31996R2406



Official Journal L 334 , 23/12/1996 P. 0001 - 0015


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96

tas-26 ta' Novembru 1996

li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti ta' l-industrija tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti ta' l-industrija tas-sajd u ta' l-akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi ġew stabbiliti standards ta' tqegħid fis-suq għal ċerti speċi ta' ħut mir-Regolament (KEE) Nru 103/76 [2] u għal ċerti speċi ta' krostaċi mir-Regolament (KEE) Nru 104/86 [3]; billi issa hemm bżonn li jsiru emendi ġodda estensivi għal dawn ir-Regolamenti sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq u l-bidliet fil-prattiki tal-kummerċ; billi għalhekk huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu riveduti għal kollox, fi strument legali wieħed, biex jiġi żgurat li huma ċari u li jistgħu jiġu applikati b'mod xieraq; billi konsegwentement, ir-Regolamenti (KEE) Nru 103/76 u (KEE) Nru 104/76 għandhom jiġu ssostitwiti;

Billi l-għanijiet ewlewnin ta' l-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq għal prodotti ta' l-industrija tas-sajd huma li tittejeb il-kwalità tal-prodotti u għalhekk jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq għall-benefiċċju kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi; billi, minħabba li l-prodotti ta' l-industrija tas-sajd mhumiex ipproċessati u jinbiegħu friski jew imkessħin, il-kwalità tagħhom hija stabbilita fil-biċċa l-kbira mill-freskezza tagħhom, li hija valutata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi permezz ta' l-eżaminazzjoni organopletika; billi, jekk grupp ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd għandhom jkunu friski b'mod uniformi, huma għandhom jikkonsistu fi prodotti ta' l-istess speċi, u jistgħu jiġu biss mill-istess postijiet tas-sajd u mill-istess vapur;

Billi għandu jiġi stabbilit numru żgħir iżda xieraq ta' kategoriji ta' freskezza bbażati fuq gradazzjonijiet għal gruppi ta' prodotti ndividwali; billi, iżda, minħabba l-bżonn li jiġu megħjunin il-prodotti ta' kwalità, sa l-aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, mhux il-kategoriji ta' freskezza kollha għandhom jitħallew jikkwalifikaw għal mekkaniżmi ta' l-intervent ntrodotti bħala parti mill-arranġamenti ta' l-organizzazzjoni tas-suq;

Billi l-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq huma mmirati wkoll sabiex jiddefinixxu karatteristiċi ta' kummerċ uniformi għall-prodotti imsemmija tul is-suq kollu tal-Komunità sabiex ma jkunx hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u, t-tieni nett, sabiex jagħtu l-possibilità li l-arranġamenti tal-prezzijiiet ta' l-organizzazzjoni tas-suq jiġu applikati b'mod uniformi; billi, għal dak il-għan, għandu jkumn hemm ħtiġiet li prodotti ta' l-industrija tas-sajd jiġu ggradati fuq il-bażi tal-kategoriji tad-daqs stabbiliti skond il-piż jew, f'xi każijiet individwali, skond id-daqs;

Billi l-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq japplikaw meta l-prodotti kollha nvoluti, ta' oriġini mill-Komunità jew minn pajjiżi terzi, maħsubin għall-konsum mill-bnedmin, qegħdin jinbiegħu għall-ewwel darba fit-territorju tal-Komunità; billi l-livelli japplikaw mingħajr ħsara għal regoli ta' saħħa jew għal regoli addottati bħala parti minn miżuri ta' konservazzjoni ta' ħażniet; billi b'mod partikolari huwa importanti li wieħed jiftakar l-importanza primarja, f'kull ċirkostanza, ta' kwalunkwe daqs minimu bijoloġiku fis-seħħ, kontra d-daqsijiet minimi stabbiliti għal prodotti ta' l-industrija tas-sajd mill-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq;

Billi l-applikazzjoni ta' l-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq għal prodotti li jiġu minn pajjiżi terzi tfisser li għandu jintwera tagħrif addizzjonali fuq l-imballaġġ; billi dan it-tagħrif hemm bżonn li jintwera, madankollu, fejn il-prodotti jinġiebu fil-Komunità permezz ta' vapuri li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz taħt l-istess kondizzjonijiet tal-qabdiet tal-Komunità;

Billi, minħabba l-prattiċi normali fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, huwa tal-parir li l-industrija għandha tiggrada l-prodotti tas-sajd għall-freskezza u d-daqs; billi, bil-ħsieb partikolari li tiġi evalwata l-freskezza fuq bażi ta' kriterji organopletiċi, għandha ssir dispożizzjoni għall-kollaborazzjoni ta' l-esperti maħturin għal dan il-għan mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ interessati;

Billi, sabiex iżommu lil xulxin informati, kull Stat Membru għandu jforni lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'lista ta' l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-esperti u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ interessati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

A. Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi għal ċerti prodotti ta' l-industrija tas-sajd, l-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq kif hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, hawn taħt imsejjaħ ir-"Regolament bażiku".

2. Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

"tqegħid fis-suq" għandha tfisser l-ewwel offerta għall-bejgħ u/jew l-ewwel bejgħ, fuq territorju tal-Komunità, għall-konsum mill-bniedem;

"lott" għandha tfisser kwantità ta' prodotti ta' l-industrija tas-sajd ta' speċi partikolari li ġiet soġġetta għall-istess trattament u tista tkun ġiet mill-istess postijiet tas-sajd u mill-istess vapur;

"postijiet tas-sajd" għandha tiġi interpretata bħala l-isem normali mogħti mill-industrija tas-sajd lill-post fejn saru qabdiet;

"preżentazzjoni" għandha tfisser il-forma li fiha l-ħut jiġi mibjugħ, bħala sħiħ, imnaddaf, bla ras, eċċ.;

"parassita viżibbli" għandu jfisser parassita jew grupp ta' parassiti li għandu/għandha daqs, kulur jew tessut li jintgħaraf b'mod ċar mit-tessuti tal-ħut u li tista' tarah mingħajr mezzi ottiċi ta' l-ingrandiment u taħt kondizzjonijiet tajba ta' dawl għal viżjoni umana.

