Official Journal L 031 , 09/02/1996 P. 0025 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 1996 li temenda d-Deċiżjoni 91/448/KEE dwar il-linji gwida għall-klassifikazzjoni li għaliha jirreferi l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/219/KEE dwar l-użu ikkontrollat ta' organiżmi modifikati ġenetikament (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (96/134/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar l-użu ikkontrollat ta' organiżmi modifikati ġenetikament [1], kif emendata bid-Direttiva 94/51/KEE [2] tat-23 ta' April 1990 u b'mod partikulari l-Artikolu 4 tagħha, billi, għall-iskopijiet tad-Direttiva 90/219/KEE, ħlejjaq modifikati ġenetikament huma klassifikati f'żewġ gruppi skond il-kriterji ta' l-Anness II; billi barra minn hekk hemm provdut illi linji gwida għandhom jiġu stipulati għal tali klassifika; billi, għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet bid-Deċiżjoni 91/448/KEE [3], il-linji gwida għal interpretazzjoni ulterjuri ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/219/KEE; Billi, peress illi bħala riżultat ta' esperjenza, ġie meqjus xieraq li jiġu aġġornati għall-progress tekniku il-kriterji għall-klassifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II; huwa għalhekk neċessarju li jiġu riveduti l-linji gwida għal tali klassifikazzjoni; Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ġabu l-opinjoni favorevoli tal-Kumitat tar-Rappreżentanti ta' l-Istati Membri skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 90/219/KEE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 91/596/KEE huwa sostitwit bl-Anness hawnhekk. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Jannar 1996. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 1. [2] ĠU L 217, tat-18.11.1994, p. 29. [3] ĠU L 239, tat-28.8.1991, p. 23 -------------------------------------------------- L-ANNESS Linji gwida għall-klassifikazzjoni ta' ħlejjaq modifikati ġenetikament fi grupp I skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/219/KEE Għall-klassifikar ta' GMMs fi Grupp I, il-linji gwida li ġejjin għandhom jintużaw għall-interpretazzjoni ulterjuri tal-kriterji stabbiliti mill-Anness II tad-Direttiva 90/219/KEE, u għall-iżvilupp ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti ta' linji gwida aktar dettaljati immirati għal każi speċifiċi: 1. Kriterji (i) — (iii) jirreferu għal bnedmin immunokompetenti u annimalu u pjanti f'saħħithom. 2. Rigward il-kriterju (i) ta' l-Anness II, il-linji gwida li ġejjin huma stipulati: (a) meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi jekk il-mikroorganiżmu li jirċievi jew ġenitur huwiex aktarx se jgħaddi mard lil annimali jew pjanti wieħed irid iqis x'ambjent aktarx li se jkun espost għall-mikroorganiżmu li jirċievi jew ġenitur; (b) razez mhux virjulenti ta' speċi rikonoxxuti bħala patoġeniċi għandhom jitqiesu bħala li x'aktarx m'humiex se jikkawżaw mard u li jissoddisfaw il-kriterju (i) fl-Anness II, sakemm: (i) in-nisel mhux virjulenti għandu rekord stabbilit ta' sigurtà fil-laboratorju u/jew l-industrija bla ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-pjanti; u/jew (ii) in-nisel huwa stabbilit defiċjenti f'materjal ġenetiku li jiddetermina l-virjulenza, jew għandu mutazzjonijiet stabbli magħrufa li jirriduċu l-virjulenza b'mod suffiċjenti. Meta mhuwiex esssenzjali li jitneħħew id-determinanti tal-virjulenza kollha minn patoġen, attenzjoni partikulari trid tingħata lil kull ġijn tossika, determinanti plażmidi jew phageborne u aġenti avventizji ta' ħsara. F'tali okkażjonijiet evalwazzjoni minn każ għal każ tkun meħtieġa. 