31996F0443



Official Journal L 185 , 24/07/1996 P. 0005 - 0007


Azzjoni konġunta

tal-15 ta' Lulju 1996

adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xeonofobja

(96/443/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu K.3 (2) (b) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkonsidra l-inizjattiva mir-Renju ta' Spanja,

Billi l-Istati Membri jqisu li l-adozzjoni tar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-azzjoni fil-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobja hija kwistjoni ta' interess komuni, skond l-Artikolu K.1 (7) tat-Trattat b'mod partikolari;

Billi għandu jingħata kont għall-konklużżjonijiet dwar ir-razziżmu u x-xenofobja adottati mill-Kunsill Ewropew f'Korfu fl-24 u l-25 ta' Ġunju 1994, f'Essen fid-9 u fl-10 ta' Diċembru 1994, f'Cannes u fis-26 u s-27 ta' Ġunju 1995 u f'Madrid fil-15 u s-16 ta' Diċembru 1995;

Billi l-Kummissjoni Konsultattiva dwar ir-Razziżmu u x-Xenofobja, stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' Corfu, adottat rakkomandazzjonijiet;

Billi, minkejja l-isforzi magħmula matul is-snin reċenti mill-Istati Membri, ir-reati tar-razziżmu u x-xenofobja għadhom qed jiżdiedu;

Preokkupat bid-differenzi bejn xi sistemi tal-liġi kriminali fir-rigward tal-pieni ta' tipi speċifiċi ta' komportament ta' razziżmu u xenofobja, li joħolqu barrieri għall-koperazzjoni internazzjonali ġudizzjarja;

Waqt li jagħraf li l-koperazzjoni internazzjonali mill-Istati kollha, nklużi dawk li m'humiex affettwati fil-livell domestiku mill-problema tar-razziżmu u x-xenofobja, huwa meħtieġ li dawk li jwettqu dawn ir-reati jiġu prevenuti milli jipprofittaw irwieħhom mill-fatt li attivitajiet rażżisti u xenofobiċi huma klassifikati b'mod differenti fi Stati differenti billi jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor biex jaħarbu proċedimenti kriminali jew jevitaw li jservu sentenzi u b'hekk ikomplu l-attivitajiet tagħhom b'impunità;

Waqt li jenfasizza li d-dritt tal-libertà ta' l-espressjoni jimplika dmirijiet u responsabbiltajiet, inkluż rispett għad-drittjiet ta' l-oħrajn kif preskritt fl-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali tn-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Civili u Politiċi tad-19 ta' Diċembru 1996;

Determinati, skond it-tradizzjoni tagħhom komuni umanitarja, li jiggarantixxu li, fuq kollox, l-Artikoli 10 u 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950 jiġu mħarsa;

Waqt li jixtiequ li jibnu fuq ix-xogħol mibdi fi ħdan il-qafas tat-Titolu VI tat-Trattat matul l-1994 li jikkonċerna l-aspetti kriminali tal-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobja,

ADOTTA DIN ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA:

IT-TITOLU I

A. Fl-interessi tal-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobja, kull Stat Membru għandu jobbliga ruħu, skond il-proċedura preskritta fit-Titolu II, li jassigura koperazzjoni effettiva ġudizzjarjafir-rigward ta' reati bbażati fuq it-tip ta' komportament li ġejjin, u, jekk meħtieġ, għall-finijiet ta' dik il-koperazzjoni, jew jieħdu passi biex jaraw li dak il-komportament ikun penalizzat bħala reat kriminali jew, fin-nuqqas, u sakemm jiġi adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa, li jidderogaw mill-prinċipju ta' kriminalità doppja għal dak il-koportament:

(a) l-inċitament pubbliku għad-diskriminazzjoni, vjolenza jew mibegħda rażżista fir-rigward ta' grupp ta' persuni jew membru ta' dak il-grupp definit b'referenza għall-kulur, razza, reliġjon jew oriġini nazzjonali jew etniku;

(b) l-iskużar pubbliku, għal fini rażżist jew xenofobiku, ta' reati kontra l-umanità u vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani;

(ċ) iċ-ċaħda pubblika tar-reati definiti fl-Artikolu 6 tal-Karta dwar it-Tribunal Internazzjonali Militari mehmus mal-Ftehim ta' Londra tat-8 ta' April 1945 sal-limitu li jinkludi komportament li huwa sprezzanti lejn, jew degradanti għal grupp ta' persuni definiti b'referenza għall-kulur, razza, reliġjon jew oriġini nazzjonali jew etniku;

(d) id-disseminazzjoni pubblika jew tqassim ta' kitbiet, stampi jew materjal ieħor li jkun fih espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobja;

(e) il-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' gruppi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jinvolvu diskriminazzjoni, vjolenza jew mibegħda rażżista, etnika jew reliġjuża.