3. (a) Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu ma' kategoriji ta' freskezza ta' prodotti tas-sajd għandhom jiġu applikati mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti tas-sajd [4].

(b) Sakemm tiġi addotta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt id-Direttiva 91/493, il-kriterji għal ħut li mhuwiex xieraq għal konsum mill-bniedem huma mniżżlin fil-kategorija "mhux ammessi" fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

L-Artikolu 2

1. Prodotti tas-sajd, kif speċifikati fl-Artikolu 3, ta' oriġini Komunitarja jew minn pajjiżi terzi, jistgħu jinbiegħu biss jekk jissodisfaw il-ħtieġa ta' dan ir-Regolament.

2. Dan ir-Regolament m'għandux, madankollu, japplika għal kwantitajiet żgħar ta' prodotti li jiġu mqassma direttament lill-bejjiegħa bl-imnut jew konsumaturi mis-sajjieda tax-xatt.

3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku.

L-Artikolu 3

1. L-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq qegħdin huma stabbiliti b'dan il-mezz għall-prodotti li ġejjin:

(a) Ħut ta' l-ilma baħar li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0302:

- barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa),

- alonga jew tonn tal-pinen twal (Thunnus alalunga),

- tonn tal-pinna blu (Thunnus thynnus),

- tonn ta' għajnejh kbar (Thunnus jew Parathunnus obesus),

- aringa ta' l-ispeċi Clupea harengus,

- merluzz ta' l-ispeċi Gadus Morhua,

- sardin ta' l-ispeċi Sardina pilchardus,

- bakkaljaw (Melanogrammus aeglefinus),

- lipp (Pollachius virens),

- pollakkju (Pollachius pollachius),

- kavall ta' l-ispeċi Scomber scombrus,

- kavall ta' l-ispeċi Scomber japonicus,

- sawrell (Trachurus spp.),

- dogfish (Squalus acanthias u Scyliorhinus spp.),

- redfish (Sebastes spp.),

- merlangu (Merlangius merlangus),

- stokkafixx (Micromestistius poutassou jew Gadus poutassou),

- ling (Molva spp.),

- inċova (Engraulis spp.),

- merluzz ta' l-ispeċi ta' Merluccius merluccius,

- megrim (Lepidorhombus spp.),

- Rajja (Brama spp.),

- petriċa (Lophius spp.),

- barbun (Limanda limanda),

- lingwata (Microstomus kitt),

- pouting (Trisopterus luscus), u meluzz fqir/merluzz tal-Mediterran (Trisopterus minutus),

- vopa (Boops boops)

- picarel (Maena smaris),

- conger (Conger conger),

- gurnard (Trigla spp.),

- mulett (Mugil spp.),

- Raja (Raja spp.),

- Flounder komuni (Platichthys flesus),

- lingwata (Solea spp.),

- scabbardfish (Lepidopus caudatus u Aphanopus carbo);

(b) Krustaċji li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0306 kemm jekk jiġu ppreżentati ħajjin, friski jew imkesħin, jew imsajrin permezz ta' fwar jew b'togħlija fl-ilma:

- gambli (Crangon crangon) jew gambli pandalid (Pandalus borealis),

- granċijiet li jittieklu (Cancer pagurus),

- awwisti tan-Norveġja (Nephrops norvegicus);

(ċ) Ċefalojdi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0307:

- siċċ (Sepia officinalis u Rossia macrosoma).

2. L-istandards komuni ta' tqegħid fis-suq msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) kategoriji tal-freskezza; u

(b) kategoriji ta' daqs.

B. Kategoriji ta' freskezza

L-Artikolu 4

1. Il-kategorija ta' freskezza ta' kull lott għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-freskezza tal-prodott u numru ta' ħtiġiet addizzjonali.

Il-freskezza għandha tiġi mfissra b'riferenza għal gradazzjonijiet speċjali għal tipi differenti ta' prodotti stipulati fl-Anness I.

2. Fuq il-bażi tal-gradazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 3 għandhom jiġu kklassifikati skond il-lott f'waħda mill-kategoriji ta' freskezza li ġejjin:

(a) Extra, A jew B fil-każ ta' ħut, selachii, ċefalojdi u awwisti tan-Norveġja;

(b) Extra jew A fil-każ ta' gambli.

Iżda, l-awwisti tan-Norveġja ħajjin għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija E.

3. Ġranċ kif speċifikat fl-Artikolu 3 m'għandux ikun soġġett għal standards ta' freskezza speċifiċi.

Iżda, jistgħu jitqegħdu fis-suq ġranċijiet sħaħ biss, bl-esklużżjoni ta' nisa bil-bajd jew ġranċijiet tal-qoxra ratba.

L-Artikolu 5

1. Kull lott għandu jkun fih prodotti ta' l-istess grad ta' freskezza. Iżda, m'hemmx bżonn li lott żgħir jkun ta' freskezza uniformi; jekk ma jkunx, il-lott għandu jitqiegħed fl-aktar kategorija ta' freskezza baxxa rappreżentata fih.

2. Il-kategorija ta' freskezza għandha tkun immarkata b'mod ċar u mingħajr ma tista' titħassar, f'ittri li jkun kbar għallinqas 5 ċm, fuq tikketti mehmużin mal-lott.

