Official Journal L 148 , 21/06/1996 P. 0001 - 0010
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1107/96 Tat-12 ta' Ġunju 1996 Dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel 1, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu, Billi, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, fis-sitt xhur wara li jidħol fis-seħħ dak ir-Regolament l-Istati Membri għaddew lill-Kummissjoni l-ismijiet protetti legalment jew l-ismijiet stabbiliti bl-użu li xtaqu jirreġistraw; Billi, wara li ġew eżaminati dawk l-ismijiet skond ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92, instab li wħud minnhom kienu skond il-klawżoli ta' dak ir-Regolament u kienu eliġibbli biex jiġu reġistrati u protetti fuq livell Komunitarju bħala indikazzjonijiet jew deskrizzjonijiet ġeografiċi ta' oriġini; Billi l-ismijiet ġeneriċi m'humiex reġistrati; Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma japplikax għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17; Billi, skond l-Artikolu 14 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, deskrizzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni tġeografika ma tistax tiġi reġistrata meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta' trade mark u t-tul taż-żmien li tkun ilha tintuża, ir-reġistrazzjoni tkun aktarx tista' tqarraq bil-konsumatur f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-identità vera tal-prodott; Billi, meta denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika li l-isem tagħha kien diġà ġie reġistrat bħala trade mark ġiet mogħtija protezzjoni fuq l-inizjattiva ta' produttur wieħed bi qbil mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2037/93 2, dak il-produttur ma jistax ma jħallix produtturi oħra stabbiliti f'dawk l-inħawi li jipproduċu skond l-ispeċifikazzjoni rreġistrata milli jużaw id- denominazzjoni protetta ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta; Billi, meta trade mark u denominazzjoni reġistrata ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jistgħu jikkoinċidu, l-użu tat-trade mark li jikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 jista' jkompli jsir biss jekk dik it-trade mark tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (2) ta' dak ir-Regolament; Billi ċerti Stati Membri għarrfu li ma ntalbitx protezzjoni għal uħud mill-partijiet tad-deskrizzjonijiet u dan għandu jitqies; Billi r-reġistrazzjoni ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi ma jwasslux għal esenzjoni mill-obbligu li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel; Billi l-vot fil-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma ta l-ebda opinjoni; billi, fin-nuqqas ta' opinjoni u skond dak l-Artikolu, il-Kummissjoni għaddiet proposta lill-Kunsill sabiex hija taġixxi b'maġġoranza kwalifikata fi żmien tlett xhur; billi, sakemm il-Kunsill ma jkunx aġixxa f'dak il-perjodu, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-ismijiet imniżżla fl-Anness għandhom ikunu rreġistrati bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) jew denominazzjonijiet protetti ta' oriġini (DPO) skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Ismijiet mhux inklużi fl-Anness li ntbagħtu skond l-Artikolu 17 għandhom jibqgħu protetti fuq livell nazzjonali sakemm tintlaħaq deċiżjoni fuqhom. