31995R1448



Official Journal L 143 , 27/06/1995 P. 0047 - 0047


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1448/95

tas-26 ta Ġunju 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabilixxi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal-laħam tal-majjal fil- Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad− 29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-laħam tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar permezz tar- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3290/94 [2], b’ mod partikolari l-Artikolu 4(6),

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2123/89 [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3236/94 [4], li jwaqqaf il-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal-laħam tal-majjal fil- Komunità;

Billi fl-Irlanda u fl-Isvezja seħħet bidla fis-swieq rappreżentattivi; billi l-lista ta’ swieq rappreżentattivi għal-laħam tal-majjal fil-Komunità elenkati fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 għandhom konsegwentement ikunu emendati;

Billi l-miżuri stabbiliti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 huwa emendat kif ġej:

1. punt 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

"7. Il-grupp ta’ swieq li ġej: Cavan, Rooskey, Waterford, Tralee u Mitchelstown."

2. punt 15 huwa mibdul b’dan li ġej:

"15. Il-grupp ta’ swieq li ġej: Helsinborg, Vara, Trelleborg, Skoevde, Skara, Kalmar, Umeaa, Kaevlinge."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-26 ta Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, tat-1.11.1975, p. 1

[2] ĠU L 349, tat-31.12.1994, p. 105

[3] ĠU L 203, tat-15.7.1989, p. 23

[4] ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 18

--------------------------------------------------