L-Artikolu 6

1. Ħut, selachii, ċefalojdi u awwisti tan-Norveġja kif speċifikati fl-Artikolu 3 mqegħdin skond il-lott fil-kategorija B m'għandhomx ikun eleġibbli, sal-punt safejn ikun ikkunċernat dak il-lott, għall-għajnuna finanzjarja mogħtija għall-irtirar kif hemm stipulat fl-Artikoli 12, 12(a), 14 u 15 tar-Regolament bażiku.

2. Ħut, selachii, ċefalojdi u awwisti tan-Norveġja fil-kategorija ta' freskezza Extra għandhom ikunu ħielsa minn marki ta' tagħfis, feriti tebgħat u skolorazzjoni gravi.

3. Ħut, selachii, ċefalojdi u awwisti tan-Norveġja fil-kategorija tal-freskezza A għandhom jkunu ħielsa minn tebgħat jew skolorazzjoni gravi. Proporzjonijiet żgħar ħafna b'marki ta' tagħfis ħfief u feriti superfiċjali għandhom jiġu tollerati.

4. Għal ħut, selachii, ċefalojdi u awwisti tan-Norveġja fil-kategorija ta' freskezza B, proporzjonijiet żgħar ta' marki ta' tagħfis u feriti superfiċjali għandhom jkunu tollerati. Il-ħut għandu jkun ħieles minn tebgħat u skolorazzjoni gravi.

5. Meta prodotti jkunu qegħdin jiġu kklassifikati skond il-kategorija tal-freskezza, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa applikabbli, il-preżenza ta' parasiti viżibbli u l-effett possibbli tagħhom fuq il-kwalità tal-prodott għandhom jitqiesu wkoll, b'tolleranza għat-tip tal-prodott u għall-preżentazzjoni tiegħu.

6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, fejn meħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku.

Ċ. Kategoriji tad-daqs

L-Artikolu 7

1. Prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 3 għandhom jitkejlu skond il-piż jew skond in-numru kull kilogramm. Iżda, gambli u ġranċijiet, għandhom jiġu gradati f'kategoriji tad-daqs skond il-wisa' tal-qoxra.

2. Id-daqsijiet minimi stabbiliti permezz ta' dan ir-Regolament, skond l-iskali stabbiliti fl-Anness II, għandhom japplikaw mingħajr ħsara għat-tulijiet minimi meħtieġa hawn taħt:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1866/86 tat-12 ta' Ġunju 1986 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound [5],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3094/86 tas-7 ta' Ottubru 1986 li jistabbilixxi ċerti metodi tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd [6],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1626/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd fil-Mediterran [7].

Għall-għanijiet ta' kontroll mill-awtoritajiet kompetenti, l-ispeċi koperti mill-istandards ta' tqegħid fis-suq għandhom jirrispettaw id-daqs bijoloġiku minimu kif stipulat u li huwa mniżżel fl-Anness II.

L-Artikolu 8

1. Il-lottijiet għandhom jitqiegħdu fil-kategoriji tad-daqs skond l-iskala stabbilita fl-Anness II.

2. Kull lott għandhu jkun fih prodotti ta' l-istess daqs. Madankollu, m'hemmx għalfejn li lott żgħir jkun ta' daqs uniformi; jekk ma jkunx uniformi, l-lott għandu jitqiegħed fl-inqas kategorija tad-daqs rappreżentata fih.

3. Il-kategorija tad-daqs u l-preżentazzjoni għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar u b'mod li ma jistax jitħassar, b'ittri li huma ta' l-inqas 5 ċm fit-tul, fuq tikketti li jithemżu mal-lott.

Il-piż nett f'kilogrammi għandu jkun immarkat b'mod ċar u li jinqara fuq kull lott. Fejn il-lottijiet jitqiegħdu għall-bejgħ f'kaxex standard, m'hemmx bżonn li jintwera l-piż nett jekk ikun jidher il-kontenut tal-kaxxa, meta jintiżnu qabel ma jitqiegħdu għall-bejgħ, sabiex jikkorrispondu mal-kontenut presunt imfisser f'kilogrammi.

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-metodu ta' l-użin u l-istabbiliment ta' varjazzjoni fil-piż nett, aktar jew taħt dak immarkat jew presunt permess għal kull lott, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku.

L-Artikolu 9

Speċi pelagiċi jistgħu jiġu ggradati f'kategoriji differenti ta' freskezza u ta' daqs fuq il-bażi ta' sistema ta' teħid ta' kampjuni. Din is-sistema għandha tiżgura li l-freskezza u d-daqs tal-prodotti fil-lott tkun kemm jista' jkun uniformi.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari għall-istabbiliment tan-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu, il-piż jew volum ta' ħut f'kull kampjun, u l-metodi għall-valutazzjoni tal-gradazzjoni u l-verifika tal-piż tal-lottijiet offerti għall-bejgħ għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku.

L-Artikolu 10

Sabiex jiġu żgurati fornimenti lokali ta' gambli u granċijiet għal ċerti żoni kostali tal-Komunità, jistgħu jiġu addottati eżenzjonijiet mill-prezzijiet minimi speċifikati għal dawn il-prodotti fl-Anness II.

Għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni msemmija u d-daqs ta' tqegħid fis-suq li jikkorrispondi addottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku.

