekonomija u approvati mill-Kumitat tal-Verifika Ambjentali skond l-Artikolu 21 ta’ l-Att Ġermaniż dwar l-EMAS (Umweltauditgesetz);

3. Il-linji gwida ta’ l-akkreditazzjoni Ewopea taċ-ċertifikazzjoni (EAC) sabiex jiġu akkreditati l-korpi taċ-ċertifikazzjoni għas-sistemi għall-immaniġġjar ta’ l-ambjent - Gwida ta’ l-EAC Nru 5 ta’ Ġunju 1996;

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ April 1997.

Għall-Kummissjoni

Ritt bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 168, tal-10.7.1993, p. 1

--------------------------------------------------