31997D0129



Official Journal L 050 , 20/02/1997 P. 0028 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' Jannar 1997

li tistabbilixxi s-sistema ta' identifikazzjoni għall-materjali għall-ippakkjar skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(97/129/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar [1], partikolarment l-Artikolu 8 (2) tagħha,

Billi s-sistema ta' identifikazzjoni trid tkun volontarja mill-inqas f'stadju ewlieni pero suġġetta għar-reviżjoni biex jiġi stabbilit jekk tiġix introdotta fuq bażi vinkolanti fi stadju iktar avvanzat;

Billi s-sistema ta' identifikazzjoni tiġi reviżjonata perjodikament u, jekk neċessarju, riveduta skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE;

Billi il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konkordanti ma l-opinjoni tal-Kumitat, stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni, li tikkomprendi kull ippakkjar kopert mid-Direttiva 94/62/KE timmira li tistabbilixxi l-enumerazzjoni u t-tqassir fuq liema s-sistema ta' identifikazzjoni hija bbażata, tindika n-natura tal-materjali għall-ippakkjar(s) użati u tispeċifika liema materjali għandhom jiġu suġġetti għas-sistema ta' identifikazzjoni.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni:

- l-istess definizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE għandhom jgħoddu fejn ikunu rilevanti,

- komposti: ippakkjar magħmul minn materjali differenti, u li ma jistax jiġi separat bl-idejn, l-ebda minnhom teċċedi perċentwali mill-piż li ħa jkun stabbilit skond il-proċedura imniżżla fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE. Eżenzjonijiet potenzali għal ċerti materjali jistgħu jiġu stabbiliti mill-istess proċedura.

Artikolu 3

L-enumerazzjoni u t-tqassir tas-sistema ta' identifikazzjoni huma kif imniżżla fl-anness.

L-użu tagħhom għandu jkun volontarju għall-materjali tal-plastik imsemmija fl-Anness I, għall-materjali tal-karta u tal-fibrebord imsemmija fl-Anness II, għall-metalli msemmija fl-Anness III, għall-materjali ta' l-injam imsemmija fl-Anness IV, għall-materjali tessili msemmija fl-Anness V, għall-materjali tal-ħġieġ imsemmija fl-Anness VI, u għall-komposti msemmija fl-Anness VII.

Deċiżjoni biex tiġi indrodotta fuq bażi vinkolanti s-sistema ta' identifikazzjoni għal kwalunkwe materjal jew materjali tista tkun adottata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Jannar 1997.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-plastiks

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Polyethylene terephtalate | PET | 1 |

Polyethylene ta' densità għolja | HDPE | 2 |

Polyvinyl chloride | PVC | 3 |

Polyethylene ta' densità baxxa | LDPE | 4 |

Polypropylene | PP | 5 |

Polystyrene | PS | 6 |

7 |

8 |

9 |

10 |

11 |

12 |

13 |

14 |

15 |

16 |

17 |

18 |

19 |

[1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-karta u l-fibrebord

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Fibrebord immewweġ | PAP | 20 |

Fibrebord mhux immewweġ | PAP | 21 |

Karta | PAP | 22 |

23 |

24 |

25 |

26 |

27 |

28 |

29 |

30 |

31 |

32 |

33 |

34 |

35 |

36 |

37 |

38 |

39 |

[1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir għall-metali

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Azzar | FE | 40 |

Aluminju | ALU | 41 |

42 |

43 |

44 |

45 |

46 |

47 |

48 |

49 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-materjali ta' l-injam

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Injam | FOR | 50 |

Sufra | FOR | 51 |

52 |

53 |

54 |

55 |

56 |

57 |

58 |

59 |

[1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-materjali tessili

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Qoton | TEX | 60 |

Ġuta | TEX | 61 |

62 |

63 |

64 |

65 |

66 |

67 |

68 |

69 |

[1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-ħġieġ

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Ħġieġ bla kulur | GL | 70 |

Ħġieġ aħdar | GL | 71 |

Ħġieġ kannella | GL | 72 |

73 |

74 |

75 |

76 |

77 |

78 |

79 |

[1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

Sistema ta' enumerazzjoni u tqassir [1] għall-komposti

Materjal | Taqsira | Enumerazzjoni |

Fibrebord u karta/metalli varji | | 80 |

Fibrebord u karta/plastik | | 81 |

Fibrebord u karta/aluminju | | 82 |

Fibrebord u karta/kisja tal-landa | | 83 |

Fibrebord u karta/plastik/aluminju | | 84 |

Fibrebord u karta/plastic/aluminju/tinplate | | 85 |

| 86 |

| 87 |

| 88 |

| 89 |

Plastik/aluminju | | 90 |

Plastik/kisja tal-landa | | 91 |

Plastik/metalli varji | | 92 |

| 93 |

| 94 |

Ħġieġ/plastik | | 95 |

Ħġieġ/aluminju | | 96 |

Ħġieġ/kisja tal-landa | | 97 |

Ħġieġ/metalli varji | | 98 |

| 99 |

[1] Għandhom jiġu użati ittri kapitali biss.

--------------------------------------------------