D. Prodotti minn pajjiżi terzi

L-Artikolu 11

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1), prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 3 importati minn pajjiżi terzi għandhom jitpoġġew fuq is-suq biss jekk ikunu ppreżentati f'pakketti li fuqhom ikun hemm immarkat b'mod ċar u li jinqara t-tagħrif li ġej:

- il-pajjiż ta' l-oriġini, stampat f'ittri Rumani għoljin ta' l-inqas 20 mm,

- l-isem xjentifiku tal-prodott u l-isem tal-kummerċ tiegħu,

- il-preżentazzjoni,

- il-kategoriji ta' freskezza u daqs,

- il-piż nett f'kilogrammi ta' prodotti fil-pakkett,

- id-data tal-gradazzjoni u d-data meta nbagħat,

- l-isem u indirizz tal-fornitur.

2. Madankollu, prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 3 li jitħattew f'port tal-Komunità direttament mill-postijiet tas-sajd mill-vapuri li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz, u maħsubin biex jitpoġġew fuq is-suq, għandhom ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal qabdiet tal-Komunità, mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1093/94 [8].

E. Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 12

1. L-industrija tas-sajd għandha tiggrada l-prodotti tas-sajd għall-kategoriji ta' freskezza Extra, A u B u għad-daqs f'kollaborazzjoni ma' esperti maħturin għal dak il-għan mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ involuti. L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kontrolli biex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2. Fil-każ li l-gradazzjoni ma tiġix esegwita skond il-proċedura li hemm dispożizzjoni għaliha fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jagħmlu l-gradazzjoni huma stess.

L-Artikolu 13

Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, b'lista ta' l-ismijiet u ta' l-indirizzi ta' l-esperti u ta' l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ msemmija fl-Artikolu 12. L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom ikunu infurmati b'kull emenda għal-lista.

L-Artikolu 14

Qabel il-31 ta' Diċembru 2001, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar ir-riżultati ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(1), akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti xierqa.

L-Artikolu 15

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 103/76 u (KEE) Nru 104/76 huma b'dan il-mezz imħassra. Riferenzi għal dawk ir-Regolamenti għandhom jinftehmu li japplikaw għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 16

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1997.

2. Minkejja il-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(1) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Kenny

[1] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3318/94 (ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15).

[2] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1935/93 (ĠU L 176, ta' l-20.7.1993, p. 1).

[3] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1300/93 (ĠU L 126, tad-9.6.1995, p. 3).

[4] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10).

[5] ĠU L 162, tat-18.6.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1821/96 (ĠU L 241, tal-21.9.1996, p. 8).

[6] ĠU L 288, tal-11.10.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3071/95, tat- 22.12.1995 (ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 14).

[7] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1075/96 (ĠU L 142, tal-15.6.1996, p. 1).

[8] ĠU L 121, tat-12.5.1994, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

SKALI TA' FRESKEZZA

L-iskali stabbiliti f'dan l-Anness japplikaw għall-prodotti jew gruppi ta' prodotti li ġejjin, b'riferenza għall-kriterji ta' valutazzjoni speċifiċi għal kull wieħed minnhom.

A. Ħut abjad

Bakkaljaw, meluzz, lipp, pollakkju, balottra, merlangu, linarda, marlozz, rajja, petriċa, pouting u poor cod, vopa, picarel, conger, gurnard, trilja, barbun tat-tbajja', megrim, lingwata, barbun, lingwata, flounder, scabbard fish.

B. Ħut kaħlani

Alonga jew tonn tal-pinna twila, tonn tal-pinna blu, tonn ta' għajnejh kbar, merlangu blu, aringa, sardin, kavall, sawrell, inċova.

C. Selachii

Dogfish, skate.

D. Ċefalojdi

Cuttlefish.

E. Krostaċi

1. Gambli,

2. Awwisti tan-Norveġja.

A. ĦUT ABJAD

| Kriterju |

Kategorija ta' freskezza | Mhux ammessi |

Extra | A | B |

Ġilda | Pigment imżewwaq bl-ilwien tal-qawsalla u li jleqq (għajr għar-redfish) jew li jibdel il-lewn bħall-opal; l-ebda telf tal-kulur | Pigmentazzjoni tleqq iżda mhux mogħtija l-lostru | Pigmentazzjoni fil-proċess li ssir bla kulur u skura | Pigmentazzjoni skura |

Mukus tal-ġilda | Milwiem, trasparenti | Xi ftit imdardar | Imħallba | Griż fl-isfar, mukus opak |

Għajn | Konvessa (imqabbża); ħabba sewda u tleqq; kornea trasparenti | Konvessa u xi ftit mgħaddsa, ħabba sewda u mdallma; il-kornea li tibdel xi ftit il-lewn bħall-opal | Ċatta, il-kornea li tibdel xi ftit il-lewn bħall-opal, ħabba opaka | Konkavu fin-nofs; ħabba griża; kornea mħallba |

Garġi | Kulur ileqq, l-ebda mukus | Inqas kulurit; mukus trasparenti | Kannella/griż li jsir bla kulur; oħxon, mukus opak | Safrani; mukus imħalleb |

Peritonew (f'ħut imsewwija) | Lixx; ileqq; diffiċli biex taqalgħu minn mal-ġilda | Xi ftit skur; jista' jinqala' minn mal-ġilda | Ittikkjat; jinqala' faċilment minn mal-ġilda | Ma jwaħħalx |

Ir-riħa tal-garġi u l-kavità abdominali | | | | |

—Ħut abjad minbarra l-barbun tat-tbajja | Bl-alka tal-baħar | L-ebda riħa ta' alka; riħa newtrali | Fermentata; daqsxejn qarsa | Qares |

— barbun tat-tbajja | Friska u żejtnija, bit-togħma tal-bżar, riħa tal-art | Żejtnija, bl-alka jew daqsxejn ħelwa | Żejtnija; fermentata; nejja; daqsxejn misnieħ | Qares |