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussell, 12 ta' Ġunju 1996. Għall-Kummissjoni Franz FISCHLER Membru tal-Kummissjoni L-ANNESS A. PRODOTTI MNIŻŻLA FL-ANNESS II TAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN Laħam frisk (u l-interjuri) SPANJA - Carne de Ávila (PGI) - Carne de Morucha de Salamanca (PGI) - Pollo y Capón del Prat (PGI) - Ternasco de Aragón (PGI) FRANZA - Agneau du Quercy (PGI) - Boeuf de Chalosse (PGI) - Veau de l'Aveyron et du Ségala (PGI) - Dinde de Bresse (PDO) - Volailles de Bresse (PDO) - Volailles de Houdan (PGI) - Agneau de l'Aveyron (PGI) - Agneau du Bourbonnais (PGI) - Boeuf charolais du Bourbonnais (PGI) - Boeuf du Maine (PGI) - Veau du Limousin (PGI) - Volailles de l'Ain (PGI) - Volailles du Gers (PGI) - Volailles du Maine (PGI) - Volailles de Loué (PGI) - Volailles de l'Orléanais (PGI) - Volailles de Bourgogne (PGI) - Volailles du plateau de Langres (PGI) - Volailles du Charolais (PGI) - Volailles de Normandie (PGI) - Volailles de Bretagne (PGI) - Volailles de Challans (PGI) - Volailles de Vendée (PGI) - Volailles d'Alsace (PGI) - Volailles du Forez (PGI) - Volailles du Béarn (PGI) - Volailles de Cholet (PGI) - Volailles des Landes (PGI) - Volailles de Licques (PGI) - Volailles d'Auvergne (PGI) - Volailles du Velay (PGI) - Volailles du Val de Sèvres (PGI) - Volailles d'Ancenis (PGI) - Volailles de Janzé (PGI) - Volailles du Gatinais (PGI) - Volailles du Berry (PGI) - Volailles de la Champagne (PGI) - Volailles du Languedoc (PGI) - Volailles du Lauragais (PGI) - Volailles de Gascogne (PGI) - Volailles de la Drôme (PGI) IL-LUSSEMBURGU - Viande de porc, marque nationale grand-duché de Luxembourg (PGI) IL-PORTUGALL - Borrego de Montemor-o-Novo (PGI) - Borrego Serra da Estrela (PDO) - Cabrito das Terras Altas do Minho (PGI) - Cabrito da Gralheira (PGI) - Cabrito da Beira (PGI) - Vitela de Lafes (PGI) - Borrego da Beira (PGI) - Cabrito de Barroso (PGI) - Borrego Terrincho (PDO) - Carnalentejana (PDO) - Carne Arouquesa (PDO) - Carne Marinhoa (PDO) - Carne Mertolenga (PDO) - Cordeiro Bragançano (PDO) IR-RENJU UNIT - Orkney beef (PDO) - Orkney lamb (PDO) - Scott beef (PGI) - Scott lamb (PGI) - Shetland lamb (PDO) Prodotti fuq bażi ta' laħam IL-BELĠJU - Jambon d'Ardenne (PGI) SPANJA - Cecina de León (PGI) - Dehesa de Extremadura (PDO) - Guijuelo (PDO) - Jamón de Teruel (PDO) - Sobrasada de Mallorca (PGI) L-ITALJA - Prosciutto di Parma (PDO) - Prosciutto di S. Daniele (PDO) - Prosciutto di Modena (PDO) - Prosciutto