31996D0078



Official Journal L 019 , 25/01/1996 P. 0039 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Jannar 1996

li tistabbilixxi l-kriterji biex jitniżżlu u jiġu reġistrati l-equidae fil-kotba li jkun fihom ir-razez taż-żwiemel għal skopijiet ta’ tagħmir

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(96/78/KE)

IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ fil-Komunità ta’ l-equidae (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,

Billi skond l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 90/427/KEE il-kriterji miġjuba flimkien li jirregolaw it-tniżżil ta’ l-equidae fil-kotba li jkun fihom ir-razez taż-żwiemel iridu jiġu stabbiliti;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti l-kriterji għat-tniżżil ta’ l-equidae fil-kotba li juru r-razez taż-żwiemel għal skopijiet ta’ tagħmir;

Billi kundizzjonijiet preċiżi marbuta mar-razza u l-identifikazzjoni jridu jintlaħqu qabel ma jitniżżlu fil-kotba li juru r-razez taż-żwiemel;

Billi jrid jingħata lok biex il-ktieb li juri r-razez taż-żwiemel ikun jista’ jinqasam f’sezzjonijiet differenti u klassijiet sabiex ċerti tipi ta’ annimali ma jitħallewx barra;

Billi l-miżuri li taħseb għalihom din id-Deċiżjoni jaqblu mal-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żooteknika.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Biex jikkwalifika li jitniżżel fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb li juri r-razez taż-żwiemel tar-razza tiegħu reġistrata l-equidae irid:

- ikun tnissel minn ġenituri li tniżżlu fis-sezzjoni prinċipali ta’ ktieb li juru r-razez taż-żwiemel ta’ dik l-istess razza u jkollu linja ġeneaoloġika stabbilita skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb taż-żwiemel għat-tnissil,

- ikun identifikat bħala felu mis-saqajn skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb taż-żwiemel għat-tnissil, li għallinqas ikun jirrikjedi ċ-ċertifikat li jkopri.

2. B’deroga mill-ewwel inċiż tal-paragrafu 1, annimal jista’ jitniżżel fis-sezzjoni prinċipali biex jieħu sehem fi programm ta’ tagħmir imħallat approvat mill-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb taż-żwiemel għat-tnissil. Il-programm ta’ tagħmir imħallat irid isemmi r-razez li jistgħu jieħdu sehem.

Artikolu 2

1. Is-sezzjoni prinċipali ta’ ktieb taż-żwiemel għat-tnissil jista’ jinqasam bi qbil ma’ Nru 3 (b), il-ħames inċiż, ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/353/KEE (2) li tistabilixxi l-kriterji biex ikunu approvati jew rikonoxxuti l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu kotba taż-żwiemel għat-tnissil għall-equidae f’ħafna klassijiet skond il-merti ta’ l-annimali. Dawk l-equidae biss li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jitniżżlu f’waħda minn dawk il-klassijiet.

2. F’każ li ktieb taż-żwiemel għat-tnissil ikun fih ħafna klassijiet fis-sezzjoni prinċipali, annimal minn ktieb ieħor taż-żwiemel għat-tnissil jista’ jitniżżel fil-klassi tal-ktieb taż-żwiemel għat-tnissil li jikkonforma mal-kriterji tiegħu.

Artikolu 3

1. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li żżomm ktieb taż-żwiemel għat-tnissil tista’ tiddeċiedi li annimal, li ma jikkonformax mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1, jista’ jitniżżel f’sezzjoni oħra ta’ dak il-ktieb taż-żwiemel għat-tnissil. L-annimal irid jissodisfa dawn il-ħtiġijiet li ġejjin:

- ikun identifikat skond ir-regoli tal-ktieb taż-żwiemel għat-tnissil,

- ikun iġġudikat li jaqbel ma’ l-istandard tat-tagħmir,

- ikollu ħidma minima kif stabbilita fir-regoli tal-ktieb ta’ żwiemel għat-tnissil.

2. L-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni trid tistabbilixxi r-regoli li jħallu l-ulied ta’ dawk l-annimali jitniżżel fis-sezzjoni prinċipali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------