Ġilda | B'saħħitha u elastika; superfiċi lixxa | Inqas elastika | Xi ftit ratba (mpaħpħa); inqas elastika; qisha tax-xemgħa (bellusija) u superfiċi skura | Ratba (mpaħpħa); qxur jinqalgħu malajr mill-ġilda; superfiċi xi ftit imkemmxa |

Kriterji Extra għal petriċa bir-ras

Vini (muskoli vental) | Kontorn definit u aħmar ileqq | Kontorn definit; id-demm jiskura | Mxerred u kannella | Totalmentimxerred, il-ġilda ssir fil-kannella u fl-isfar |

| Kriterju |

| Kategorija ta' freskezza | Mhux ammessi |

| Extra | A | B |

Ġilda | Pigmentazzjoni tleqq, kuluri jleqqu u li jibdlu l-lewn bħall-opal; distinzjoni ċara bejn is-superfiċi dorsali u dik ċentrali | Telf ta' tleqqija; kuluri iktar skuri; inqas differenza bejn is-superfiċi dorsali u dik ventrali | Kuluri skuri, ma jleqqux, insipidi; ġilda mkemmxa meta l-ħuta tkun mgħawwġa | Pigmentazzjoni skura ħafna; il-ġilda tinqala' minn mal-laħam |

Mukus tal-ġilda | Milwiem, trasparenti | Ftit mdardar | Imħallba | Griż fl-isfar, mukus opak |

Konsistenza tal-laħam | B'saħħitha, riġida | Ftit riġida, b'saħħitha | Daqxejn ratba | Ratba (mpaħpħa) |

Koperturi tal-garġi | Kulur il-fidda | Kulur il-fidda, daqsxejn fl-aħmar jew fil-kannella | Fil-kannella u b'tnixxiegħa estensiva ta' demm mill-vini | Fl-isfar |

Għajn | Konvessa, mqabbża; ħabba tleqq blu fl-iswed, "kappa ta' l-għajn" trasparenti | Konvessa u daqsxejn mgħaddsa; ħabba skura; kornea bil-kuluri tal-qawsalla | Ċatta; ħabba mċajpra; tnixxija ta' demm madwar l-għajn | Konkavi fiċ-ċentru; ħabba griża; korneja mħallba |

| Kriterju |

| Kategorija ta' freskezza | Mhux ammessi |

| Extra | A | B |

Għajn | Konvessa, tleqq ħafna u li tibdel il-lewn bħall-opal; ħbub żgħar | Konvessa u daqsxejn mgħaddsa; telf ta' tleqqija u ta' bdil tal-lewn bħall-opal; ħbub ovali | Ċatti, skuri | Konkava fl-isfar |

Dehra | F'rigor mortis jew f'rigor parzjali; ikun hemm preżenti kwantità żgħira ta' mukus fuq il-ġilda | Wara l-istat tar-rigor; l-ebda mukus fuq il-ġilda u speċjalment fil-ħalq u l-ftuħ tal-garġi | Xi ftit mukus fil-ħalq u fil-ftuħ tal-garġi; xedaq daqsxejn ċatt | Kwantità kbira ta' mukus fil-ħalq u fil-ftuħ tal-garġi |

Riħa | Riħa ta' alka | L-ebda riħa jew ftit riħa ta' meta jmur imma mhux riħa ta' ammonja | Daqsxejn ammonja; qarsa | Riħa qawwija ta' ammonja |

Kriterju speċifiku jew addizzjonali għal ħut kartilaġinuż

| Extra | A | B | Mhux ammessi |

Ġilda | Pigmentazzjoni tleqq u li tibdel il-lewn bħall-opal, mukus milwiem | Pigmentazzjoni tleqq, mukus milwiem | Pigmentazzjoni fil-proċess li ssir bla kulur u skura, mukus opak | Telf ta' kulur, ġilda mkemmxa, mukus magħqud |

Tessut tal-laħam | B'saħħtu u elastika | B'saħħtu | Artab | Mpaħpaħ |

Aspett | Tarf tax-xewka bil-kuluri tal-qawsalla u mgħawweġ | Xewk sod | Artab | Mgħawweġ |

Żaqq | Bajda u tleqq bit-truf vjola madwar ix-xewka | Bajda u tleqq b'irqajja' ħomor limitati għal madwar ix-xewk | Bajda u skura, b'numru ta' irqajja' ħomor u sofor | Żaqq safra fl-aħdar irqajja' ħomor fil-laħam stess |

D. ĊEFALĠUDI

| Kriterju |

| Kategorija ta' freskezza |

| Extra | A | B |

Ġilda | Pigmentazzjoni tleqq, il-ġilda teħel mal-laħam | Pigmentazzjoni skura; il-ġilda teħel mal-laħam | Bla kulur; maqlugħ faċilment minn mal-laħam |

Laħam | B'saħħtu ħafna, abjad fil-perla | B'saħħtu; abjad bħal ġibs | Daqsxejn artab; abjad fir-roża jew daqsxejn safrani |

Tentakli | Jirreżistu t-tneħħija | Jirreżistu t-tneħħija | Jitneħħew iktar faċilment |

Riħa | Friska; ta' l-alka | Bla riħa jew ftit | Riħa ta' linka |

E. KROSTAĊJI

1. Gambli

| Kriterju |

Kategorija ta' freskezza |

Extra | A |

Ħtiġiet minimi | Superfiċi tal-qoxra; mxarrba u tleqqIl-gambli għandhom jiġu separati meta trasferiti minn kontenitur għall-ieħorIl-laħam għandu jkun ħieles minn irwejjaħ oħraIl-gambli għandu jkun ħieles minn ramel, mukus u affarijiet oħra | L-istess bħall-Kategorija Extra |

Dehra ta':