3. Rigward il-kriterju (ii) ta' l-Anness II, il-linji gwida li ġejjin huma mogħtija: (a) Il-vector/inserit m'għandux ikun fih ġeni li jesprimu proteina jew traskritt attivi (eż. virjulenza, determinanti, veleni, etc) f'livell u f’ forma li jagħtu lill-ħlejqa modifikata ġenetikament fenotip li x'aktarx jikkawża mard lill-bniedem, annimali jew pjanti. F'kull każ fejn il-vector/inserit ikun fih sekwenzi li huma involuti fl-espressjoni ta' xejriet ta' ħsara f'ċerti mikroorganiżmi, iżda li ma jagħtux il-GMM fenotip li x'aktarx jikkawża mard lill-bniedem, annimali jew pjanti, jew li x'aktarx jikkawża effetti negattivi fuq l-ambjent, allura l-vetor/inserit m'għandux ikun trażmissibbli lilu nnifsu u għandu jkun diffiċilment mobilizzabbli. (b) Fil-każ ta' operazzjonijiet tat-Tip B, kunsiderazzjonijiet speċjali għandhom jingħataw lil dawn li ġejjin: - il-vectors m'għandhomx ikunu trażmissibbli lilhom infushom jew ikun fihom sekwenzi trasponenti funzjonali; u għandhom ikunu diffiċilment mobilizzabbli, - fid-deċiżjoni jekk il-vector/inserit huwiex aktarx se jagħti lill-ħlejqa modifikata ġenetikament fenotip li x'aktarx jikkawża mard lill-bnedmin, annimali jew pjanti, jew li x’aktarx jikkawża effetti negattivi fuq l-ambjent, huwa importanti li jiġi aċċertat illi l-vector/inserit huwa karatterizzat tajjeb jew limitat fid-daqs kemm jista’ jkun possibbli għas-sekwenzi ġenetiċi meħtieġa sabiex titwettaq il-funzjoni maħsuba. 4. Rigward il-kriterju (iii) ta' l-Anness II, il-linji gwida li ġejjin huma stipulati: (a) meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi jekk il-ħlejqa modifikata ġenetikament hijiex aktarx se tikkawża effetti negattivi fuq l-ambjent jew se tgħaddi mard lil annimali jew pjanti wieħed irid iqis x'ambjent aktarx li se jkun espost għall-GMMs. (b) Fil-każ ta' operazzjonijiet tat-Tip B, flimkien mal-kriterju (iii), kunsiderazzjonijiet speċjali għandhom jingħataw lil dawn li ġejjin: - il-ħlejqa modifikata ġenetikament m'għandhiex tittrasferixxi xi markers ta' reżistenza lil mikroorganiżmi, jekk tali trasferiment jikkompormetti it-trattament tal-mard; - il-ħlejqa modifikata ġenetikament għandha tkun meqjusa bħala sigura fl-ambjent industrijali daqs il-mikroorganiżmu li jirċievi jew ġenitur, jew ikollha karatteristiċi li jillimitaw is-sopravvivenza u t-trasferiment tal-ġeni. (ċ) GMMs oħrajn li jistgħu jiġu inklużi fi Grupp I jekk m'għandhomx effetti negattivi fuq l-ambjent u jwettqu l-kundizzjonijiet fl-AnnessII (i) huma dawk li huma mibnija interament minn reċipjent prokarjotiku wieħed (inklużi l-plażmidi, transpowżons u vajrusis indiġeni tiegħu), jew minn reċipjent ewkarjotiku wieħed (inklużi l-kloroplasts, mitoċondrija, plażmidi imma mhux il-vajrusis), jew jikkonsistu interament minnsekwenzi ġenetiċi minn speċi differenti li jibdlu dawn is-sekwenzi pernmezz ta' proċessi fiżjoloġiċi magħrufa. Qabel ma jiġi deċiż jekk dawn il- GMMs għandhomx jiġu inklużi fi Grupp I għandu jitqies jekk dawn humiex esklużi mid-Direttiva skond id-Dispożizzjonijiet ta' l-Anness I B (4), meta jitqies li self-clowning ifisser it-tneħħija ta' l-aċidu nuklejiku minn ċellola ta' ħlejqa, segwita mir-rijinseriment ta' l-istess aċidu jew parti minnu — bi jew mingħajr kimiċi enżimiċi ulterjuri jew miżuri mekkaniċi ulterjuri — ġo l-istess tip ta' ċellola (jew linja ta' ċelloli) jew ġo ċelloli ta' speċi relatati magħha mill-qrib fitoġenetikament li jistgħu b’mod naturali jibdlu materjal ġenetiku ma’ l-ispeċi donatriċi. --------------------------------------------------