Veneto Berico-Euganeo (PDO) - Salame di Varzi (PDO) - Salame Brianza (PDO) - Speck dell'Alto Adige (PGI) IL-LUSSEMBURGU - Salaisons fumées, marque nationale grand-duché de Luxembourg (PGI) IL-PORTUGALL - Presunto de Barroso (PGI) Ġobnijiet ID-DANIMARKA - Danablu (PGI) - Esrom (PGI) IL-GREĊJA [pic] [pic] SPANJA - Cabrales (PDO) - Idiazábal (PDO) - Mahón (PDO) - Picón Bejes-Tresviso (PDO) - Queso de Cantabria (PDO) - Queso de La Serena (PDO) - Queso Manchego (PDO) - Queso Tetilla (PDO) - Queso Zamorano (PDO) - Quesucos de Liébana (PDO) - Roncal (PDO) FRANZA - Beaufort (PDO) - Bleu des Causses (PDO) - Bleu du Haut-Jura, de Gex, de Septmoncel (PDO) - Brocciu Corse ou brocciu (PDO) - Chabichou du Poitou (PDO) 3 - Crottin de Chavignol ou chavignol (PDO) 4 - Époisses de Bourgogne (PDO) - Laguiole (PDO) - Ossau-Iraty-Brebis Pyrénées (PDO) 5 - Pouligny Saint Pierre (PDO) - Picodon de l'Ardèche ou picodon de la Drôme (PDO) 6 - Salers (PDO) - Selles-sur-Cher (PDO) - Sainte Maure de Touraine (PDO) 7 - Tomme de Savoie (PGI) 8 - Langres (PDO) - Neufchâtel (PDO) - Abondance (PDO) - Camembert de Normandie (PDO) 9 - Cantal ou fourme de Cantal ou cantalet (PDO) - Chaource (PDO) - Comté (PDO) - Emmental de Savoie (PGI) 10 - Emmental français est-central (PGI) 10 - Livarot (PDO) - Maroilles ou marolles (PDO) - Munster ou munster-géromé (PDO) - Pont-l'Évêque (PDO) - Reblochon ou reblochon de Savoie (PDO) - Roquefort (PDO) - Saint-Nectaire (PDO) - Tomme des Pyrénées (PGI) 8 - Bleu d'Auvergne (PDO) - Brie de Meaux (PDO) 11 - Brie de Melun (PDO) 11 - Mont d'or ou vacherin du Haut-Doubs (PDO) L-ITALJA - Canestrato Pugliese (PDO) 12- Fontina (PDO) - Gorgonzola (PDO) - Grana Padano (PDO) - Parmigiano Reggiano (PDO) - Pecorino Siciliano (PDO) 13 - Provolone Valpadana (PDO) 14 - Caciotta d'Urbino (PDO) 15 - Pecorino Romano (PDO) 13 - Quartirolo Lombardo (PDO) - Taleggio (PDO) - Asiago (PDO) - Formai de Mut Dell'alta Valle Brembana (PDO) 16 - Montasio (PDO) - Mozzarella di Bufala Campana (PDO) 17 - Murazzano (PDO) L-OLANDA - Noord-Hollandse Edammer (PDO) 18 19 - Noord-Hollandse Gouda (PDO) 18 20 IL-PORTUGALL - Queijo de Nisa (PDO) - Queijo de Azeito (PDO) - Queijo de Évora (PDO) - Queijo de So Jorge (PDO) - Queijo Rabaçal (PDO) - Queijo Serpa (PDO) - Queijo Serra da Estrela (PDO) - Queijos da Beira Baixa (Queijo de Castelo Branco, Queijo Amarelo da Beira Baixa, Queijo Picante da Beira Baixa) (PDO) - Queijo Terrincho (PDO) IR-RENJU UNIT - White Stilton cheese (PDO)/Blue Stilton cheese (PDO) - West Country farmhouse Cheddar cheese (PDO) 21 22 - Beacon Fell traditional Lancashire cheese (PDO) 23 - Swaledale cheese (PDO)/Swaledale ewes' cheese (PDO) - Bonchester cheese (PDO) - Buxton blue (PDO) - Dovedale cheese (PDO) - Single Gloucester (PDO) SPANJA - Miel de La Alcarria (PDO) FRANZA - Crème d'Isigny (PDO) - Crème fraîche fluide d'Alsace (PGI) IL-LUSSEMBURGU - Miel luxembourgeois