31996L0100



Official Journal L 060 , 01/03/1997 P. 0059 - 0060


Id-Direttiva 96/100/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tas-17 ta' Frar 1997

li temenda l-Anness tad-Direttiva 93/7/KEE fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 a tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li mxew b'mod konformi mal-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi skond tradizzjonijiet artistiċi differenti fil-Komunità pitturi bl-akkwarell, gouache u pastelli huma meqjusa b'mod differenti bħala jew pitturi jew tpenġijiet; billi l-Kategorija 4 ta' l-Anness tad-Direttiva Nru 93/7/KEE [4] tinkludi tpinġijiet magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull mezz, f'kull materjal, u l-Kategorija 3 tinkuldi stampi u pitturi magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull mezz u b'kull materjal; billi t-thresholds finanzjarji li japplikaw għal dawn iż-żewġ kategoriji huma differenti; billi fis-suq intern dan jista' jwassal għal differenzi serji fit-trattament ta' pitturi bl-akkwarell, gouache jew bil-pastell skond l-Istat Membru li jkunu jinsabu fih; billi huwa meħtieġ li tittieħed deċiżjoni għall-iskopijiet tat-tħaddim tad-Direttiva f'liema kategorija għandhom jaqgħu biex ikun assigurat li t-threshold finanzjarja applikata tkun l-istess fil-Komunità kollha;

Billi l-esperjenza turi li l-prezzijiet miġbura minn pitturi bl-akkwarell, gouache jew kuluri pastell għandhom tendenza jkunu ogħla minn dawk miġbura minn tpinġijiet u ħafna anqas minn dawk miġbura minn pitturi taż-żejt jew tempra; billi għaldaqstant jaqbel li wieħed iqiegħed il-pitturi bl-akkwarell, gouache u pastell f'kategorija separata bi threshold ta' 30000 EKU li tassigura li xogħolijiet ta' importanza maġġuri mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru jkunu jistgħu jiġu rritornati,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva Nru 93/7/KEE huwa emendat kif ġej:

1 fir-ras A:

(a) il-punt 3 għandu jkun mibdul bi:

"3. Stampi u pitturi, minbarra dawk inklużi fil-Kategorija 3A jew 4, magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull tip ta' materjal u fi kwalunkwe mezz [5]

(b) il-punt li ġej għandu jiddaħħal:

"3A. Akkwarelli, gouaches u pastelli magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull materjal [6]

(ċ) il-punt 4 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"4. Mużajk ta' kull materjal magħmula għal kollox bl-idejn, minbarra dawk li jaqgħu fil-Kategoriji 1 jew 2, u tpinġijiet b'kull mezz magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull materjal [7]

2 fir-ras B:

Il-Kategorija li ġejja għandha tiddaħħal:

"30000

- 3A. (Akkwarelli, gouaches u pastell)".

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fl-Official Journal tal-Komunitajiet Ewropej. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih:

Meta l-Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Frar 1997.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-Robles

Għall-Kunsill

Il-President

G. Zalm

[1] ĠU C 6, tal-11.1.1996, p. 15.

[2] ĠU C 97, ta' l-1.4.1996, p. 28.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 1996 (ĠU C 166, ta' l-10.6.1996, p. 38), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 1996 (ĠU C 264, tal-11.9.1996, p. 66) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 1996 (ĠU C 362, 2. 12. 1996). Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1996.

[4] ĠU L 74, tas-27.3.1993, p. 74.

[5] ĠU C 6, tal-11.1.1996, p. 15.";

[6] ĠU C 6, tal-11.1.1996, p. 15.";

[7] ĠU C 6, tal-11.1.1996, p. 15.";

--------------------------------------------------