31997D0138



Official Journal L 052 , 22/02/1997 P. 0022 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ Frar 1997

li tistabbilixxi kull format relatat mas-sistema tad-database skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(97/138/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 12(3) tagħha,

Billi kull format u l-kwadru tad-data għandhom jiġu kkunsidrati perjodikament abbażi ta’l-esperjenza prattika, u jekk neċessarju, riveduti;

Meta l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċizjoni, li tkopri l-imballaġġ kollu li jitqiegħed fis-suq fil-Komunità u l-iskart kollu mill-imballaġġ, kif indikat fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 94/62/KE, jimmira biex jiġu stabbiliti kull format relatat mas-sistemi tad-database dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ li għandu jiġi stabbilit sabiex jikkontribwixxi biex Stati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE.

Dan il-format huwa intiż għall-armonizzazzjoni tal-karatteristiċi u għall-presentazzjoni tad-data prodotta u sabiex id-data ta’ l-Istati Membri ssir kompatibbli.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċizjoni:

- l-istess definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE għandhom japplikaw meta rilevanti,

- ‘kompost’ ifisser imballaġġ ta’ materjali differenti, u li ma jistax jiġi sseparat manwalment, li ma jeċċedix perċentwali partikolari skond il-piż, li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilità bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE. Eżenzjonijiet potenzjali għal ċerti materjali jistgħu jiġu stabbiliti bl-istess proċedura.

Artikolu 3

Kull format ippreżentat fl-Annessi għandu jiġi kkompletat fuq bazi annwali, li jibda bid-data għas-sena 1997 u li jkopru s-sena kalendarja kollha, u għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena rilevanti. Għandhom ukoll ikunu disponibbli għall-Kummissjoni flimkien mar-rapporti nazzjonali li għandhom jiġu kkompletati skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni kwalitattiva approprjata dwar il-livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ metalli tqal preżenti fl-imballaġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 94/62/KE u dwar il-preżenza ta’ sustanzi noċivi u sustanzi u materjali oħra perikolużi fis-sena tat-tielet inċiż tal-punt 1 ta’ l-Anness II mad-Direttiva 94/62/KE.

L-Istati Membri għandhom ukoll jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni kwantitattiva dwar l-imballaġġ ta’ l-iskart ikkunsidrat perikoluż minħabba kontaminazzjoni mill-kontenut tal-prodott fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill numru 91/689/KEE [2] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill numru 94/904/KEE [3], b’ mod partikolari jekk dan mhuwiex adattat għal irkupru.

Għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-tmiem ta’ l-ewwel fażi ta’ ħames snin imsemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE. Dan għandu jiġi ripetut għall-perjodi suċċessivi ta’ ħames snin.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kull format kompletat stabbilit f’din id-Deċiżjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni approprjata ta’ kif ġiet ikkompilata d-data kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali tad-databases li minnhom tiġi estratta d-data.

B’mod partikolari, id-deskrizzjoni għanda tinkludi l-estimi wżati fil-kalkolu tal-kwantitatjiet u r-rati ta’ skart ta’ l-imballaġġ irkuprati u riċiklati u ir-rati tar-riużu.

Artikolu 6

Id-data li għandha tiġi inkluża fl-Anness III (it-Tabelli 3, 4.1 u 4.2) li tikkonċerna il-piż ta’ l-iskart ta’ l-imballaġġ riċiklat jew irkuprat tirreferi għall-inputs ta’ skart ta’ l-imballaġġ għal proċess effettiv ta’ riċiklaġġ jew irkupru.

Biss skart li joriġina minn imballaġġ imqiegħed fis-suq jsita’ jiġi kkunsidrat għal-kalkolu ta’ dawn l-inputs, eskluża kwalunkwe tip ta’ residwi ta’ produzzjoni mill-produzzjoni ta’ l-imballaġġ jew ta’ materjali ta’ l-imballaġġ jew minn kwalunkwe proċess ieħor ta’ produzzjoni.

Artikolu 7

Id-data kontenuta f’kull format hija intiża għall-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-miri tad-Direttiva 94/62/KE u sservi wkoll għal għanijiet ta’ informazzjoni u bħala bażi biex jittieħdu deċiżjonijiet futuri.

L-ANNESS II (it-Tabella 2) għandu jiġi kkompletat fuq bażi volontarja.

Il-qasma ta’ data fl-Anness III (Tabelli 3, 4.1, 4.2) dwar ir-riċiklaġġ organiku, forom oħra ta’ riċiklaġġ, irkupru ta’ l-enerġija u forom oħra ta’ rkupru, inċinerazzjoni u rdim għandhom isiru biss għal għanijiet ta’ informazzjoni u għandhom isiru fuq bażi volontarja.

Id-disposizzjoni tad-data meħtieġa fil-kolonni intitolati ‘total’, ‘riċiklaġġ totali’ u ‘rkupru totali’ għandhom ikunu obbligatorji. Id-disposizzjoni tad-data meħtieġa fil-kolonna intitolata ‘magħżula għal riċiklaġġ’ għandha tkun volontarja.