de marque nationale (PDO) IL-PORTUGALL - Mel da Serra da Lous (PDO) - Mel das Terras Altas do Minho (PDO) - Mel da Terra Quente (PDO) - Mel da Serra de Monchique (PDO) - Mel do Parque de Montezinho (PDO) - Mel do Alentejo (PDO) - Mel dos Açores (PDO) - Mel do Barroso (PDO) - Mel do Ribatejo Norte (Serra d'Aire, Albufeira do Castelo do Bode, Bairro, Alto Nabo) (PDO) Żjut u xaħmijiet IL-BELĠJU - Beurre d'Ardenne (PDO) Żjut taż-żebbuġ IL-GREĊJA [pic] SPANJA - Baena (PDO) - Les Garrigues (PDO) - Sierra de Segura (PDO) - Siurana (PDO) FRANZA - Huile d'olive de Nyons (PDO) - Beurre d'Isigny (PDO) - Beurre Charentes-Poitou - Beurre des Charentes - Beurre des Deux-Sèvres (PDO) IL-LUSSEMBURGU - Beurre rose de marque nationale grand-duché de Luxembourg (PDO) IL-PORTUGALL - Azeite de Moura (PDO) - Azeite de Trás-os-Montes (PDO) - Azeite do Ribatejo (PDO) - Azeites do Norte Alentejano (PDO) - Azeite da Beira Interior (Azeite da Beira Alta, Azeite da Beira Baixa) (PDO) Frott, ħaxix u ċereali IL-GREĊJA [pic] SPANJA - Arroz del Delta del Ebro (PGI) - Calasparra (PDO) - Cerezas de la Montaña de Alicante (PGI) - Espárrago de Navarra (PGI) - Faba Asturiana (PGI) - Judías de El Barco de Ávila (PGI) - Lenteja de La Armuña (PGI) - Nísperos Callosa d'En Sarriá (PDO) - Pimientos del Piquillo de Lodosa (PDO) - Uva de mesa embolsada Vinalopó' (PDO) FRANZA - Ail rose de Lautrec (PGI) - Noix de Grenoble (PDO) - Pommes et poires de Savoie (PGI) - Poireaux de Créances (PGI) - Chasselas de Moissac (PDO) - Mirabelles de Lorraine (PGI) - Olives noires de Nyons (PDO) - Pommes de terre de Merville (PGI) L-ITALJA - Arancia Rossa di Sicilia (PGI) - Cappero di Pantelleria (PGI) - Castagna di Montella (PGI) - Fungo di Borgotaro (PGI) - Nocciola del Piemonte (PGI) L-OLANDA - Opperdoezer Ronde (PDO) L-AWSTRIJA - Wachauer Marille (PDO) IL-PORTUGALL - Amêndoa do Douro (PDO) - Ameixa d'Elvas (PDO) - Ananás dos Açores/So Miguel (PDO) - Azeitona de conserva Negrinha de Freixo (PDO) - Castanha dos Soutos da Lapa (PDO) - Castanha Marvo-Portalegre (PDO) - Castanha de Pradela (PDO) - Castanha da Terra Fria (PDO) - Citrinos do Algarve (PGI) - Cereja de So Julio-Portalegre (PDO) - Cereja da Cova da Beira (PGI) - Maç de Portalegre (PGI) - Maç da Beira Alta (PGI) - Maç Bravo de Esmolfe (PDO) - Maç da Cova da Beira (PGI) - Maç de Alcobaça (PGI) - Maracujá de So Miguel/Açores (PDO) - Pêssego da Cova da Beira (PGI) IR-RENJU UNIT - Jersey Royal potatoes (PDO) PRODOTTI OĦRA TA' L-ANNESS II Iċ-Ċidru IR-RENJU UNIT - Herefordshire cider/perry (PGI) - Worcestershire cider/perry (PGI) - Gloucestershire cider/perry (PGI) B. PRODOTTI TA' L-IKEL IMNIŻŻLA F'L-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Birra IR-RENJU UNIT - Newcastle brown ale (PGI) - Kentish ale and Kentish strong ale (PGI) - Rutland bitter (PGI) Ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tan-nixxiegħa IL-ĠERMANJA - Bad