1. gambli bil-qoxra | Kulur ċar aħmar fir-roża b'tikek żgħar bojod; il-parti tas-sider tal-qoxra hija ċara fil-kulur tagħha. | —Jinbidel fil-kulur minn aħmar fir-roża ċar għal aħmar fil-blu b'tikek bojod; il-parti tas-sider tal-qoxra għandha tkun ċara fil-griż |

2. krostaċi tal-qiegħ | Dejjem roża | — Roża bil-possibbiltà ta' bidu li r-ras tiswied. |

Kondizzjoni tal-laħam waqt u wara it-tneħħija tal-qxur | Jitqaxxar faċilment bi ftit telf ta' laħamB'saħħtu iżda mhux iebes | Jitqaxxar inqas faċilment bi ftit telf ta' laħamInqas b'saħħtu u daqsxejn iebes |

Biċċiet | Biċċiet tal-gambli kultant jitħallew | Kwantità żgħira ta' biċċiet tal-gambli permessi |

Riħa | Alka friska; b'daqsxejn riħa ħelwa | Morr; l-ebda riħa ta' alka |

2. Awwista tan-Norveġja

| Kriterju |

| Kategorija ta' freskezza |

| Extra | A | B |

Qoxra | Roża ċar jew roża li ssir fl-oranġjo-aħmar | Roża ċar jew roża li ssir fl-oranġjo-aħmar; l-ebda tikek suwed | Daqsxejn telf ta' kulur; xi tikek suwed u kulur fil-griż, b'mod partikolari fuq il-qoxra u bejn is-segmenti tad-denb |

Għajn u garġi | Għajnejn suwed ileqqu; garġi roża | Għajnejn skuri u fl-iswed/griż; garġi fl-iswed | Garġi griżi skuri jew xi ftit ħodor fuq is-superfiċi dorsali tal-qoxra |

Riħa | Riħa mhux ħarxa karatteristika tal-frott tal-baħar | Telf tar-riħa karatteristika tal-frott tal-baħar. L-ebda riħa ta' ammonja | Daqsxejn qarsa |

Laħam (denb) | B'kuluri tal-qawsalla u ta' kulur blu fl-abjad | Mhux iktar b'kuluri tal-qawsalla iżda mhux bla kulur | Opak u skur fid-dehra |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KATEGORIJI TAD-DAQS

Skala ta' użin | Qisien minimi li għandhom jiġu osservati fil-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 7 |

Speċi | Qies | Kg/ħut | Numru ta' ħut/kg | Reġjun | Arja ġeografika | Qies minimu |

Aringa (Clupea harengus) | 1 | 0,25 u iktar | 4 jew inqas | 1 | ICES Vb (żona KE) | 20 ċm |

2 | 0,125 sa 0,25 | 5 sa 8 | 2 | | 20 ċm |

3 | 0,085 sa 0,125 | 9 sa 11 | | | 18 ċm |

4 | 0,05 sa 0,085 | 12 sa 20 | 3 | | 20 ċm |

Aringa Baltika maqbuda mniżżla fl-art, tramuntana ta' 59°30′N | 5 | 0,031 sa 0,085 | 12 sa 32 | | | |

Sardin (Sardina pilchardus) | 1 | 0,067 u iktar | 15 jew inqas | | | Għadu mhux stabbilit |

2 | 0,042 sa 0,067 | 16 sa 24 | | |

3 | a 0,028 sa 0,042 | 25 sa 35 | | |

4 | 0,015 sa 0,028 | 36 sa 67 | | |

Mediterran | | 0,011 sa 0,028 | 36 sa 91 | | |

Dogfish tat-tikek (Scyliorbinus spp.) | 1 | 2 jew aktar | — | | | — |

2 | 1 sa 2 | | |

3 | 0,5 sa 1 | | |

Piked dogfish (Squalus acanthias) | 1 | 2,2 u aktar | — | | | — |

2 | 1 sa 2,2 | | |

3 | 0,5 sa 1 | | |

Redfish (Sebastes spp.) | 1 | 2 jew aktar | — | | | — |

2 | 0,6 sa 2 | | |

3 | 0,35 sa 0,6 | | |

Merluzz (Gadus morhua) | 1 | 7 jew aktar | — | 1 | | 35 ċm |

2 | 4 sa 7 | 2 | | 35 ċm |

3 | 2 sa 4 | | | 30 ċm |

4 | 1 sa 2 | 3 | | 35 ċm |

5 | 0,3 sa 1 | Baltiku | Nofsinhar ta' 59°30′N | 35 ċm |

Saithe (Pollachius virens) | 1 | 5 jew aktar | — | 1 | | 35 ċm |

2 | 3 sa 5 | 2 | | 35 ċm |

3 | 1,5 sa 3 | | | 30 ċm |

4 | 0,3 sa 1,5 | 3 | | 35 ċm |

| | Baltiku | Nofsinhar ta' 59°30′N | 30 ċm |

Balottra (Melanogrammus aeglefinus) | 1 | 1 jew aktar | — | 1 | ICES Vb (żona KE) | 30 ċm |

2 | 0,57 sa 1 | 2 | | 30 ċm |

3 | 0,37 sa 0,57 | | | 27 ċm |

4 | 0,17 sa 0,37 | 3 | | 30 ċm |

Merlangu (Merlangius merlangus) | 1 | 0,5 jew aktar | — | 1 | | 27 ċm |

2 | 0,35 sa 0,5 | 2 | | 23 ċm |

3 | 0,25 sa 0,35 | | | 23 ċm |

4 | 0,11 sa 0,25 | 3 | | 23 ċm |

Ling (Molva spp.) | 1 | 5 jew aktar | — | 1 | | — |

2 | 3 sa 5 | 2 | | Għadu mhux stabbilit |

3 | 1,2 sa 3 | | | — |

| | 3 | | 63 ċm |

Makarell ta' l-ispeċi Scomber scombrus Mediterran | 1 | 0,5 u aktar | 50 jew anqas | 1 | | 20 ċm |