B. Fil-każ ta' investigazzjonijiet fi, u/jew proċedimenti kontra, reati bbażati fuq it-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A, kull Stat Membru għandu, skond it-Titolu II, itejjeb il-koperazzjoni ġudizzjarja fiż-żoni li ġejjin u jieħu miżuri adattati għal:

(a) il-ħtif u konfiska ta' kitba, stampi jew materjal ieħor li jkun fih espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobja maħsuba għad-disseminazzjoni pubblika, fejn dak il-materjal jiġi offrut għall-pubbliku fit-territorju ta' l-Istat Membru;

(b) ir-rikonoxximent li t-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A m'għandhomx jitqiesu bħala reati politiċi li jiġġustifikaw ir-rifjut ta' konformità għal talbiet ta' għajnuna legali komuni;

(ċ) il-provvista ta' informazzjoni lil Stat Membru ieħor biex jippermetti li dak l-Istat Membru jibda, skond il-liġi tiegħu, proċedimenti legali jew proċedimenti għall-konfiska fil-każ fejn jidher li kitbiet, stampi jew materjal ieħor li jkun fihom espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobja jkunu maħżuna fi Stat Membru għall-finijiet tat-tqassim jew disseminazzjoni fi Stat Membru ieħor;

(d) l-istabbiliment ta' punti ta' kuntatt fl-Istati Membri li għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir u l-iskambju ta' xi informazzjoni li tista' tkun utli għal investigazzjonijiet u proċedimenti kontra reati bbażati fuq it-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A.

Ċ. Ebda ħaġa f'din id-Dikjarazzjoni Konġunta ma għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa xi obbligazzjonijiet li l-Istati Membri jista' jkollhom taħt l-istrumenti internazzjonali elenkati hawn taħt. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din l-Azzjoni Konġunta b'mod konsistenti ma' obbligazzjonijiet bħal dawk u għandhom jirreferi għad-definizzjonijiet u l-pronċipji li jinsabu f'dawk l-istrumenti meta jagħmluu dan:

- il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950,

- il-Konvenzjoni li tirrelata ma' l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967,

- il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948,

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Rażżista tas-7 ta' Marzu 1966,

- Il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awissu 1949 u l-Protokolli I u II tat-12 ta' Diċembru 1977 għal dawk il-Konvenzjonijiet,

- ir-Riżoluzzjonijiet 827(93) u 955(94) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

- ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' xhieda fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata [1], f'każi ta' proċedimenti kriminali għat-tipi ta' komportament elenkati fil-paragrafu A, jekk xhieda jkunu ġew imħarrka fi Stat Membru ieħor.

IT-TITOLU II

Kull Stat Membru għandu jressaq proposti adattati għall-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni Konġunta għall-konsiderazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tagħhom.

Il-Kunsill għandu jistma it-tħaris mill-Istati Membri ta' l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt din id-Dikjarazzjoni Konġunta, waqt li jagħti kont tad-dikjarazzjonijiet annessi magħha, sa l-aħħar ta' Ġunju 1998.

Din l-Azzjoni Konġunta u d-dikjarazzjonijiet annessi, li huma approvati mill-Kunsill u li huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta mill-Istati Membri minbarra dawk li dan id-dikjarazzjonijiet jikkonċernawhom, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Spring

[1] ĠU C 327, tas-7.12.1995, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FIT-TITOLU II

1. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Griega dwar it-Titolu I.B (b):

"Il-Greċja tinterpreta t-Titolu I.B (b) fid-dawl ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tagħha li jipprojbixxu li tittieħed xi azzjoni kontra persuni li jiffaċċaw prosekuzzjoni fuq bażijiet politiċi."

2. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Franċiża dwar it-Titolu I.Ċ, il-ħames inċiż:

"Franza tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Ġunju 1977 għall-Konvenzjonijiet ta' Ġeniva ta' l-1949 ma jistgħax jiġi nvokat kontriha, minħabba li Franza la rratifikat u lanqas iffirmat dak l-istrument u li lanqas ma jista' jittieħed bħala traduzzjoni tal-liġi internazzjonali tas-soltu applikabbli f'konflitti armati."

3. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni tar-Renju Unit dwar it-Titolu I:

"Id-delegazzjoni tar-Renju Unit tiddikjara li għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta mir-Renju Unit, u waqt li tagħti kont tad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali tar-Renju Unit, ir-Renju Unit għandu japplika it-Titolu I, il-paragrafu A, il-punti (a) sa (e) u r-referenzi għalihom meta l-komportament relevanti ikun ta' theddid, abużiv jew ta' insult u jitwettaq bl-intenzjoni li jqajjem mibegħda rażżista jew x'aktarx li jagħmel dan.

Dan għandu jinkludi, skond it-Titolu I.B u t-Titolu II, li jippermettu lill-awtoritajiet relevanti tar-Renju Unit f'dan il-kuntest li jfittxu u jaħtfu kitbiet, stampi u materjal ieħor fir-Renju Unit li huwa maħsub għad-disseminazzjoni fi Stat Membru ieħor u li x'aktarx jinċita mibegħda rażżista hemm hekk.

Jekk jinqalgħu xi problemi bl-applikazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni, ir-Renju Unit għandu jikkonsulta ma' l-Istat Membru konċernat bil-ħsieb li jingħelbu l-problemi li jinqalgħu."

4. Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Daniża dwar it-Titolu I:

"Id-delegazzjoni Daniża tiddikjara li għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta mid-Danimarka, u wara li tagħti kont tad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali Daniża, id-Danimarka għandha tapplika t-Titolu I, il-paragrafu A, il-punti (a) sa (e) u r-referenzi għalihom biss meta l-komportament relevanti jkun ta' theddid, ta' insult jew degradanti."

--------------------------------------------------