Hersfelder Naturquelle (PDO) - Bad Pyrmonter (PDO) - Birresborner (PDO) - Bissinger Auerquelle (PDO) - Caldener Mineralbrunnen (PDO) - Ensinger Mineralwasser (PDO) - Felsenquelle Beiseförth (PDO) - Gemminger Mineralquelle (PDO) - Graf Meinhard Quelle Giessen (PDO) - Haaner Felsenquelle (PDO) - Haltern Quelle (PDO) - Katlenburger Burgbergquelle (PDO) - Kißlegger Mineralquelle (PDO) - Leisslinger Mineralbrunnen (PDO) - Löwensteiner Mineralquelle (PDO) - Rhenser Mineralbrunnen (PDO) - Rilchinger Amandus Quelle (PDO) - Rilchinger Gräfin Mariannen-Quelle (PDO) - Siegsdorfer Petrusquelle (PDO) - Teinacher Mineralquellen (PDO) - Überkinger Mineralquelle (PDO) - Vesalia Quelle (PDO) - Bad Niedernauer Quelle (PDO) - Göppinger Quelle (PDO) - Höllen Sprudel (PDO) - Lieler Quelle (PDO) - Schwollener Sprudel (PDO) - Steinsieker Mineralwasser (PDO) - Blankenburger Wiesenquelle (PDO) - Wernigeröder Mineralbrunnen (PDO) - Wildenrath Quelle (PDO) Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u affarijiet oħra tal-forn IL-GREĊJA [pic] SPANJA - Turrón de Jijona (PGI) - Turrón de Alicante (PGI) FRANZA - Bergamote(s) de Nancy (PGI) Ċ. PRODOTTI AGRIKOLI MNIŻŻLA FL-ANNESS II TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Żjut essenzjali FRANZA - Huile essentielle de lavande de Haute-Provence (PDO) 1 ĠU Nru L 208, 24. 7. 1992, p. 1. 2 ĠU Nru L 185, 28. 7. 1993, p. 5. 3 Protezzjoni ta' l-isem Chabichou' m'hijiex mitluba 4 Protezzjoni ta' l-isem Crottin' m'hijiex mitluba 5 Protezzjoni ta' l-isem Brebis Pyrénées' m'hijiex mitluba 6 Protezzjoni ta' l-isem Picodon' m'hijiex mitluba 7 Protezzjoni ta' l-isem Sainte Maure' m'hijiex mitluba 8 Protezzjoni ta' l-isem Tomme' m'hijiex mitluba 9 Protezzjoni ta' l-isem Camembert' m'hijiex mitluba . 10 Protezzjoni ta' l-isem Emmental' m'hijiex mitluba 11 Protezzjoni ta' l-isem Brie' m'hijiex mitluba 12 Protezzjoni ta' l-isem Canestrato' m'hijiex mitluba 13 Protezzjoni ta' l-isem Pecorino' m'hijiex mitluba 14 Protezzjoni ta' l-isem Provolone' m'hijiex mitluba 15 Protezzjoni ta' l-isem Caciotta' m'hijiex mitluba 16 Protezzjoni ta' l-isem Formai de Mut' m'hijiex mitluba 17 Protezzjoni ta' l-isem Mozzarella' m'hijiex mitluba 18 Protezzjoni ta' l-isem Noord-hollandse' m'hijiex mitluba 19 Protezzjoni ta' l-isem Edammer' m'hijiex mitluba 20 Protezzjoni ta' l-isem Gouda' m'hijiex mitluba 21 Protezzjoni ta' l-isem Cheddar' m'hijiex mitluba 22 Protezzjoni ta' l-isem West Country' m'hijiex mitluba 23 Protezzjoni ta' l-isem Lancashire' m'hijiex mitluba 1 Protezzjoni ta' l-isem [pic] (Pilios) m'hijiex mitluba 1 Protezzjoni ta' l-isem [pic] (Iraklion) m'hijiex mitluba 2 Protezzjoni ta' l-isem [pic](Crete) m'hijiex mitluba 3 Protezzjoni ta' l-isem [pic](Rethymno) m'hijiex mitluba 4 Protezzjoni ta' l-isem [pic] (Lakonias) m'hijiex mitluba 5 Protezzjoni ta' l-isem [pic](Argolidas) m'hijiex mitluba 1 Protezzjoni ta' l-isem Mhijiex imfittxa