2 | 0,2 sa 0,5 | 51 sa 125 | 2 | Għajr il-baħar tat-Tramuntana | 20 ċm |

3 | 0,1 sa 0,2 | 126 sa 250 | | Il-baħar tat-Tramuntana | 30 ċm |

| 0,08 sa 0,2 | 126 sa 325 | 3 | | 20 ċm |

| | | 5 | | 20 ċm |

| | | | Il-Mediterran | 18 ċm |

Makarell ta' l-ispeċi Scomber japonicus | 1 | 0,5 u aktar | — | | | — |

2 | 0,25 sa 0,5 | | |

3 | 0,14 sa 0,25 | | |

4 | 0,05 sa 0,14 | | |

Inċova (Engralius spp.) | 1 | 0,033 u aktar | 30 jew anqas | 3 | Barra ICES IXa) | 12 ċm |

2 | 0,020 sa 0,033 | 31 sa 50 | 3 | ICES IXa) | 10 ċm |

3 | 0,012 sa 0,020 | 51 sa 83 | | Il-Mediterran | 9 ċm |

4 | 0,008 sa 0,012 | 84 sa 125 | | | |

Plaice (Pleuronectes platessa) | 1 | 0,6 u aktar | — | 1 | | 25 ċm |

2 | 0,4 sa 0,6 | 2 | | 25 ċm |

3 | 0,3 sa 0,4 | | | 27 ċm |

4 | 0,15 sa 0,3 | | Il-baħar tat-Tramuntana | 27 ċm |

| | 3 | | 25 ċm |

| | Baltiku | Suddiviżjoni 22 sa 25 | 25 ċm |

| | | Suddiviżjoni 26 sa 28 | 21 ċm |

| | | Suddiviżjoni 29 Nofsinhar ta' 59°30′N | 18 ċm |

Marlozz (Merluccius merluccius) | 1 | 2,5 u aktar | — | 1 | | 30 ċm |

2 | 1,2 sa 2,5 | 2 | | 30 ċm |

3 | 0,6 sa 1,2 | | | 30 ċm |

4 | 0,28 sa 0,6 | 3 | | 27 ċm |

5 | 0,2 sa 0,28 | | Mediterran | 20 ċm |

Mediterran | | 0,15 sa 0,28 | | | | |

Megrim (Lepidorhombus spp.) | 1 | 0,45 u aktar | — | 1 | | 25 ċm |

2 | 0,25 sa 0,45 | 2 | | 25 ċm |

3 | 0,20 sa 0,25 | | | 25 ċm |

4 | 0,11 sa 0,20 | 3 | | 20 ċm |

Mediterran | | 0,05 sa 0,20 | | | | |

Rajja (Brama spp.) | 1 | 0,8 u aktar | — | | | — |

2 | 0,2 sa 0,8 | | |

Petriċa (Lophius spp.) sħiħa, imnaddfa | 1 | 8 u aktar | — | 1 | | — |

2 | 4 sa 8 | 2 | | għadu mhux stabbilit |

3 | 2 sa 4 | | | — |

4 | 1 sa 2 | 3 | | għadu mhux stabbilit |

5 | 0,5 sa 1 | | Mediterran | 30 ċm |

Petriċa (Lophius spp.) bir-ras maqtugħa | 1 | 4 u aktar | — | | | — |

2 | 2 sa 4 | | |

3 | 1 sa 2 | | |

4 | 0,5 sa 1 | | |

5 | 0,2 sa 0,5 | | |

Barbun (Limanda limanda) | 1 | 0,25 u aktar | — | 1 | | 15 ċm |

2 | 0,13 sa 0,25 | 2 | | 15 ċm |

| | | 23 ċm |

| | | Il-baħar tat-Tramuntana | 23 ċm |

| | 3 | | 23 ċm |

Lingwata (Microstomus kitt) | 1 | 0,6 u aktar | — | 1 | | 25 ċm |

2 | 0,35 sa 0,6 | 2 | | 25 ċm |

3 | 0,18 sa 0,35 | | | 25 ċm |

| | 3 | | 25 ċm |

Alonga jew tonn tal-pinna twila (Thunnus alalunga) | 1 | 4 u aktar | — | | | — |

2 | 1,5 sa 4 | | |

Tonna tal-pinna blu (Thunnus thynnus) | 1 | 70 u aktar | — | | Mediterran | 70 ċm jew 6,4 kg |

2 | 50 sa 70 | |

3 | 25 sa 50 | |

4 | 10 sa 25 | |

5 | 6,4 sa 10 | |

Tonn ta' għajnejn kbar (Thunnus obesus) | 1 | 10 u aktar | — | | | — |

2 | 3,2 sa 10 | | |

Pollakkju (Pollachius pollachius) | 1 | 5 u aktar | — | 1 | | — |

2 | 3 sa 5 | 2 | | 30 ċm |

3 | 1,5 sa 3 | | | — |

4 | 0,3 sa 1,5 | 3 | | 30 ċm |

Merlangu kaħlani (Micromesistius poutassou jew Gadus poutassou) | 1 | — | 7 jew anqas | | | — |

2 | 8 sa 14 | | |

3 | 15 sa 25 | | |

4 | 26 sa 30 | | |

Pouting (Trisopterus luscus) u poor cod (Trisopterus minutus) | 1 | 0,4 u aktar | — | 3 | | Għadu mhux stabbilit |

