31995R2196



Official Journal L 221 , 19/09/1995 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2196/95

tat-18 ta’ Settembru 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ prodotti tal-butir minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt

Il-Kummissjoni Tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1538/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 455/95 [4], jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt; billi butir ta’ New Zealand mibjugħ fir-Renju Unit jista’ jibbenefika minn rata mnaqqsa ta’ dazju sakemm jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ kategorizzazzjoni bħala butir ta’ l-ewwel klassi f’dak l-Istat Membru; billi s-sistema ta’ importazzjoni preferenzjali għall-butir ta’ New Zealand hija kkonsolidata mill-1 ta’ Lulju 1995 taħt il-Ftehim ta’ l-Agrikoltura konkluż matul l-Uruguay Round ta’ negozjati ta’ kummerċ multilaterali; billi r-Regolament (KE) Nru 1600/95 tat-30 ta’ Ġunju 1995 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikzzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni u jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-ħalib u prodotti tal-ħalib [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1763/95 [6], jiffissa r-rata ta’ dazju applikabbli għall-butir ta’ New Zealand importat fit-tariffa tal-kwota; billi, għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 2191/81 għandu jiġi emendat;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"3. L-għajnuna li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 m’għandhiex tingħata b’żieda mat-tnaqqis fid-dazju fuq il-butir ta’ New Zealand li għalih jirreferi l-l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1600/95 [7]. L-ammont ta’ għajnuna li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 għandha għalhekk titnaqqas bl-ammont tad-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni Doganali għall-butir u d-dazju mnaqqas."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Settembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] OJ No L 148, 28.6, 1968, p. 13.

[2] OJ No L 148 60.6, 1995 p. 17.

[3] OJ No L 213 ta’ l-1.8.1991 p. 20.

[4] OJ No L 46, 1.3, 1995, p. 31.

[5] OJ No L 151, 1. 7, 1995, p. 12.

[6] OJ No L 171, 21. 7, 1995, p. 36.

[7] ĠU L 151, ta’ l-1.7.1995, p. 12.

--------------------------------------------------