Il-materjali għall-imballaġġ li għalihom id-disposizzjoni tad-data hija obbligatorja għandhom ikunu l-ħġieġ, il-plastik, il-karti u l-fibreboard u metalli.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE, tirrevedi l-kwadru għad-disposizzjoni ta’ data ta’ Stat Membru, sabiex din id-data tkun paragunabbli u konsistenti. Dan il-kwadru għandu jikkunsidra d-definizzjonijiet li għandhom jintużaw, inklużi komposti, u l-meded ta’ eżattezza li d-data għandha tfittex li tikseb.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-data pprovduta tikkonforma ma’ dan il-kwadru.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Ritt bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

[3] ĠU No L 356, tal-31.12.1994, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Tabella 1

Il-kwantità ta’ imballaġġ imqiegħed fis-suq fl-Istat Membru

+++++ TIFF +++++

1. Il-Kolonni 2,3, u 4 għadhom jiġu kkompletati fil-każ li l-metodoloġija użata sabiex tiġi kkompletata l-kolonna 5 tirreferi għall-produzzjoni u għall-istatistiċi ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

2. Il-Kolonni 3 u 4 jistgħu jinqasmu f’imballaġġ vojt u mimli.

3. Id-data li tirreferi għall-qasma f’kategoriji differenti tal-plastik, għall-qasma tal-metalli f’azzar u aluminju, għall-partita fuq komposti u għall-partita fuq l-injam għandhom jiġu pprovduti fuq bażi volontarja. Il-kaxxi skuri għandhom jiġu kkompletati fuq bażi volontarja.

4. Data fuq il-komposti tista’ jew tiġi nkluża jew skond il-materjal predominanti skond il-piz totali jew tiġi separatament speċifikata.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Tabella 2

Imballaġġ riutiliżżabbli

+++++ TIFF +++++

Tabella 2 għanda tiġi kkompletata fuq bażi volontarju u hija intiża biss għal dawk il-kategoriji ta’ prodotti u/jew imballaġġ li huma kkunsidrati mill-awtoritajiet nazzjonali bħala rilevanti fil-kuntest ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/62/KE.

Għalhekk, il-kolonni dwar it-tipi u l-prodotti ta’ l-imballaġġ intiżi sabiex jinkludu dawk li huma potenzjalment rilevanti fiż-żona ta’ l-użu mill-ġdid, iżda biss dawk l-oġġetti pertinenti fil-kuntest tas-sistemi ta’ l-użu mill-ġdid nazzjonali għandhom jimtlew. Jekk neċessarju l-intestaturi jistgħu jiġu adattati għas-sistemi attwali.

Jekk id-data hija disponibbli l-oġġetti ġenerali xorb/ikel/mhux ikel jistgħu jitqassmu f’elementi ġeneriċi bħal ilma minerali, soft drinks, ħalib, xorb alkoħoliku, laħam, ħut, trab tad-deterġenti, eċċ.

Id-data li għandha tiġi pprovduta u l-eżattezza tagħha għandhom ikunu in linja mad-disponibbiltà tagħhom u l-ispejjeż involuti u jistgħu jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

Noti:

"Unitajiet ta’ ċirkolazzjoni": | tffisser in-numru ta’ unitajiet li jiċċirkolaw fl-iskema tar-ritorn. |

"Figura ta’ vjaġġi annwali": | tfisser in-numru medju annwali ta’ rotazzjonijiet li l-unitajiet iwettqu. |

Kaxex suwed mhumiex ikkunsidrati rilevanti fil-każijiet kollha.

Il-kwantitajiet li jirrelataw għal xorb/likwidi jingħataw f’litri, u f’kilogrammi f’kull każ ieħor.

--------------------------------------------------

L-Anness III

Tabella 3

Kwanitajiet ta’ skart ta’ l-imballaġġ (f’tunnellati) li jirriżultaw u li huma kkontrollati fl-Istat Membru

+++++ TIFF +++++

Tabella 4.1

Kwantitajiet li sar monitoraġġ fuqhom ta’ skart mill-imballaġġ (f’tunnellati) li jinħolqu fl-Istati Membri u rkuprati barra l-Istati Membri

+++++ TIFF +++++

Tabella 4.2

Kwantitajiet li sar monitoraġġ fuqhom ta’ skart mill-imballaġġ (f’tunnellati) li jinħolqu barra mill-Istati Membri u rkuprati fl-Istati Membri

+++++ TIFF +++++

Noti dwar it-Tabelli 3, 4.1 u 4.2

1. Data li tikkorrispondi għat-tabella numru 3 tista’ titqassam fuq bażi volontarja, f’muniċipali u mhux muniċipali.

2. Il-kolonna ‘totali’ torbot. Il-kolonna ‘magħżula għar-reċiklaġġ’ għandha tiġi pprovduta fuq bażi volontarja.

3. Il-kolonni ‘riċiklaġġ organiku’ u ‘forom oħra ta’ riċiklaġġ’ għandhom jiġu pprovduti fuq bażi volontarja.

Il-kolonna ‘riċiklaġġ totali’ torbot.

4. Il-kolonni ‘rkupru ta’ l-enerġija’ u ‘forom ta’ rkupru’ għandhom jiġu pprovduti fuq bażi volontarja.

Il-kolonna ‘irkupru totali’ torbot.

5. Il-kolonni ‘inċinerazzjoni’ u ‘rdim’ għandhom jiġu pprovduti fuq bażi volontarja.

6. Id-data li tirreferi għal-qsim f’kategoriji differenti tal-plastika, għal-qsim tal-metalli f’azzar u fl-aluminju, għall-partita dwar komposti u għall-partita dwar l-injam, għandha tiġi pprovduta fuq bażi volontarja.

7. Data dwar komposti tista’ jew tiġi nkluża jew skond il-materjal predominanti skond il-piż totali jew tiġi speċifikata separatament.

8. Kaxex suwed huma kkunsidrati bħala mhux rilevanti fil-każijiet kollha. Kaxex skuri għandhom jimtlew fuq bażi volontarja.

--------------------------------------------------