2 | 0,25 sa 0,4 | |

3 | 0,125 sa 0,25 | |

4 | 0,05 sa 0,125 | |

Vopi (Boops boops) | 1 | — | 5 jew anqas | | | — |

2 | 6 sa 31 | | |

3 | 32 sa 70 | | |

Pikarel (Maena sararis) | 1 | — | 20 jew anqas | | | — |

2 | 21 sa 40 | | |

3 | 41 sa 90 | | |

Conger eel (Conger conger) | 1 | 7 u aktar | — | 1 | | — |

2 | 5 sa 7 | 2 | | 58 ċm |

3 | 0,5 sa 5 | | | — |

| | 3 | | 58 ċm |

Gallinetta (Trigla spp.) Tub gurnard | 1 | 1 u aktar | — | | | — |

2 | 0,4 sa 1 | | |

3 | 0,2 sa 0,4 | | |

4 | 0,06 sa 0,2 | | |

Gallinetti oħra | 1 | 0,25 u aktar | | | | |

2 | 0,2 - 0,25 | | | | |

Sawrell (Trachurus spp.) | 1 | 0,6 u aktar | — | 1 | | 15 ċm |

2 | 0,4 sa 0,6 | 2 | | 15 ċm |

3 | 0,2 sa 0,4 | 3 | | 15 ċm |

4 | 0,08 sa 0,2 | 5 | | 15 ċm |

5 | 0,02 sa 0,08 | | Mediterran | 12 ċm |

Mulett (Mugil spp.) | 1 | 1 u aktar | — | 1 | | — |

2 | 0,5 sa 1 | 2 | | 20 ċm |

3 | 0,2 sa 0,5 | | | — |

4 | 0,1 sa 0,2 | 3 | | 20 ċm |

| | | Mediterran | 16 ċm |

Rajja (Raja spp.) | 1 | 5 u aktar | — | | | — |

2 | 3 sa 5 | | |

3 | 1 sa 3 | | |

4 | 0,3 sa 1 | | |

Rajja (Wings) | 1 | 3 u aktar | — | | | — |

2 | 0,5 sa 3 | | |

Barbun ta' l-għajn (Platichthys flesus) | 1 | ikbar minn 0,3 | — | 1 | | 24 ċm |

2 | 0,2 sa 0,3 inkluż | 2 | | 24 ċm |

| | 24 ċm |

| | 3 | | 24 ċm |

| | Baltiku | suddiviżjoni 22-25 | 25 ċm |

| | suddiviżjoni 26-28 | 21 ċm |

| | suddiviżjoni 29-32 Nofsinhar ta' 59°30′N | 18 ċm |

Lingwata (Solea spp.) | 1 | 0,5 u aktar | — | 1 | | 24 ċm |

2 | 0,33 sa 0,5 | 2 | | 24 ċm |

3 | 0,25 sa 0,33 | | 24 ċm |

4 | 0,17 sa 0,25 | 3 | | 24 ċm |

5 | 0,12 sa 0,17 | | Mediterran | 20 ċm |

| 1 | 0,5 u aktar | | | | |

| 2 | 0,33 sa 0,5 | | | | |

| 3 | 0,25 sa 0,35 | | | | |

| 4 | 0,20 sa 0,25 | | | | |

| 5 | 0,12 sa 0,2 | | | | |

Frost fish (Lepidopus caudatus) | 1 | 3 u aktar | — | | | — |

2 | 2 sa 3 | | |

3 | 1 sa 2 | | |

4 | 0,5 sa 1 | | |

Fjamma sewda (Aphanopus carbo) | 1 | 3 u aktar | | | — | |

2 | 0,5 sa 3 | | | | |

| — | | | | |

Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma) | 1 | 0,5 u aktar | — | | | — |

2 | 0,3 sa 0,5 | | |

3 | 0,1 sa 0,3 | | |

Awwista Norveġiża (Nephrops norvegicus) | 1 | — | 20 u anqas | 2 | Skagerrak u Kattegat | 40 mm |

2 | 21 sa 30 | | | 130 mm |

3 | 31 sa 40 | 2 | minbarra l-Iskozja | |

4 | iktar minn 40 | | Il-Baħar Irlandiż | 25 mm |

| | | [ICES VIa) u VIIa)], Skagerrak u Kattegat | 85 mm |

| | 2 | Skozja tal-Lvant u Il-Baħar Irlandiż | 20 mm |

| | [ICES VIa u VIIa] | 70 mm |

| | 3 | | 20 mm |

| | | 70 mm |

| | Mediterran | 20 mm |

| | 70 mm |

Denb ta' l-awwista Norveġiża | 1 | — | 60 u anqas | 2 | Skagerrak u Kattegat | 72 mm |

2 | 61 sa 120 | | | |

| | 2 | minbarra l-Iskozja tal-Lvant | 46 mm |

3 | 121 sa 180 | | Il-Baħar Irlandiż | |

4 | iktar minn 180 | | [ICES VIa) u VIIa)], Skagerrak u Kattegat | |

| | 2 | L-Iskozja tal-Lvant u Il-Baħar Irlandiż [ICES VIa) u VIIa)] | 37 mm |

| | 3 | | 37 mm |

Gamblu tar-ramel (Crangon crangon) | 1 | 6,8 mm u iktar | — | | | — |

2 | 6,5 mm u iktar | | |

Gambli Pandalid (Pandalus borealis) friski jew iffriżati | Qies wie-ħed | — | 250 u anqas | | | — |

Gambli Pandalid mgħollija jew fuq il-fwar | 1 | — | 160 u inqas | | | — |

2 | 161 sa 250 | | |

Granċ li jittiekel (Cancer pagurus) | 1 | 16 ċm u aktar | — | | | — |

2 | 13 sa 16 ċm | | |

--------------------------------------------------