31996R1312



Official Journal L 170 , 09/07/1996 P. 0008 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/96

tat-8 ta’Lulju 1996

li jemenda l-Anness III ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 13 11/22/96 [2] u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi, b’mod konformi ma Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat teħid lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara l-eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali tal-prodotti ta’ l-ikel.

Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali fejn residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’ kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimu ta’ residwu ġeneralment għandhom jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jispustaw fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti massimi ta’ residwu għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għal tessuti ta’ muskolu jew grass;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta’ residwu għandhom ukoll jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi, sabiex tippermetti għat-tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, clenbuterol hydrochloride għandu jiġi mdaħħal f’L-Annessi III ta’ Regolament (KEE) nru. 2377/90;

Billi Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE [3] dwar il-projbizzjoni ta’ ċertu sustanzi fl-użu fit-trobbija ta’ bhejjem li għandhom azzjoni ormonali jew tirostatika u ta’ beta-agonists, tipprojbixxi l-użu ta’ clenbuterol f’kull annimal tal-biedja ħlief għal ċertu skopijiet terapewtiċi fi żwiemel u baqar;

Billi kull perijodu ta’ 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtroiżżazzjonijiet li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [4], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [5], biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati jitqegħdu fis-suq.

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehmiet tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Anness III ta’ Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara 60 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament huwa rabta fl-intier tiegħu u huwa applikabbli b’ mod dirett f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3.

[4] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[5] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness III hu modifikat kif ġej:

3. Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema nervuża

3.2. Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema awtonomika nervuża

3.2.2. β2 aġenti simpatomimetiċi

Sustanza(/i) farmakoloġikament attiv(/i) | Residwu markatur | Speci tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra |

3.2.2.1.Clenbuterol hydrochloride | Clenbuterol | Bovini | 0,5 µg/kg | Fwied/kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.7.2000 |

0,1 µg/kg | Muskolu | Indikat: Għal tokolosi biss f'baqar qed jiparturaw |

0,05 µg/kg | Ħalib | |

Żwiemel | 0,5 µg/kg | Fwied, kliewi | LMR proviżorji jiskadu ta' l- 1.7.2000 |

0,1 µg/kg | Muskolu | Indikat: Tokolosi u t-trattamenti ta' mard respiratorju |

--------------------------------------------------